MEPA u MTA — Agriculture, Farm Diversification and Stables
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn kemm ilha li ddaħlet il-policy tat-turiżmu agrikolu inkluża fl-“Agriculture, Farm Diversification and Stables” tal- 14 ta’ Diċembru tal-2007:
a) kemm iddaħħlu applikazjonijiet ta’ din ix-xorta mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta;
b) kemm minnhom ġew ikkunsidrati u proċessati miż-żewġ awtoritajiet;
ċ) kemm minnhom ġew approvati u qed jiġu mwettqa; u
d) jekk kienx hemm minnhom li rnexxielhom jiksbu fondi mill-Unioni Ewropeja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li minn kemm ilu li ddaħħal fis-seħħ il-“Policy and Design Guidance on Agriculture, Farm Diversification and Stables” tal-14 ta’ Diċembru tal-2007 l-informazzjoni fi ħdan il-MEPA tindika li:
a) irċeviet seba' applikazzjonijiet speċifikament bit-titlu għal turizmu agrikolu, bejn April 2008 u Settembru 2011.
b) Il-MEPA ivvalidat u ipproċessat erba' applikazzjponijiet mis-sebgħa indikati. Żewġ applikazzjonijiet mit-total ta' sebgħa ġew irtirati filwaqt li applikazzjoni oħra ma ġietx validata.
ċ) Mit-total ta' seba' applikazzjonijiet għal turiżmu agrikolu, il-MEPA approvat tnejn.
d) Il-MEPA m'għandiex aċċess għal din l-informazzjoni.
Din l-infomazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u saret billi ġew mfittxija applikazzjonijiet li fil-proposta għall-iżvillupp kellhom il-kelma "agro-tourism".
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġunijiet iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Istandards ta' Malta siefer minn mindu ġie appuntat fil-kariga tiegħu f'din l-awtorità għall-perjodu sħiħ sakemm ġiet xolta l-istess awtorità biex tiġi ffurmata l-MCCAA fl-2011? Jista' jinforma wkoll għal liema raġunijiet siefer l-istess persuna kemm ilu Chairman tal-Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA) ? Jista' jagħti informazzjoni bir-raġuni ta' kull safra li saret miċ-Chairman kemm meta kien imexxi l-MSA u kemm il-MCCAA? Kemm swiet kull safra in kwistjoni globalment, jiġifieri vvjaġġar, lukandi, boardings, per diem allowances, eċċ.? X'benefiċji ħa l-pajjiż, u l-entitajiet li kien u għadu responsabbli għalihom, minn dawn is-safriet? Jista' jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport ta' kull safra li jsir wara mawra barra l-pajjiż minn uffiċjali pubbliċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li data għal din il-mistoqsija parlamentari tkopri ta’ ħdax il-sena, l-Awtorita’ ikkonċernata ser jiġbru din l-informazzjoni kemm jista jkun malajr.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-onorarja taċ-Chairman tal-Awtorità tal-Istandards ta' Malta bil-perkaċċi inklużi kollha u kemm hija dik, jew kemm se tkun, l-onorarja taċ-Chairman tal-MCCAA ukoll bil-perkaċċi inklużi kollha? Peress li l-persuna li bħalissa tokkuppa l-post ta' Chairman tal-MCCAA tokkuppa ukoll il-postijiet ta' Direttur Ġenerali tal-entità Standards Institute u ta' President tal-Co-ordination Committee fl-istess awtorità, l-onorarji jew pagi ta' dawn se jkunu parti minn pakkett wieħed, se jitħallas separatament jew mhux se jitħallas għalihom? Jidhirlu l-Prim Ministru li l-fatt li l-istess persuna tokkuppa tliet karigi inter-relatati se joħloq mhux biss preċedent, iżda anke konflitt ta' interess ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-onorarja gross bħala Chairman tal-Awtorita tal-Istandards ta Malta kienet €13976.24c u l-uċu ta telefon ċellulari għal massimu ta 815 euro.
L-onorarja ta Chairman tal-MCCAA għada mihiex stabilita u bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Finanzi sabiex tiġi stabilita.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nireferi lill-Onor.Interpellant għar-risposta f’ Mistoqsija Parlamentari nru.27343.
