Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (DEMARCO, MARIO)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Social housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' units ta' social housing f'Malta u f'Għawdex?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant la darba il-housing estates tal-gvern huma proprjetà tad-Dipartiment tal-Artijiet, din il-mistoqsija għandha issir lill-Ministeru responsabbli minn dan id-dipartiment. Min-naħa l-oħra l-Awtorità tad-Djar għandha proprjetà li hija bniet f’ housing estates u li qegħdin preżentament jinkrew. L-informazzjoni tidher fit-tabella ta’ hawn taħt:- Lokalità Nru. Tal-Blokkijiet Sena Meta Tlesta l-blokk Units f’housing estate Titolu KeraBejg] B’Buga Triq Tal-Ġebel 5 Jannar 2005 30 30- Bormla Triq San Mikiel 2 Lulju 2003 16 16- Bormla Triq Mariano Gerada Ent 5 1 Lulju 2003 8 8- Bormla Triq Mariano Gerada Ent 13 1 April 2007 8 8- Bormla Ent 71, 67, 68, 69 Blk 3 Triq Mariano Gerada 4 Diċembru 2007 25 25- Bormla Ent 87 Triq Erin Serracino Inglott 1 Settembru 2005 6 6- Bormla Triq Wigi Rosato 1 Mejju 2003 4 4- Bormla Triq Santu Rokku 1 Lulju 2000 4 4- Bormla Triq Sqaq l-Erwieh 1 Majju 2002 4 4- Bormla 18 Triq San Gwann 1 Frar 2001 6 6- Bormla 95 Triq San Gwann 1 Frar 2001 6 6- Fgura Triq l-G]arnuq 5 Mejju 2002 27 27- Floriana Triq il-Kappuccini 1 April 2004 8 8- Isla Triq San Filippu 1 Mejju 2004 3 3- Kirkop Triq il-Fieres 5 Jannar 2002 24 24- Mgarr Triq il-Karamelli 2 Mejju 2008 17 17- Msida Triq il-Kuncizzjoni 4 Mejju 2005 35 341 Msida Triq il-Wied 4 Mejju 2005 24 24- Pembroke Triq Profs Walter Ganado 2 Settembru 2001 12 12- Paola – Triq Salvatore Imbroll 1 Frar 2009 2 2- Qawra – Tal-Qortin 1 Diċembru 2007 8 8- Tarxien – Sqaq Brittaniku 2 Jannar 2001 7 7- Tarxien – Triq Alfier de Medran 3 April 2002 21 21- Tarxien – Sir Temi Zammit 2 Diċembru 2009 12 12- Valletta – Triq Sant’Ursola 2 April 2004 18 18- Valletta – Tirq il-Bjar 1 April 2004 2 2- Valletta – Triq San Nikola 1 Frar 1999 9 9- Valletta – Triq il-Merkanti 1 Mejju 2001 8 8- Żebbuġ - Triq l-Indipendenza 2 Ġunju 2008 12 12- Żurrieq – Triq ir-Rettur 1 Frar 2002 4 4-

Rapporti ta' vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid in-numru ta' każijiet ta' rapporti ta' vjolenza domestika fis-sena 2011? Jista jgħid kemm minnhom tressqu l-qorti? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kazijiet tneħħa mid-dar min kien qed iwettaq il-vjolenza?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, il-Pulizija kellha 848 rapport ta’ vjolenza domestika, filwaqt li matul l-istess sena bdiet proċeduri kriminali kontra 1005 persuna fuq akkuzi ta’ vjolenza domestika. Peress illi l-aħħar domanda tenħtieġ informazzjoni mill-Qorti ġentilment nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant tagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Trabi li twieldu lill-ommijiet tas-sittax-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal lill-ommijiet ta' sittax-il sena u taħt dik l-età fis-sena 2011? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin l-ommijiet f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #32245 Sitting 450 2012-02-27 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infumat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi ffinalizzat.