Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar Residenzjali Privati – kumitat konsultattiv

Question

Jista’ l-Ministru jindika dawk id-Djar Residenzjali Privati li għandhom kumitat konsultattiv fejn primarjament jiġu diskussi l-fehmiet u l-opinjonijiet tar-residenti ta’ dawn id-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li 15-il Dar Residenzjali Privata għandha kumitat konsultattiv fejn primarjament jiġu diskussi l-fehmiet u l-opinjonijiet tar-residenti ta’ dawn id-Djar. Dawn huma Casa Antonia, Casa Arkati, Casa Francesco, Casa Marija, Casa Paola, Casa San Paolo, Casa Serena, Dar Pinto, Golden Care, Residenza San Ġużepp, Roseville, Simblija, St. Elizabeth, Villa Messina u Zammit Clapp.

Servizz tas-Social Workers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18260 u jindika issa kemm hemm social workers li jaħdmu fil-qasam tal-anzjani u fejn qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom? X’inhija l-lista ta’ stennija fil-preżent biex l-anzjani jirċievu dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent hemm disa’ social workers li jaħdmu fil-qasam tal-anzjani. Is-social workers jagħtu servizz fil-komunità lil dawk l-anzjani li għadhom jgħixu fil-kommunità u kif ukoll lil dawk l-anzjani li qed jgħixu fid-djar tal-anzjani u li għaddejjin minn problemi soċjali. Fil-preżent m’hemmx lista ta’ stennija biex anzjani jirċievu dan is-servizz.

Użu tal-mobile phone — ċitazzjonijiet

Question

Billi s-sena l-oħra ngħataw madwar 8,000 ċitazzjoni fuq persuni li nqabdu jużaw il-mobile phone waqt li kienu qed isuqu, jista’ l-Ministru jindika kemm hija l-multa medja mogħtija lil kull persuna li nstabet ħatja b’dan ir-reat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-provedimenti fit-Tieni Skeda tal-Ordinanza dwar it-Traffiku, Kap. 65 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Marsaskala – Triq il-Qaliet – traffic lights

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex ikun hemm traffic lights speċjalment fi Triq il-Qaliet, Marsaskala, billi ta’ spiss ċerti sewwieqa jgħaddu b’veloċità minn din it-triq traffikuża?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-onorevoli interpellant, illi fi Triq il-Qaliet Marsaskala hemm 3 settijiet ta’ zebra crossings (bil-belisha lights) u 2 settijiet ta’ pelican crossings (bil-pelican lights). Din it-triq ghandha approvazjoni għal posted speed limit ta 50km/h. Normalment il-lights jintużaw biex jaqsmu n-nies filwaqt li jidher li l-issue msemmija, hija dik ta’ velocita’ qawwija. Għaldaqstant peress li din hija triq li taqa' taħt ir-responsabilta’ tal-kunsill lokali, l-Awtorita’ ser tkun qed tikkomunika mal-kunsill sabiex tara x’hemm bżonn isir.

Marsaxlokk – proġett tal-pitch tal-waterpolo

Question

Wara li sena ilu l-Gvern ħabbar li ser isir il-proġett tal-pitch tal-waterpolo ta' Marsaxlokk, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti għal dan il-proġett? Meta hu mistenni li jibda x-xogħol? Kemm ser idum biex jitlesta l-proġett?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa, il-Ministeru għat-Turiżmu, bl-għajnuna tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, għaddej b’ħidma sfieqa sabiex jitlesta l-proġett ta’ riġenerezzazjoni fin-naħa magħrufa bħala tal-Magħluq. Dan il-proġett jikkumplimenta proġetti oħra li diġa’ twettqu f’Marsaxlokk, fosthom il-bini ta’ parkeġġ ġdid, it-tiswija ta’ diversi toroq kif ukoll ir-riorganizazzjoni tal-Monti tal-Ħadd. Dawn kollha jagħmlu parti mill-proġett ħolistiku ta’ riġenerezzazjoni ta’ Marsaxlokk. Il-pitch tal-waterpolo ta’ Marsaxlokk ukoll huwa maħsub li jkun parti minn dan il-pjan u huwa maħsub li jiġi implimentat fil-fażi li jmiss tal-Pjan ta’ Riġenerezazzjoni wara li jitlesta l-proġett tal-Magħluq. Il-permess mill-Awtorita’ tal-Ippjanar inħareġ fis-sena 2021, u bħalissa għaddejja ħidma sabiex jiġi preparat id-dokument tat-tender relatat.

Konsultazzjonijiet mat-tobba online

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif pazjenti jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tat-tobba online jekk ma jkunux jistgħu joħorġu mid-dar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pazjenti li ma jkunux jistgħu joħorġu mid-dar jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tat-tobba online billi jċemplu lit-Telemedicine Client Support Centre fuq 21 231 231 jew 21 222 444 u jistaqsu biex ikellmu lit-tabib. Minn hawnhekk t-tabib ikun jista jigwida l-pazjenti skont l-esiġenza.

Infermiera li m’għadhomx jaħdmu fis-servizz tas-saħħa pubblika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ infermiera li rriżenjaw mis-servizz tas-saħħa pubblika f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja fis-sena ta’ numru ta’ infermiera li rriżenjaw mis-servizz tas-saħħa pubbliku mill-2017 sal-aħħar ta’ Diċembru tal-2021 kienet 83.