B'referenza għas-sejħiet biex jimtlew karigi fi ħdan l-entità Standards Insitute, bla ebda referenza għal dik ta' Direttur Ġenerali, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk inħassx il-bżonn li timtela din il-kariga minn persuna oħra biex jiġu eliminati l-anomaliji u l-konflitti ta' interess? Jista' jgħid jekk jaqbilx li għandha toħroġ sejħa biex anke din il-kariga timtela minn persuna oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nagħmel refrenza ghar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 27343. Inżid magħha illi ic-Chairman tal-Awtorita Maltija għal Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur qed jaġixxi wkoll ta’ Direttur Generali tal-Istitut tal-Istandards u Metroloġija b mod temporanja sakemm tinstab persuna addattata għal dan il-post. Ma jirriżulta li hemm l-ebda kunflitt ta’ interess u c-Chairman għandu l-kwalifiċi kollha biex jokkupa din il-kariga.
Peress li l-MCCAA hija prattikament l-amalgazzjoni tas-CCD, l-MSA u l-MNL skont l-Att rispettiv (Kap. 510) u peress li din l-awtorità ġdida se jkollha uffiċċji li preżentement la huma dawk użati mill-eks CCD, la tal-eks MSA u lanqas tal-MNL u dawn l-uffiċċji ġodda ttieħdu mill-MCCAA fuq bażi ta' kirja u peress li l-kuntratt tal-kirja diġà ġie ffirmat u l-eks CCD u l-eks MSA ħa jiċċaqalqu bejn dan ix-xahar u Diċembru din is-sena, jista' l-Prim Minsitru jinforma lill-Kamra fejn se jkun l-uffiċċju tal-MCCAA? Liema bini se jservi ta' uffiċċju? Kemm se tkun l-ispiża tad-dħul u kemm se jkun il-kera annwali? Kif u min innegozja l-kuntratt ta' kera? Meta l-gvern suppost qed jagħmel ħiltu biex inaqqas l-ispiża pubblika, x'kienet ir-raġuni li l-gvern għażel li l-MCCAA tidħol fi spejjeż żejda meta huwa seta joffri binjiet minn li għandu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-post il-ġdid ta l-Awtorita huwa - Mizzi House, National Road, Blata l-Bajda. Dan sejjer ikun l-Ufficju Centrali. Ix-xogħol kollu li kellu jsir u lis-spejjes huma għal sid il-kera. Il-kera anwali hija 300 000 euros tal l-Ufficji u 18 000 euros tal garage.
L-għażla saret wara sejħa għ
al expression of interest pubblika. Wara sar rapport fuq l-postijiet sottomessi,
In-negozjar sar mic-Chairman
ghan-nom tal-Awtorita
u
wara nġabet
l-approvazzjoni tal Ministeru tal Finanzi.
Ma kien hemm l-ebda binja
tal-Gvern f’ post centrali li hija
disponibli biex takkomoda
lill-uffiċċjali kollha tal-Awtorita.
Infatti l-ewwel parti tal-eżerċizzju kien biex jiġ
i evalwat jekk kienx hemm bini pubbliku li seta jservi ghal dan il-għan
.
Kieku kien hemm post disponibli l-Awtorita kienet tokkupah
.
Il-post li
kien okkupat mill-MSA ser jintuż
a minn dipartiment ieħor tal-Gvern immedjatament kif ser isir mill-post ta’ Santa Venera li kien okkupat mill-ex CCD immedjatament malli jitbattal. Sallum mxew u qed joperaw minn Mizzi House l-Istitut ghal Istandards u Metroloġija u d-Divizjoni tar-Regolamenti Tekniċi.
MSA — persuna biex tmexxi l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27343, jista' l-Prim Ministru jekk jidhirlux li l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa biex wieħed imexxi l-Awtorità tal-Istandards ta' Malta huma għal kollox differenti kemm minn dawk li huma meħtieġa biex tmexxi l-qasam tal-kompetizzjoni kif ukoll minn dawk li hemm bżonn biex tmexxi l-qasam tal-konsumatur? Iħoss li appunta l-persuna addatata biex tmexxi l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumatur billi dan jidher li m'għandu ebda esperjenza jew kwalifiki f'dawn iż-żewġ oqsma importanti li saħansitra jagħmlu parti mill-isem ta' din l-istess awtorità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ic-Chairman tal-Awtorita ta’ Malta ghal Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur huwa persuna li serva bhala chairman tal-Malta Standards Authority ghal hdax il-sena cioe sa mit-twaqqif taghha sa meta giet assorbita fl-MCCAA. Dan dejjem ghamlu b abilita.
