Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid f’liema grad qegħdin kull wieħed, xi kwalifiki għandhom u kemm jitħallsu kull wieħed separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji hemm ħdax (11) il-persuna li huma impjegati bħala persons of trust: GRADNUMRUSKALA Chief of Staff1Salary Scale 3 Private Secretary1Salary Scale 5 Ministry Co-Ordinator2Salary Scale 7 Customer Care Officer1Salary Scale 9 Secretariat Officer1Salary Scale 10 Secretariat Officer1Salary Scale 12 Secretariat Pool1Salary Scale 13 Secretariat Messenger/Charwoman2Salary Scale 14 Driver/Security Officer1Salary Scale 14 Fi ħdan is-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u Ekonomija Diġitali hemm sebgħa (7) persuni li huma impjegati bħala persons of trust. Dawn għad iridu jiġu approvati mill- Head of Secretariat (OPM): GRADNUMRUSKALA Policy Consultant1Salary Scale 3 Head of Secretariat1Salary Scale 4 Co-Ordinator3Salary Scale 7 Secretariat Messenger/Charwoman1Salary Scale 14 Personal Driver/Security Officer1Salary Scale 14

Dipartiment tat-Taxxi Interni – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati bħala persons of trust fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista’ jgħid f’liema grad qegħdin kull wieħed, xi kwalifiki għandhom u kemm jitħallsu kull wieħed separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi m’hemm ebda persuna impjegata bħala person of trust fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni.

Dipartiment tal-VAT– persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati bħala persons of trust fid-Dipartiment tal-VAT? Jista’ jgħid f’liema grad qegħdin kull wieħed, xi kwalifiki għandhom u kemm jitħallsu kull wieħed separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm ebda persuna impjegata bħala person of trust fid-Dipartiment tat-VAT.

MFSA – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati bħala persons of trust fl-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji? Jista’ jgħid f’liema grad qegħdin kull wieħed, xi kwalifiki għandhom u kemm jitħallsu kull wieħed separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji hemm zewġ (2) persuni impjegati bħala persons of trust; fil-pożizzjoni ta’ Messenger/Driver Grade 12.

MGA – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati bħala persons of trust fl-Awtorità ta’ Malta għal-Logħob? Jista’ jgħid f’liema grad qegħdin kull wieħed, xi kwalifiki għandhom u kemm jitħallsu kull wieħed separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm ebda persuna impjegata bħala persons of trust fl-Awtorità ta’ Malta għal-Logħob.

Bengħajsa — Triq l-Immakulata Kunċizzjoni - terrapien fl-għelieqi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qiegħed jintefa’ kwantità kbira ta' terrapien fl-għelieqi fi Triq l-Immakulata Kunċizzjoni f'Bengħajsa, hekk kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat

Bengħajsa — Triq l-Immakulata Kunċizzjoni - terrapien fl-għelieqi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-terrapien fl-għelieqi fi Triq l-Immakulata Kunċizzjoni f'Bengħajsa hux materjal ta' tqattigħ ta' blat fl-istess sit? Jekk hu hekk, jista' jgħid jekk hux ser jitneħħa mis-sit u fejn ser jintrema?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat

Każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każijiet ta’ serq xahar b'xahar minn Jannar 2019 sal-lum f'dawn il-lokalitajiet Marsaskala, Marsaxlokk, Ħal Għaxaq, Żejtun u Birżebbuġa, separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ serqiet rapportati lill-Pulizija kull xahar minn Jannar tas-sena 2019 sat-28 ta Jannar 2020, fil-lokalitajiet elenkati mill-Onorevoli Interpellant, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Lokalità 2019 2020 Jan Frar Mar Apr Mejju Ġunju Lulju Aww Sett. Ott. Nov. Diċ. Total Jan sat-28th Marsaskala 3 13 25 8 14 15 14 10 29 11 7 7 156 10 Marsaxlokk 5 2 14 10 7 8 8 1 8 6 9 3 81 3 Ħal Għaxaq 1 3 3 4 2 0 1 5 4 2 0 2 27 0 Żejtun 0 1 1 0 0 0 0 0 1 0 0 0 3 0 Birżebbuġa 17 20 9 6 16 28 23 16 8 8 6 9 166 4