Separazzjonijiet Pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm separazzjonijiet pendenti f’dawn l-aħħar ħames snin sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Diċembru 2021.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin: Vittmi tal-Priġunieri

Question

Billi saru aktar minn 4,000 intervent psikologu fl-2020 fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-interventi saru mal-vittmi tal-priġunieri?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-interventi psikoloġiki li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant saru kollha mal-priġunieri mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Ta’ min jinnota li fost dawn il-priġunieri hemm numru minnhom li matul il-kors ta’ ħajjithom, jew fl-infanzja jew inkella fi stadju ieħor, kienu ivvitimiżati huma stess u b’hekk numru ta’ interventi saru sabiex tiġi ndirizzata t-trawma li kienu sostnew. Infurmat ukoll li permezz ta’ ftehim ma’ għaqdiet volontarji li jaħdmu mal-priġunieri, qed ikunu mgħejuna numru ieħor ta’ familjari u vittmi li huma relatati direttament mal-istess priġunieri. Barra minhekk tul l-aħħar sena kienet ukoll stabbilità l-Victim Support Agency, fejn għall-ewwel darba l-vittmi tal-kriminalità bdew jiġu mgħejuna b’mod ħolistiku u taħt saqaf wieħed. Hawnekk il-vittma jingħata assistenza psikoloġika għat-trawma li jkun sofra, anke għajnuna legali, kif ukoll loġistika.

Mediċini b’xejn

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-mediċini Xanax, Eltroxin u Alendronic Acid jibdew jingħataw b’xejn lil dawk il-pazjenti li lilhom jiġu preskritti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina Eltroxin diġa tinsab fil-formularju tal-gvern.

Inċidenti fatali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22454 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè jista’ jindika kemm kien hemm inċidenti fatali kkawżati minħabba li ma kienx milbus is-seat belt?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba parlamentari 22948.
Leg 13 PQ #22453 Sitting 495 2021-10-12 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ġenituri quddiem it-Tribunal

Question

Tista’ l-Ministru tindika x’deċizjonijiet ħa t-Tribunal Lokali dwar il-1,756 ġenituri li dehru quddiemu wara li ma bagħtux lil uliedhom skola fl-aħħar tliet snin?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Għalkemm id-deċiżjonijiet meħuda mit-Tribunal Lokali ma jiġux mgħoddija lil dan il-Ministeru, kif diġà weġibt fil-mistoqsija parlamentari 20257, il-Ministeru, id f’id mal-iskola, ma’ professjonisti oħra mid-Direttorati għall-Edukazzjoni u anke ma’ servizzi barra d-direttorati, ikomplu jsegwu dawk l-istudenti li huma assenti mill-iskola fuq bażi regolari u mingħajr raġuni valida.

Imwiet minħabba l-Kanċer

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hija l-medja ta’ persuni fis-sena f’pajjiżna li jmutu minħabba l-kanċer? X’tip ta’ kanċer huwa l-aktar komuni fost in-nisa u l-irġiel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2019 mietu 960 persuna minħabba l-kanċer f’pajjiżna. L-aktar kanċer komuni li joqtol fl-irġiel huwa l-kanċer tal-pulmun u fin-nisa huwa l- kanċer tas-sider.

Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunita’: Ċentri ta’ Riżorsi tal-Familja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità humiex sejrin iwaqqfu aktar Ċentri ta’ Riżorsi tal-Familja f’pajjiżna? Jekk iva, fejn se jitwaqqfu dawn iċ-Ċentri u meta se jitwaqqfu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-mira aħħarija ta’ dan l-Ministeru hija li l-Fondazzjoni jkollha preżenza on the ground f’kull lokalità premezz ta’ Ċentri minn fejn jingħataw is-servizzi lil kull min jiġi bżonnhom. Dan billi l-ħidma matul is-snin uriet li aktar ma nkunu qrib in-nies u ngħinuhom fil-mument tal-bżonn, aktar nkunu qed nipprevjenu milli jikbru l-problemi soċjali fil-kommunitajiet. Biex jintlaħaq dan il-għan hemm bżonn ta’ 3 għodod importanti ħafna; finanzi, uffiċini adegwati u finalment ir-riżorsi umani. L-akbar sfida, filfatt, qiegħda tkun li nsibu biżżejjed riżorsi umani, hekk kif bħalma qed jiġri fil-bqija tal-Ewropa u partijiet oħra tad-dinja, mhux qed jiggradwaw biżżejjed professjonisti fil-qasam soċjali/komunitarju.

Primary Healthcare – ħaddiema b’kuntratt bħala skrivana

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ħaddiema impjegati bil-kuntratt bħala skrivana mal-primary health care hux qed jiġu assenjati biex jagħmlu xogħol ta' maintenance?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemmx ħaddiema impjegati bil-kuntratt bħala skrivana mal-Primary Health Care li qed jagħmlu xogħol ta' maintenance.

Primary HealthCare – riżenja tal-manager

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk wara r-riżenja ta' manager mal-primary health care ġiex assenjat xi persuna oħra bħala acting manager? Jista’ jgħid xi kwalifiki tipposjedi tali persuna biex ġiet assenjata l-grad ta’ acting manager?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda riżenja ta’ Manager fil-Primary Health Care.

Port Ħieles — Ħruġ ta’ Żejt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bejn Mejju u l-aħħar ta' Settembru kienx irrapportat xi tniġġiż ta' żejt minn vapuri fil-Port Ħieles? Jekk iva, jista’ l-Ministru jagħti d-dati ta' meta saru tali rapporti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi, l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi kellha rapport wieħed ta’ oil spill minn vapur li kien qiegħed sorġut mall-moll tal-Port Ħieles u li ġarrab xi ħsarat fil-hull. Dan l-inċident seħħ fit-18 ta’ Awwissu 2021 u kien riferut lill-Awtorità mill-Malta Freeport Terminals Ltd. stess skont l-obbligi li għandha mal-Awtorità. Din l-‘spill’ ġiet indirizzata u kkontrollata b’mod immedjat mill-operatur tal-Malta Freeport stess u mill-kuntrattur imqabbad mill-istess operatur