Tnejn mill- erba entitajiet fi hdan l-MCCAA qabel kienu jiffurmaw l-MSA (Divizjoni tar-Regolamenti Teknici u l-Istitut tal-Istandards u l-Metrologija). L-istess MSA kienet wkoll involuta direttament fil-qasam tal konsumatur ghax kienet responsabli mis-sorveljanza ta suq.
Nassigura lill-Onorevoli Interpellant li c-Chairman ma kienx jigi appuntat kieku ma kienx meqjus bhala persuna addattata ghal dan il-post.
B'referenza għar-risposta li ta l-Prim Ministru rigward il-pożizzjoni anomala meta bħala Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità dan irid jiggarantixxi l-indipendenza funzjonali tad-Diretturi Ġenerali inkluż tiegħu nnifsu meta jaġixxi fil-kariga tiegħu ta' Direttur Generali tal-Istandards u Metroloġija u peress li l-Prim Ministru rreferieni għall-Artiklu 11 (1) (d) fejn hemm stabbilit li hija l-funzjoni tal-Bord li jiggarantixxi l-indipendenza funzjonali tal-entitajiet li jagħmlu parti mill-awtorità, ma jidhirlux li dan jikkonferma l-anomalija li teżisti fejn fil-kariga tiegħu bħala Chairman li jmexxi l-Bord tal-Gvernaturi irid fl-istess ħin jiggarantixxi l-indipendenza tiegħu nnifsu fil-kariga ta' Direttur Ġenerali tal-Istandards u l-Metroloġija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant illi huwa l-Bord tal-Awtorita’ li jrid jigarantixxi l-Indipendenza funzjonali tal-entitajiet u mhux ic-Chairman. Ma teżisti l-ebda anomalija bejn il-kariga ta’ Chairman u rwol temporanju ta’ Direttur Generali.
Jista' l-Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija parlamentari 27434 u jgħid jekk hemmx probation officers u senior probation officers biżżejjed għall-bżonnijiet preżenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi peress li f’dan is-settur ix-xogħol dejjem qiegħed jevolvi, dejjem jinħass il-bżonn għall-aktar impjegati. Għaldaqstant minn żmien għal żmien joħorġu sejħiet għall-ingaġġ ta’ aktar Probation Officers.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm senior u probation officers? Jista' jgħid jekk dawn humiex biżżejjed għall-bżonnijiet preżenti? Jista' jgħid kemm hemm studenti qed jagħmlu l-kors Master in Probation Services?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm Senior Probation Officer u 15-il Probation Officer. Tlieta minnhom ġew ingaġġati f'April ta' din is-sena b'żieda fuq dawk li kien hemm qabel.
Infurmat ukoll illi l-kors tal-Masters in Probation Services ser jiftaħ għall-ewwel darba f'Ottubru li ġej. L-Università ta' Malta għadha qed tilqa' l-applikazzjonijiet li jagħlqu fit-22 ta' Lulju 2011.
Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur — Chairman
Question
Skond it-termini tal-Att li bih twaqqfet l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, suppost li din tkun kompletament awtonoma u indipendenti mill-Gvern, f'dan is-sens jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kif din l-istess Awtorità tista' tiffunzjona bħala tali, jiġifieri, awtonoma u indipendenti meta de facto, ċ-Chairman għandu tliet voti minn ħamsa fil-Co-Ordination Committee, dan għaliex huwa nnifsu għandu żewġ voti, wieħed bħala Chairman u l-ieħor bħala Direttur Ġenerali u ma' dawn iż-żewġ voti jista' jistrieħ ukoll fuq il-vot ta' Direttur Ġenerali ieħor li kien iservi taħtu fil-Malta Standards Authority?