każijiet ta’ serq — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-pulizija fuq każijiet ta' serq f'Marsaskala, Marsaxlokk, Ħal Għaxaq, Żejtun u Birżebbuġa separatament bejn Jannar 2019 u llum xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi waqt illi l-figuri għall-Jannar 2020 għadhom qed jinġabru, bejn Jannar u Dicembru 2019 kien hemm wieħed u għoxrin (21) persuna li tressqu persuni l-qorti mill-pulizija fuq każijiet ta' serq fil-lokalitajiet indikati mill-Onorevoli Interpellant. Dawn tressqu fix-xhur u lokalitajiet kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt: Sena 2019 Jan Frar Mar Apr Mejju Ġunju Lulju Aww Set Ott Nov Diċ Total Marsaskala 1 - - - 1 - - - 2 2 - - 6 Marsaxlokk - - - - - - - 1 1 - - - 2 Ħal Għaxaq - - - 1 - - - - - - - - 1 Żejtun - - 2 1 - - 1 2 1 - - - 7 Birżebbuġa 1 - - - - 1 - - - 3 - - 5

każijiet ta’ droga — Persuni messqa l-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-pulizija fuq każijiet ta' droga f'Marsaskala, Marsaxlokk, Ħal Għaxaq, Żejtun u Birżebbuġa separatament bejn Jannar 2019 u llum xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li waqt li l-figuri għal Jannar 2020 għadhom qed jinġabru, bejn Jannar u Diċembru 2019 kien hemm sebgħa u għoxrin persuna (27) li tressqu quddiem il-Qorti jew it-Tribunal mill-pulizija fuq każi ta' drogi fil-lokalitajiet indikati mill-Onorevoli Interpellant. Dawn tressqu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena 2019 Jan Frar Mar Apr Mejju Ġunju Lulju Aww Sett Ott Nov Dic Total Marsaskala Tribunal 1 - - - - 2 2 - - 2 - - 7 Qorti - 1 - - - - - 1 - - - - 2 Marsaxlokk Tribunal - - - - - - - - - - - - - Qorti - - - - - - - - - - - - - Ħal Għaxaq Tribunal - - - - - - - - - - - - - Qorti - 1 - - - - - - - - - - 1 Żejtun Tribunal - 1 - - - 1 - - - - - - 2 Qorti - 1 2 - - 3 - - - 1 - - 7 Birżebbuġa Tribunal - - - - - 1 1 - - 1 - - 3 Qorti - 3 1 - - 1 - - - - - - 5

Persuni mressqa l-Qorti fuq każijiet ta’ ġlied u vjolenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti mill-pulizija fuq każijiet ta' ġlied u vjolenza domestika f'Marsaskala, Marsaxlokk, Ħal Għaxaq, Żejtun u Birżebbuġa separatament bejn Jannar 2019 u llum xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li minn verifiki li saru manwalment jirriżulta li l-persuni li tressqu l-Qorti mill-pulizija fuq każi ta' ġlied u vjolenza domestika, fil-lokalitajiet indikati mill-Onor. Interpellant xahar b’xahar bejn Jannar u Diċembru 2019 kienu kif jidher fit-tabelli t’hawn taħt. Il-figuri ta’Jannar 2020 għadhom qed jiġu miġbura. Persuni mressqa l-Qorti fuq ġlied Sena 2019 Jan Frar Mar Apr Mejju Ġunju Lulju Aww Set Ott Nov Diċ Total Marsaskala 10 - 4 3 - 1 28 5 nil 8 11 6 76 Marsaxlokk - - - - 3 3 3 - 3 1 1 - 14 Ħal Għaxaq - 2 1 2 3 9 - 2 5 - - - 24 Żejtun 2 2 3 - 5 5 7 2 3 10 8 2 49 Birżebbuġa 1 - 2 2 1 1 6 4 2 3 5 1 28 Persuni mressqa l-Qorti fuq vjolenza Domestika Sena 2019 Jan Frar Mar Apr Mejju Ġunju Lulju Aww Set Ott Nov Diċ Total Marsaskala - - - - - - - - - - - - - Marsaxlokk - - - - - - - - - 1 - - 1 Ħal Għaxaq - - 2 1 3 - - - - - - 2 8 Żejtun - 3 - 3 1 1 2 1 3 2 2 1 19 Birżebbuġa - - 2 2 - 2 - - 4 1 1 1 13

