Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-complement tas-segretarju parlamentari u kemm jitħallsu kull wieħed u waħda minnhom inkluż l-allowances?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-complement tas-Segretarju Parlamentari jikkonsisti fi staff ta’ sebgħa (7) persuni. Dawn jokkupaw il-gradi ta’:
Head of Secretariat;
Co-ordinator;
Secretariat Messenger/Charwoman;
Driver/Security
Il-ħlas dovut lil dawn l-Uffiċjali, inkluz l-
allowances
, hu skond il-manual ta’ proċeduri tal-Kabinett, ippubblikat Awwissu 2014.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-onorarja li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament meta kien ipoġġi fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li l-onorarja li ħa l-individwu bħala rappreżentant tal-Gvern fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar bejn l-4 ta’ Lulju 2017 sal-25 ta’ Frar 2020 tammonta għal €14,440.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija qatt ma ngħatat l-ebda forma ta’konsulenza, ħatra jew ingaġġ bejn April 2013 u Diċembru 2019.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Malta Gas Board ma ngħatawx il-pensjoni ekwivalenti għall-ħaddiema li kienu jaħdmu fil-Malta Electricity Board?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Wied il-Għajn – liċenzji biex barranin joperaw negozju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ nazzjonalità barranija f'Wied il-Għajn li għandhom liċenzja biex joperaw negozju? Jista’ jagħti break down tal-klassi tal-liċenzja għal kull nazzjonalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor Interpellat li d-Dipartiment tal-Kummerċ m'għandux għad-dispożizzjoni din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12013 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 11444, jista’ l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala jindika minn mindu ġew installati s-CCTV cameras, kemm kienu l-każijiet fejn persuni kissru l-liġi u ġew identifikati mill-cameras? Kemm kienet il-multa li kellhom iħallsu dawn il-persuni?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li minn mindu ġew installati s-CCTV cameras, ma kienx hemm ka¿ijiet fejn persuni ġew identifikati mill-cameras u nħarġu multi f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm social workers li jaħdmu mal-anzjani fis-snin 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm hemm social workers neqsin f’dan il-qasam tant importanti? X’qiegħed jagħmel il-Ministeru sabiex jimpjiega aktar social workers ( full-time jew part-time) f’dan il-qasam?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu dwar in-numru ta’ ħaddiema soċjali li jaħdmu fil-qasam tal-anzjani, hija kif qed ikun elenkat hawn taħt:
Fl-2016 - 8 Ħaddiema Soċjali
Fl-2017 - 7 Ħaddiema Soċjali
Fl-2018 - 4 Ħaddiema Soċjali
Fl-2019 - 7 Ħaddiema Soċjali u 2
Social Welfare Professionals
Id-dipartiment tal-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Kommunita’ teħtieġ li jkollha ħaddiem soċjali ieħor fuq ba¿i full-time sabiex dan id-Dipartiment ikun f’pożizzjoni aħjar sabiex ilaħħaq mal-każijiet u jara li jkompli jagħmel follow-ups xierqa fuq kull każ.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fl-2018 ġie ffirmat kuntratt bejn id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u l-Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali, sabiex l-Aġenzija Appoġġ, jipprovdu lill-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Kommunita, skont il-bżonnijiet fil-qasam tal-Anzjani.
Aġenzija Sapport — Kors ta' taħriġ lil carers tal-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija Sapport għandhomx lista tal-carers tal-klijenti tagħhom u jekk jorganizzawlhomx korsijiet ta’ taħriġ lil dawn il-carers tal-persuni b’diżabilità? Jekk iva, fiex jikkonsisti dan il-kors ta’ taħriġ u meta saru dawn il-korsijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sapport timpjega carers li jkunu kwalifikati u/jew ta’ esperjenza. Dan minbarra li l-Aġenzija tipprovdi u tħallas għal opportunitajiet ta’ taħriġ għall-impjegati tagħha minn żmien għal żmien, inkluż taħriġ speċjalizzat għal dawk li jaħdmu f‘kuntatt dirett mal-persuni b’dizabilità. Dan it-taħrig jinkludi, fost oħrajn, First Aid Course, Food Handling Course, Safer Moving and Handling Course, Crisis Prevention Intervention, Mental Health First Aid, Infection Control u Dementia Training. Dan it-taħriġ jingħata minn istituzzjonijiet akkreditati. Dan it-taħriġ jinkludi wkoll taħriġ liċenzjat fuq livell internazzjonali, fosthom dak ta’ NAPPI, li jgħin lill-impjegati jaħdmu ma’ persuni b’diżabilità li jesebixxu imġieba magħrufa bħala challenging behaviour jew behaviour of concern.