Għalkemm, il-Ministru responsabbli ma kisirx ebda termini tal-Att għaliex skond Taqsima III, paragrafu 9(1)(a), huwa seta' u fil-fatt ħatar Chairman li jokkuppa "kull kariga oħra fi ħdan l-Awtorità", ma jidhirlux il-Prim Ministru li dan il-fatt mhux awgurju tajjeb biex l-Awtorita tiffunzjona sewwa, għaliex iċ-Chairman ser tonqoslu l-awtorità morali vis-a-vis d-Diretturi Ġenerali l-oħra ? Ma jidhirlux il-Prim Ministru li meta dan is-sub Artiklu qed jindika li Chairman jista' jkun jokkuppa "kull kariga oħra fi ħdan l-Awtorità ", żgur li nkunu qed inġebbdu dan ‘lil hinn mill-iskop tal-Att, għaliex il-post ta' Direttur Ġenerali sempliċiment mhuwiex '"kariga oħra"?
Ma jaħsibx il-Prim Ministru li meta persuna waħda qed tiġbor fiha l-poteri ta'
policy-making
li għandu ċ-Chairman u dawk ta' CEO li għandu bħala President tal-Kumitat ta' Kordinazzjoni u dawk esekuttivi fl-amministrazzjoni li jgawdi bħala Direttur Ġenerali tkun qed tinħonoq kull inizjattiva individwali tal-ħaddiema l-oħra għax ikunu jridu jevitaw il-konflitti?
Il-Prim Ministru hu sodisfatt illi l-persuna maħtura bħala Chairman tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għandha l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa biex tmexxi din l-Awtorità?
Kien hemm xi każijiet fejn membru tal-Bord tal-Gvernaturi irtira minn xi laqgħa minħabba li kienet se tigi diskussa xi ħaġa li għandu interess personali fiha ċ-Chairman?
Ma jidhirlux il-Prim Ministru li ċ-Chairman tal-Aworità tpoġġa f'pożizzjoni anomala meta waqt li bħala Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità jrid jiggarantixxi l-indipendenza funzjonali tad-Diretturi Ġenerali inkluż tiegħu nnifsu meta jaġixxi fil-kariga tiegħu ta' Direttur Ġenerali tal-Istandards u Metrologija?
Ma jidhirlux il-Prim Ministru li l-fatt li ċ-Chairman tal-Awtorità imexxi (bhala Chair) ukoll il-Coordination Committee u fl-istess ħin hu responsabbli għall-i
staff
li hemm fid-diversi Direttorati Ġenerali jista' jkun kaġun ta' konflitti billi hu fl-interess tiegħu li-Direttorat tiegħu ikollu l-aħjar
staff
a skapitu ta' Direttorati oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-funzjoni tal Kumitat ghal Kordinazzjoni kif indikat f'Artiklu 5 hija li jservi ta punt ta kuntatt u rabta ewlenija ta komunikazjoni u kordinazjoni bejn il Bord tal Gvernaturi u l-entitajiet. M'hemm l-ebda referenza dwar voti fil-liġi publikata u f dan il-kumitat ma jittieħed l-ebda vot. Jidher li l-Onor. Interpellant qeda tirriferri għal votazjoni li tista issir fil Bord skond Artiklu 10 (5) ta Kap 510.
Il-kariga li bħalissa qiegħed jokkupa c-Chairman ta' Direttur Generali tal-Istitut tal-Metrologija u Strandards hija waħda temporanja sakemm tinstab l-persuna addattata li timla din il-kariga ta' Direttur Generali
Dwar il-poteri ta' policy-making li għandu c-Chairman u dawk ta' CEO, l-interpelant tajjeb ikun jaf li huwa il-Bord tal-Gvernaturi li għandu l-poteri ta policy making kif indikat f'Artiklu 11(1) (a). Dwar il-funzjoni tal-Kumitat ta' Kordinazzjoni l-liġi titkellem ċar din x għandha tkun u qed nagħmel referenza għaliha fl-ewwel paragrafu ta' din ir-risposta.