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri li jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ priġunieri li huma assenjati xogħol fil-Faċilità Korrettiva? X’tip ta’ xogħol iwettqu u kemm jingħataw flus għax-xogħol li jwettqu għal kull siegħa li jaħdmu? X’qiegħed isir mill-awtoritajiet sabiex il-priġunieri kollha jkollhom opportunità li jkollhom xogħol fil-Faċilità Korrettiva?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa fil-Faċilità ta’ Kordin hemm 272 priġunier li jaħdmu ġewwa l-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Mnn dawn 235 jaħdmu bħala purtelliera (tindif) ġewwa d-diviżjonijiet rispettivi tagħhom. Imbagħad hemm 37 priġunier li għandhom is-snajja’ li dawn jagħmlu diversi xogħlijiet bħal żebgħa, xogħol ta’ bini, xogħol ta’ gypsum, xogħol tal-ħadid, xogħol tal-ħjata, xogħol fil-mess tal-uffiċjali, fil-forn tal-ħobż li hemm fil-ħabs, fil-kċina tal-ħabs kif ukoll fl-istores. Il-priġunieri jaħdmu b’sistema ta’ rotazzjoni bil-għan li l-ħinijiet jinqasmu bejn aktar persuni. Kull xaħar il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tiddedika mal-€10,000 għal dan il-għan. Min-naħa tal-awtorità tal-ħabs qed issir ħidma biex iktar priġunieri jkunu jistgħu jaħdmu anke barra l-ħabs. Infatti hemm 22 priġunier jaħdmu bħala parti mill-prison industry ma’ kumpaniji privati.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – spiża ta’ kull priġunier

Question

Jista’ l-Ministru jindika fil-preżent kemm hija l-ispiża għall-Gvern sabiex jinżamm priġunier kuljum fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża għall-Gvern sabiex jinżamm priġunier kuljum fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hi dik ta’ €90.

Kunsilli Lokali – karta ta’ servizz ta’ kwalità

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema fil-preżent huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom ‘Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità/Quality Service Charter’ għall-benefiċċju tar-residenti tagħhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni miġbura mingħand il-Kunsilli Lokali jirri¿iluta li hemm 3 Kunsilli Lokali li għandhom ‘Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità/Quality Service Charter’ għall-benefiċċju tar-residenti tagħhom li huma il-Belt Valletta, il-Għargħur u l-Mosta.

Tħejjija għaż-żwieġ biċ-Ċivil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx korsijiet ta’ tħejjija għaż-żwieġ għall-koppji li jridu jiżżewġu biċ-ċivil? Jekk le, għaliex ma jsirux sabiex dawn il-koppji jkollhom aktar għarfien dwar iż-żwieġ qabel ma jieħdu dan il-pass importanti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx korsijiet ta’ tħejjija għaż-żwieġ, għall-koppji li jridu jiżżewġu biċ-ċivil, biss qed tittieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment.

Programm ta’ Matul il-Jum għall-Adoloxxenti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9984, jista’ l-Ministru jgħid fid-dettal fiex jikkonsisti l-Programm ta’ Matul il-Jum għall-Adoloxxenti u kemm ilhom jistennew is-46 applikant biex jirċievu dan is-servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Programm ta’ Matul il-Jum għall-Adoloxxenti (Adolescent Day Programme – ADP), huwa program li jipprovdi għajnua fuq 16-il ġimgħa, lill-adoloxxenti vulnerabbli u li jinsabu għaddejjin minn ċerti diffikultajiet fil-ħajja tagħhom. Dawn l-adoloxxenti, fil-maġġoranza tagħhom ikunu għaddejin minn problemi marbutin mal-użu ħażin ta’ sustanzi, problemi ta’ imġieba diffiċli, problemi ta’ esklużjoni mill-iskola, problemi fid-dar u diversi problemi oħra li żagħżugħ jista’ jkun għaddej minnhom fil-mument. L-għan tal-programm huwa li jibni fuq il-ħiliet pożittivi ta’ dawn l-adoloxxenti, filwaqt li jħarriġhom fuq ħiliet bażiċi u neċessarji oħra bħal dik ta’ komunikazzjoni xierqa, ir-rispett, kontroll tar-rabja, kif jieħdu deċiżjonijiet għaqlin u pożittivi għalihom, fil-kumpanija ta’ liema tip ta’ ħbieb għandhom ikunu, kif iġibu ruħhom, kif wieħed għandhu jaħdem fi grupp, u ħiliet oħra bħal jitgħallmu kif isajjru. Dan il-programm huwa affiljat u rikonoxxut ukoll mill-Princes` Trust International Achieve Programme u bħala ċentru huwa liċenzjat sabiex jaħdem ma’ dawn l-adoloxxenti. L-adoloxxenti jiġu referuti mill-familja, skola, entitajiet u għaqdiet oħra li jkunu f’kuntatt ma’ dawn iż-żgħażagħ. Fil-bidu ta’ din is-sena sar eżerċizzju fejn ġew evalwati il-każijiet kollha li kienu fuq il-lista ta’ stennija jew illi s-servizz kien jaf bihom. Dan wassal biex xi każijiet ingħalqu, oħrajn ġew referuti għal servizzi oħra, waqt li numru ieħor ta’ każijiet ma baqgħux fuq il-lista, hekk kif min irreferihom ħass li m`għadx kellhom bżonn dan il-programm intensiv u speċjalizzat. Fil-preżent m`hemmx adoloxxenti fuq il-lista ta’ stennija għal dan is-servizz. Fl-istess ħin qed isiru laqgħat ma’ professjonisti oħra sabiex jiġu identifikati adoloxxenti li jistgħu jiġu referuti għal dan il-programm. Kull grupp huwa magħmul minn madwar 7-8 adoloxxenti. Il-gruppi jiġu iffurmati wara li jkun sar assessjar tal-każijiet b’mod invidiwali.