L-Aġenzija Sapport madankollu ma żżommx lista ta’ carers li jagħtu servizz lil persuni b’diżabilità meta dawn jiġu mqabbda minnhom stess jew mill-familjari tagħhom.
Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità — kors ta' taħriġ lil carers tal-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandhomx lista tal-carers tal-klijenti tagħhom u jekk jorganizzawlhomx xi korsijiet ta’ taħriġ lil dawn il-carers tal-anzjani ? Jekk iva, fiex jikkonsisti dan il-kors ta’ taħriġ u meta saru dawn il-korsijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li d-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità iżżomm id-dettalji tal-carers impjegati mill-anzjani li jibbenefikaw mill-iskema tal-Carer at Home. Id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunita, ma jorganizzax korsijiet ta’ taħriġ għal dawn il-carers li jaħdmu mal-anzjani fil-kommunita’, hekk kif waħda mill-kundizzjonijiet sabiex anzjan/a jibbenefika mill-iskema hija li l-persuna impjegata trid tissodisfa kriterja li titlob li l-carer magħżula jkollha kwalifika rikonoxxuta.
Jista’ l-Ministru jgħid il-kriterji sabiex persuni/familji foqra jistgħu jkunu eleġibbli għat-tqassim ta’ tagħmir domestiku? Lil min għandhom dawn il-familji jikkuntattjaw biex jingħataw dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, matul is-snin, l-Fondazzjoni Għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) nidiet diversi inizjattivi sabiex familji li huma fil-bżonn ta’ xi tagħmir domestiku jigu megħjuna.
Dan is-servizz jingħata skont il-bżonn partikolari tal-familji li jagħmlu u¿u minn wieħed mis-servizzi varji li toffri l-istess Fondazzjoni. Il-Ħaddiema Soċjali u Professjonisti tal-Ħarsien Soċjali (
Social Welfare Professionals
) ġeneralment jinnutaw dan il-bżonn waqt li tkun qiegħda issir żjara fid-dar tal-individwu / familja kkonċernata u minn hemm jibda proċess sabiex tali bżonnijiet li jiġu nnutati, fejn huwa possibli, jiġu kkonretizzati.
Ta’ spiss il-Fondazzjoni tigi wkoll offruta tagħmir domestiku li jkun għadu jiffunzjona u f’kundizzjoni tajba u l-ħaddiema tad-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi tal-Fondazzjoni tara kif tista’ tagħmel jitqassam fuq rakkomandazzjoni tal-Ħaddiem Soċjali u Professjonisti tal-Ħarsien Soċjali.
Bejn l-2017 u l-2019, l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) ikkolaborat mal-
Water & Energy Agency
fejn permezz ta’ eżerċizzju ta’ żjarat fi djar fost persuni li kienu eliġibbli għall-għajnuna tal-ikel mill-Unjoni Ewropea (FEAD) u / jew għall-isema tal-ikel minn għand il-Gvern ta’ Malta (
State Funded Food Distribution – SFFD
) ġew iddentifikati familji vulnerabbli f’Malta u Għawdex li għandhom bżonn jinbidlilhom it-tagħmir domestiku li ma kienx
energy efficient
u allura jaħli ħafna konsum ta’ enerġija. Fil-fatt, ġew iddentifikati 250 familja li, mingħajr ma jafu, kienu qed jikkonsmaw konsum għoli ta’ enerġija minħabba
appliances
antiki li jaħlu ħafna aktar dawl minn dawk moderni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mit-Teżor għall-istipendji tal-istudenti tal-Università, sixth form u MCAST separatament xahar b’xahar minn Ġunju 2017 sal-lum?
Bengħajsa — Triq l-Immakulata Kunċizzjoni - Terrapien fl-Għelieqi
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12572 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid jekk it-terrapien fl-għelieqi fi Triq l-Immakulata Kunċizzjoni f'Bengħajsa hux materjal ta' tqattigħ ta' blat fl-istess sit? Jekk hu hekk, tista' tgħid jekk hux ser jitneħħa mis-sit u fejn ser jintrema?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li dak huwa materjal u ħamrija li qed jinġarru minn siti oħra minn Infrastructure Malta sabiex iservu bħala bażi għall-proġett ta’ park u afforestazzjoni li għandu l-Ministeru għal din l-area.
Bengħajsa — Triq l-Immakulata Kunċizzjoni - Terrapien fl-Għelieqi
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12571 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid għaliex qiegħed jintefa’ kwantità kbira ta' terrapien fl-għelieqi fi Triq l-Immakulata Kunċizzjoni f'Bengħajsa, hekk kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament?
Wied il-Għajn – barranin li għandhom dritt għal vot fl-elezzjoni tal-kunsill lokali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm barranin li għandhom dritt għall-vot fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn? Jista’ jagħti breakdown tan-nazzjonalità tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.