Dwar il-ħatra ta Chairman u l-kwalifiki u l-esperjenza meħtiega biex tmexxi din l-Awtorità, nixtieq ninforma lil-interpellant li Chairman li ġie maħtur ġa kien jokkupa pożizjoni simili f'Awtorita li illum hija assorbita fl-awtorita ġdida għal iżjed min għaxar snin u din l-awtorita kellha riżultati tajbin matul is-snin
Sallum qatt ma nqalat is-sitwazzjoni indikata mill-Onor Interpellant fejn membru tal-Bord tal-Gvernaturi irtira minn xi laqgħa minħabba li kienet se tiġi diskussa xi ħaġa li għandu interess personali fiha c-Chairman
Rigward il-pożizzjoni anomala meta bħala Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità dan irid jiggarantixxi l-indipendenza funzjonali tad-Diretturi Generali inkluż tiegħu nnifsu meta jaġixxi fil-kariga tiegħu ta' Direttur Generali tal-Istandards u Metroloġija, nixtieq infakkar li skond Artiklu 11 (1) (d) hija l-funzjoni tal Bord li jrid jiggarantixxi l-indipendenza funzjonali ta l-entitajiet
Dwar l-aħħar mistoqsija kif diġa indikajt ir-responsabilta ta Direttur Generali hija wahda temporanja
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' omiċidji bejn 2000 u 2010 maqsumin nisa u rġiel (qattiel u maqtula), numru ta' attentati bejn 2000 u 2010 maqsumin nisa u rġiel u jekk il-każijiet seħħewx bejn membri tal-familja (indika r-relazzjoni)?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn l-2000 u l-2010 kien hemm 49 persuna maqtula. Minn dawn 28 kienu rġiel u 21 kienu nisa. L-omiċidju ta’ 40 minn dawn kien ġie solvut u 48 persuna, (45 irġiel u 2 nisa), kienu ġew akkużati quddiem il-Qorti filwaqt li kien hemm każ fejn il-qattiel immedjatament ikkommetta suiċidju.
Infurmat ukoll illi fost dawn il-każijiet solvuti kien hemm is-segwenti :-
każ fejn wieħed mill-akkużati kien l-għarus tal-vittma
każ ieħor l-akkużat kien iben il-vittma
każ ieħor il-vittma kienet il-mara tal-qattiel
każ ieħor il-vittma kienet l-għarusa tal-akkużat
każ ieħor il-vittma kienet iz-zija ta’ l-akkużat
każ ieħor l-akkużat kien ir-raġel tal-vittma
każ ieħor il-vittma kienet omm waħda mill-akkużati
każ ieħor il-vittma kienet l-eks mara tal-akkużat
każ ieħor il-vittma kienet il-mara tal-akkużat
każ ieħor il-vittma kienet l-eks għarusa tal-akkużat.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi it-tagħrif hekk kif mitlub mhux disponibbli taħt forma ta’ statistika.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26703, billi fl-ewwel interpellenza ġet ripetuta informazzjoni pubblika li ngħatat fl-2010, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li l-ftehim li jieqaf il-kors tal-BA fil-konservazzjoni u restawr sar f'Ġunju 2010 u dawk l-istudenti li qabel din id-data għażlu l-kimika fis-sekondarja għaliex kienu intenzjonati jieħdu l-kors fil-baċellerat tal-konservazzjoni, issa ma jistgħux. Dawn l-istudenti ġew gwidati dwar l-option tal-kimika minn sorsi uffiċjali qabel l-2010 u minn informazzjoni li għandi, intqalilhom li ma kienx biss fil-livell avvanzat li l-kimika kienet valida għall-kors imsemmi, iżda anki f'dak intermedju. Jekk dawn ingħataw informazzjoni li setgħu bil-kimika jidħlu BA konservazzjoni u restawr u tħajru u għażlu l-kimika, ma taħsibx il-Ministru li meta tgħidilhom jidħlu għall-inġinerija jew xi kors ieħor, dawn ġustament iħossuhom ġew żvijati?
Peress li l-istudenti spiċċaw l-ewwel sena fil-livell post-sekondarju fl-2010, (jiġifieri intake 2009 - 2010) u xtaqu li jieħdu l-baċellerat fil-konservazzjoni, issa ma jistgħux għaliex id-deċiżjoni ttieħdet f'nofs il-kors tagħhom u b'effett meta huma kellhom jagħżlu l-kors universitarju, ma jidhriliex li dan se jaqta' qalb l-istudenti speċifikament interessati fil-konservazzjoni u għalhekk kien ikun aktar għaqli li għalkemm tibqa' l-possibilità li gradwati mill-korsijiet l-oħra msemmija jkunu jistgħu jidħlu għall-konservazzjoni fil-livell masters xorta jitħalla l-kors fil-baċellerat?