Wied il-Għajn – CCTV Cameras

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11444, jista’ l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jindika minn mindu ġew installati s-CCTV cameras, kemm kienu l-każijiet fejn persuni kissru l-liġi u ġew identifikati mill-cameras? Kemm kienet il-multa li kellhom iħallsu dawn il-persuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Wied il-Għajn : Speed Cameras

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9956, jista’ l-Kunsill Lokali l-ġdid ta’ Marsaskala jindika jekk jaqbilx li jiġu installati speed cameras f’din il-lokalità speċjalment fit-toroq prinċipali bħal Triq il-Qaliet u Triq Sant’Antnin? Jekk jaqbel, x’qiegħed jagħmel il-Kunsill Lokali l-ġdid sabiex jiġu installati speed cameras?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Leap Cottonera Community Service

Question

B’referenza għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 10373 u 10619, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma d-duties tas-social workers tal-Cottonera Community Service u f’liema lokalitajiet qegħdin jaħdmu dawn il-professjonisti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħidma tas-social workers fil-komunità, hija waħda speċifika li tindirizza diversi problemi soċjali fil-komunità. Il-ħaddiema soċjali jaħdmu ma’ tfal, żgħażagħ u adulti li jkunu għaddejjin minn problemi differenti u jgħinuhom kif għandhom jgħixu aħjar, lil hinn mill-problemi li jkunu għaddejjin minnhom. Għaldaqstant, l-interventi jsiru minn lenti kommunitarja, billi jgħinu lil dawn il-persuni li jirrikorru għall-għajnuna jew li jiġu riferuti għall-ghajnuna, kif għandhom isaħħu il-kuntatti soċjali tagħhom u kif għandhom jagħmlu użu minn servizzi u riżorsi li jeżistu fil-komunità. Il-Cottonera Community Services joffri servizz ta’ 5 social workers. Tnejn minn dawn il-ħamsa huma l-leader u l-coordinator tas-servizz. Dan is-servizz qiegħed jingħata minn ġewwa iċ-Ċentru LEAP mill-Birgu b’mod regolari. Dan is-servizz qiegħed jestendi ruħu fil-kommunita` tal-Kottonera, permezz ta’ outreach services, mill-uffiċċji parrokjali tal-Isla kull nhar ta’ Erbgħa, kif ukoll minn Hubbard Flats, Triq Alessandra, f’Bormla kull nhar ta’ Ġimgħa. Ix-xogħol tas-social workers jikkonsisti f’ħidma kontiwa mal-familja/individwu fil-bżonn waqt illi jsir pjan ta’ kura skont il-bżonn tal-klijent. Fejn il-każ tal-persuna/familja ikun jirrikjedi għajnuna speċjaliżżata, issir referenza tal-każ għall-għajnuna ta’ servizzi partikolari mgħotija mill-istess Fondazzjoni jew minn Awtoritajiet u Għaqdiet oħra. Is-social workers jattendu ukoll għall-visti fid-djar tal-familja/individwu u jiltaqgħu ma’ professjonijiet oħra li jistgħu jgħinu fil-każ ikkonċernat. F’diversi każijiet, is-social workers jakkumpanjaw il-klijenti għal xi visti jew appuntamenti important tal-klijent tagħhom, bħal sptar jew laqgħat tal-iskola. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-servizz li qed nitkellmu fuqu, jkopri l-Cottonera kollha jġifieri, l-Birgu, l-Isla, Bormla u l-Kalkara. It-tim huwa magħmul ukoll minn professjonisti oħra, nkluż community development workers u social mentors.