Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (ABELA, CARMELO)
Filwaqt li niġbed l-attenzjoni li l-Ministeru twaqqaf fil-15 ta’ Jannar, ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ma kienx ingaġġat, maħtur jew ta xi konsulenza.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Socjali ma kellhux konsulenza, ħatra jew ingaġġ mal-individwu konċernat.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2016, l-Onor. Clayton Bartolo ġie ngaġġat permezz ta’ sejħa pubblika biex joffri s-servizz ta’ awditjar għad-Dipartiment tal-Iżvilupp Rurali fl-iskema ta’ għajnuniet għall-ipproċessar tat-tadam. Dan l-adwitjar kien ikopri l-processi kollha u l-organiżżazjonijiet tal-produtturi (POs) fl-ipproċessar tat-tadam għas-sena 2014. L-ammont imħallas kien dak ta’ € 1,770.00.
L-Onor. Clayton Bartolo ġie ingaġġat ukoll mill-Aġenzija tal-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) permezz ta’ talba għall-kwotazzjonijiet mogħtija lill-irħas offerta biex joffri servizz ta’ awditjar fis-snin 2017, 2018, u 2019. L-iskop ta’ dan l-awditjar kien li jiġi vverifikat li r-rekords miżmuma fl-impjanti tal-ipproċessar huma korretti u jipprovdu assigurazzjoni għall-ħlas ta’ fondi taħt skemi tal-UE. L-ammonti mħallsa għal dawn is-servizzi kien ta’ €2,360.00; €2,124.00; u €2,124.00 għal kull sena rispettivament.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont, sal-lum, kemm nefaq is-Segretarju Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru għal reklamar, inkluż dak awdjoviżiv u fuq social media?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-llum, is-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi, ma nefaq xejn fuq reklamar.
Ministeru għal-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda ħatra ma saret lill-persuni indikata fid-domanda parlamentari mill-ministeru hekk denominat.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fis-snin 2017, 2018 u 2019, l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw b’mod separat offra servizz ta’ awditjar lill-kumpanija Wasteserv (Malta) Ltd. Dan kien servizz li jirrigwardja awditjar jew ċertifikazzjoni ta’ rapporti annwali dwar diversi faċilitajiet tal-kumpanija. Barra minn hekk, bejn Lulju 2017 u Jannar 2020, l-istess individwu serva wkoll bħala membru fuq il-Bord tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Ministeru għas-Saħħa — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi minnu separatament, beda’ joffri s-servizzi tiegħu fl-isptar Monte Karmeli bħala External Auditor minn Novembru tal-2016 sal-aħħar ta’ Diċembru tal-2019. Dan il-kuntratt ingħata permezz ta’ sejħa għal-offerti u fil-żmien li ġej mistenni joħroġ it-tender relatat ma dan is-servizz.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, l-individwu ndikat ma kellux xi forma ta’ konsulenza, ħatra jew ingaġġ fi ħdan id-dekasteru tiegħi.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qatt ma ħa kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ bejn April 2013 u Diċembru 2019.
Ministeru għal Għawdex — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum, l-individwu msemmi ma ngħata l-ebda konsulenza, ħatra jew ingaġġ mill-Ministeru għal Għawdex jew minn entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u d-dekasteru kollu li jaqa’ taħti la qatt talab konsulenza mingħand, u ma ta l-ebda ħatra jew ingaġġ lill-individwu li d-dettaji tiegħu ngħataw separatament.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin 2013 – 2019 il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej ma ta l-ebda xogħol ta’ konsulenza, u l-ebda ħatra jew ingaġġ lill-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji ma ħa l-ebda konsulenza mill-individwu li qed tirreferi għalih il-mistoqsija.
Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmata li l-persuna msemmija kien jokkupa l-kariga ta’ Enforcement Board Member fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu minn Ġunju 2013 sa Ġunju 2017.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, ma ngħata ebda konsulenza, ħatra jew ingaġġ mill-Ministeru u minn ebda dipartiment/entità fi ħdan il-Ministeru bejn April 2013 u Diċembru 2019.
Marsascala – barranin li huma residenti mressqa fuq reati kriminali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti barranin li huma residenti f'Marsascala fuq reati kriminali, matul l-2019? Jista’ jgħid x'kienet in-nazzjonalità f'kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13065 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma u li issa ġiet riferita lilu u jgħid għaliex ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Malta Gas Board ma ngħatawx il-pensjoni ekwivalenti għall-ħaddiema li kienu jaħdmu mal-Malta Electricity Board?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-sitwazzjoni tal-eks ħaddiema tal-MEB u tal-eks ħaddiema tal-Gas Board hija totalment differenti minn ta’ xulxin. Huwa importanti ikun rilevat li s-sitwazzjonijiet li ġew indirizzati rispettivament ma jirreferux għal meta dawn il-persuni kienu ġew assorbiti fil-korporazzjoni Enemalta iżda għal ferm qabel ġara dan.
Inżid ingħid ukoll li, l-eks ħaddiema tal-Gas Board jistgħu jikkwalifikaw għal aktar ħlasijiet fil-futur, jekk u kull meta l-Gvern jalloka fondi għal dan il-għan fil-Baġit nazzjonali. Fil-fatt aktar tard din is-sena dawn il-persuni se jkunu qed jirċievu pagament ieħor kif irċevew is-sena l-oħra, u bħalhom jistgħu jirċievu fis-snin li ġejjin.