Peress li fit-tweġiba l-Ministru semmiet l-użu aħjar tar-riżorsi, għandna nifhmu li dan iseħħ billi l-lecturers ma jkollhomx studenti fil-baċellerat tal-konservazzjoni? Għaliex dawn l-istudenti saru daqstant żejda? Forsi għax paradossalment huma ftit, jew inkella għax il-lecturers għandhom l-istudji tal-PhD, kif rappurtat mill-istess dipartiment u ma jlaħħqux? Tajjeb l-istudju fil-livell ta' PhD, però għandhom jiġu sagrifikati l-istudenti li jixtiequ l-konservazzjoni fil-baċellerat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-deċiżjoni li ma jitkompliex il-kors li jwassal għal BA fil-Konservazzjoni u Restawr ittieħdet biss għaliex il-kors ta’ studju tal-livell ta’ baċċellerat kellu jiġi ri-strutturat beix ikun konformi ma’ żviluppi professjonali u standards edukattivi, kif spjegat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26703. Heritage Malta u l-Università ta’ Malta fil-fatt wasslu fi ftehim dwar dan, anke għaliex huwa ħsieb komuni fl-Ewropa illi il-professjoni ta’ konservatur u restawratur, bħala dixxiplina speċjalizzata, għandha tittieħed f’livell ta’ Masters. Il-gradwati li jidħlu għall-Masters għandhom jiġu minn “backgrounds” differenti, u huwa f’dak il-kuntest li ssemma’ il-kors ta’ l-inġinerija jew tax-xjenza. Dawk l-istudenti li huma mħajjrin f’karriera fir-restawr u konservazzjoni issa jridu jidħlu l-ewwel għal baċċellerat, f’waħda mill-oqsma indikata fir-risposta oriġinali, u wara jidħlu għal-livell ta’ speċjalizazzjoni (Masters). Dawk l-istudenti li għażlu kimika fil-livell avanzat jew intermedjarju, għal din il-karriera għamlu sewwa, għaliex il-kimika hija waħda mill-materji fondamentali għal din il-professjoni – imma mhux hi biss. Hemm studji oħra, bħal Arkitettura, l-Istorja, u xjenzi oħra (apparti l-kimika) li wkoll huma importanti ħafna.
Ma kienx ghaqli li nkomplu noffru baċċellerat, meta kien magħruf li kien hemm problemi li jistgħu jiġu irranġati biss b’dan il-mod.
L-użu aħjar ta’ riżorsi se jsir billi l-istrutturi tal-korsijiet f’livell ta’ Masters, fis-suġġetti relatati mar-restawr u konservazzjoni, jippermettu modules komuni. L-istudenti ma “sarux żejda”; sempliċement ma kinux moqdija fil-livell mixtieq, u għalhekk sar pjan differenti li xorta jista’ jwassal lil dawk li huma mħajjrin għal din il-professjoni, fejn jixtiequ huma, imma anke f’livell ogħla. Finalment, jiġifieri, din id-deċiżjoni hija fl-interess tagħhom stess.
L-istudji tal-letturi għal PhD tagħhom m’għandu x’jaqsam xejn ma’ din id-deċiżjoni.
Tista' l-Ministru tagħti l-persentaġġ ta' nisa u rġiel fis-suq tax-xogħol għal dawn l-aħħar għaxar snin sa Diċembru 2010? X'persentaġġ jaħdmu full-time u x'persentaġġ jaħdmu part-time għal kull kategorija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti l-persentaġġ ta' nisa bla tfal u rġiel bla tfal/nisa bit-tfal u rġiel bit-tfal fis-suq tax-xogħol għal dawn l-aħħar għaxar snin sa Diċembru 2010? X'persentaġġ jaħdmu full-time u x'persentaġġ jaħdmu part-time għal kull kategorija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ m’għandiex informazzjoni dwar jekk in-nisa u l-rġiel fis-suq tax-xogħol għandhomx tfal jew le.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' schoolgirl mothers minn Ġunju tal-2010 sa Ġunju tal-2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ ommijiet xebbgħiet li kienu riferuti lill-Unit Għożża minn Ġunju tal-2010 sa Ġunju 2011 kien ta’ 112. 17 minn dawn kienu taħt is-16-il sena u l-bqija ’l fuq minn 16-il sena.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' nisa li qegħdin jgħixu f'shelters - megħjuna mill-Gvern - minħabba vjolenza domestika? Tista' tgħid in-numru ta' tfal li għandhom dawn in-nisa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid f'kemm skejjel qed jingħata s-servizz ta' after-school? Liema huma dawn l-iskejjel? Kemm studenti qed jibqgħu wara l-ħin tal-iskola, f'kull skola? X'attivitajiet qed jagħmlu fil-ħin ta' wara l-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Tista' l-Ministru tgħid ir-raġuni għall-inkonsistenza fil-programm tal-Aħbarijiet tal-Ħadd fis-7am fejn jirrigwardja x-xandir tal-kontenut tal-ġurnali, jiġifieri għalfejn dan ġieli jsir u ġieli ma jsirx? Tista' tgħid x'kienet ir-raġuni f'kull każ li l-gurnali ma ġewx imxandra l-Ħadd filgħodu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fiż-żewġ każijiet differenti meta ma ħarġux l-analiżi tal-gazzetti l-Ħadd filgħodu, kien ħtija jew tal-ġurnalist jew tal-editur responsabbli mill-muntaġġ li ma daħalx fil-ħin biex jitlesta x-xogħol li jkun hemm bżonn. F’kull każ, l-impjegat konċernat ingħata twissija mill-management.
annullamenti ta' żweġijiet mill-Knisja li ma ġewx rikonoxxuti mill-Qrati ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet ta' annullamenti ta' żweġijiet mill-Knisja li ma ġewx rikonoxxuti mill-Qrati ta' Malta? Jekk, iva kemm kienu? Meta sar dan ir-rifjut ta' rikonoxximent mill-istat? X'raġunijiet ingħataw biex dawn ma jiġux rikonoxxuti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Mill-2004 (is-sena li fiha bidet tinżamm din l-istatistika), ninsab infurmat illi kien hemm ħames każijiet ta’ annullamenti ta’ żweġijiet mill-Knisja li ma ġewx rikonoxxuti mill-Qrati ta’ Malta. Dawn huma s-segwenti:
Sena
Numru
Raġuni
2004
2
Każ 1 - Ma tħarisx id-dritt ta’ smigħ xieraq quddiem it-Tribunal Metropolitan (wieħed mill-partijiet u ċioe’ l-attriċi ma kienetx preżenti waqt is-seduti ta’ dan it-Tribunal)
Każ 2 – Id-dokumenti ppreżentati ma kinux awtentikati
2007
1
Diġa’ kien hemm annotazzjoni fiċ-Ċertifikat taż-Żwieġ li dan iż-żwieġ kien dikjarat null u bla effett mill-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili.
2009
1
Diġa’ kien hemm annotazzjoni fiċ-Ċertifikat taż-Żwieġ li dan iż-żwieġ kien dikjarat null u bla effett mill-Qorti Ċivili.
2010
1
Kien hemm sentenza kontrarja bejn il-partijiet li saret
res judicata
Bachelor in Conservation and Restoration Studies — Kors mhux offrut
Question
Tista’ l-Ministru tispjega għaliex il-Bachelor in Conservation and Restoration Studies taħt l-awspiċi tal-Institute of Conservation and Management of Cultural Heritage mhux se jkun offrut mill-Università ta’ Malta għas-sena akkademika li tiftaħ f’Settembru 2011? Tista’ tinfurmana jekk din l-assenza tal-kors minn fost il-korsijiet offruti mill-Università ta’ Malta hix temporanja, jiġifieri hu ppjanat li l-kors jiftaħ fis-sena 2012, jew inkella jekk f’dan ir-rigward għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni?
Id-deċiżjoni li l-kors ma jinfetaħx tħalli numru ta’ dubbji u mistoqsijiet:
a) l-effetti fuq is-suq tax-xogħol fil-kamp tal-konservazzjoni u restawr fosthom li toħloq restrizzjonijiet meta dan ix-xogħol jirrikjedi speċjalizzazzjoni u għalhekk il-bżonn li jkun hemm aktar nies mħarrġa ħalli l-ispeċjalizzazzjonijiet joktru;
b) il-konsistenza ta’ din id-deċiżjoni mal-ambizzjoni ta’ Malta fil-kamp turistiku li tipprovdi l-wirt kulturali tagħha kkurat u mantnut fl-aqwa kundizzjoni; u
ċ) kif se tfiehem lil dawk li xtaqu jsegwu dan il-kors bħala bidu ta’ karriera u allura aktar kmieni, waqt li kienu l-iskola sekondarja għażlu dawk is-suġġetti li kienu se jwassluhom għal studju fil-konservazzjoni u restawr? L-informazzjoni li rċevew l-istudenti dwar l-għażla tas-suġġetti kienet pubblika, ma jidhrilhiex li dawn ġew żvijati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bi ftehim bejn Heritage Malta u l-Università ta’ Malta, ffirmat fil-15 ta’ Ġunju 2010, u kif kien ġie avżat fil-midja u fuq il-website tal-Universita’ dak iż-żmien, il-korsijiet fil-Konservazzjoni u Restawr, li jwasslu għall-kwalifiki terzjarji, se jiġu ristrutturati, u se jkunu offruti taħt l-awspiċi tal-Universita’ ta’ Malta. Din id-deċizjoni ttieħdet bl-iskop li l-korsijiet f’dan il-livell jiġu kkonsolidati, u jiġu żviluppati korsijiet ġodda, kif ukoll biex isir użu aħjar tar-riżorsi disponibbli.
L-Universita’ taqbel li f’dan il-kamp hemm bżonn ta’ specjalizazzjoni, u ghalhekk qiegħda taħdem biex toffri korsijiet fil-Konservazzjoni u Restawr fil-livell ta’ Master. Għal dawn il-korsijiet ikunu jistgħu jidħlu gradwati li jkollhom lawriji minn oqsma differenti bħalma huma l-Arkeoloġija, l-Istorja tal-Arti, ix-Xjenzi, l-Arkitettura, u l-Inġinerija. Huwa ppjanat li korsijiet li jwasslu għall-Master fil-qasam tal-Konservazzjoni u Restawr jkunu offruti mill-Universita’ minn Ottubru 2012 ‘il quddiem.
Permezz ta’ dawn l-iżviluppi, se jkunu mħarrġa gradwati fil-qasam tal-Konservazzjoni u Restawr li jkunu ġejjin minn oqsma differenti, u għalhekk l-għadd ta’ studenti li jistgħu jistudjaw f’dan il-qasam huwa aktar wiesgħa, bil-probabbiltà li n-numru ta’ studenti ikun akbar minn qatt qabel. Dawn l-iżviluppi qed isiru għax kemm Heritage Malta kif ukoll l-Università jemmnu li t-tagħlim fil-Konservazzjoni u Restawr aħjar jigi wara tagħlim fil-livell tal-ewwel ċiklu, u li l-istudenti jispeċjalizzaw fil-Konservazzjoni u Restawr fil-livell ta’ Masters, u dan ukoll fid-dawl tal-livell ta’ taħriġ li jsir fil-Konservazzjoni barra minn Malta. ENCoRE, (European Network for Conservation-Restoration Education), fil-fatt tirrakkomanda li biex tidħol għall-professjoni ta’ Konservatur-Restawratur, wieħed għandu jkun gradwat fil-livell ta’ Masters.
L-Universita’ hija konxja tal-bżonn li l-wirt kulturali ta’ Malta għandu jiġi kkurat u mantnut fl-aqwa kundizzjoni, u għalhekk, minbarra korsijiet ta’ specjalizazzjoni fil-Konservazzjoni, qiegħda taħdem biex toffri Masters fil-Management tar-Riżorsi Kulturali, anke bħala għodda biex ikomplu jitħarrġu n-nies li diġa jaħdmu f’dan il-kamp.
L-istudenti li kienu għażlu l-Kimika, bħala wieħed mis-suġġetti fil-Livell Avvanzat tal-Matrikola (li kien mitlub għall-kors ta’ Bachelor fil-Konservazzjoni), jservihom ukoll biex jidħlu f’uħud mill-korsijiet li ssemmew aktar ‘il fuq, li jkunu l-ewwel pass għal karriera fil-kamp tal-Konservazzjoni u Restawr.