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-Ministeru m'għandux entitajiet pubbliċi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kappara DC għal San Ġwann u St Andrews DC — informazzjoni dwar tender ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nħarġet l-order to start work tender għax-xogħol fuq il-Kappara DC għal San Ġwann u St Andrews DC li tikkomprendi t-tul ta' 1.6km u 1.5km, hekk kif rapportat fil-ġurnal The Times tad-29 ta' Novembru, 2011? Jista' jgħid lil liema kumpanija/i ngħatat it-tender għall-imsemmi xogħol? Peress li fl-istess rapport ta' The Times tissemma' kumpanija Taljana, jista' jgħid jekk din il-kumpanija hijiex il-bidder oriġinali jew tagħmilx parti minn consortium jew joint venture jew sub-contractor ma' kumpanija lokali Maltija? Jekk il-kumpanija mhix il-bidder oriġinali, jista' jgħid jekk hix proċedura normali li kumpanija lokali tieħu tender u tgħaddiha lil kumpanija barranija , b'tat-tieni ma tieħu l-ebda sehem fl-istadju tal-proċess tat-tendering? Jekk il-kumpanija mhix il-bidder oriġinali x'persentaġġ tal-valur tax-xogħol hija responsabbli għalih din il-kumpanija Taljana? Jista' jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol? Jista' jgħid x'inhu t-tul tal-mina li ġie skavat? X'inhu t-tul tal-mina li ngħata l-concrete? Kemm jiswa dan ix-xogħol u meta għandu jistlesta, skont it-tender? X'inhu l-valur tax-xogħol li tlesta s'issa? Rigward il-mina għall-Magħtab, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Investigazzjoni fl-Orthotic and Prosthetic Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament kien kummissjonat biex jinvestiga l-Orthotic and Prosthetic Unit? Jista' jgħid x'kien ir-riżultat ta' din l-investigazzjoni? Jista' jgħid għaliex il-persuna in charge mill-Orthotic and Prosthetic Unit ġiet trasferita għall-Health Promotion Unit? Jekk dan kien riżultat tal-investigazzjoni, kien hemm xi proċeduri dixxiplinarji u jekk iva, x'kienu? Jista' jgħid għaliex il-persuna li tissorvelja l-operations management l-OPU, minkejja li kienet infurmata bosta drabi li l-affarijiet ma kienux qed isiru b'mod professjonali, l-awtoritajiet ma ġewx infurmati sakemm l-Amputees to Amputees intervjenew flimkien mal-vascular surgeon li d-dettajli tiegħu ukoll qed jingħataw separatament? Għaliex kien biss minn hemm imbagħad li ġiet kummissjonata l-investigazzjoni? Kemm sewa f'fees professjonali l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Ministeru irċieva diversi rapporti mingħand pazjenti, qraba u professjonisti tal-Orthotics and Prosthetics Unit (OPU) dwar il-mod kif kien qed jitmexxa dan il-unit. Wara diversi attentati biex l-affarijiet jitjiebu b’sens ta’ rieda tajba, deher ċar li jinħtieġ awditur independenti biex il-Ministeru jista jifformula pjan ta’ azzjoni. F’Malta ma kien hemm ħadd li jista jagħmel awditjar professjonali u kliniku fuq Orthotics u Prosthetics minħabba nuqqas ta’ nies kwalifikati. Il-persuna li ġiet magħzula kellha snin twal ta’ esperjenza bħala Service Manager ta’ Prosthetics u Orthotics f’servizz Nazzjonali tas-Saħħa tar-Renju Unit. Ir-riżultati tal- audit urew li kien hemm bżonn ta’azzjoni urġenti dwar il-kwalita’ u l-organiżżazzjoni tas-servizzi. B’riżultat ta’ dan, kellhom jittieħdu miżuri korrettivi fis-servizz kif ukoll mal-istaff. Wara l- audit , il-pjan ġie diskuss internament fil-Ministeru u ġie ddeterminat li kien aħjar għal persuna kkonċernata li timxi għal rwol ieħor fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anżjani u l-Kura fil-Kommunita’ fejn tista’ tuża l-ħiliet tagħha bl-aħjar mod. Ma ttieħdu l-ebda passi dixxiplinarji bħala riżultat tal- audit ħlief azzjoni biex tittranġa l-kwalita’ u l-organiżżazzjoni tas-servizz. Saret rikonċiljazzjoni tal-pagamenti u ġew evalwati l- invoices tas-servizzi offruti mill-kuntratturi. L-ammont li ntefaq biex tħallas l-espert għall-konsulenza tiegħu hu €1,560.00.
Leg 11 PQ #30650 Sitting 422 2011-12-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MSA — Chairman - safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb misotqsija parlamentari 28390 u jgħid għal liema raġunijiet iċ-Chairman tal-Awtorità tal-Istandards ta' Malta siefer minn mindu ġie appuntat fil-kariga tiegħu f'din l-awtorità għall-perjodu sħiħ sakemm ġiet xolta l-istess awtorità biex tiġi ffurmata l-MCCAA fl-2011? Jista' jinforma wkoll għal liema raġunijiet siefer l-istess persuna kemm ilu Chairman tal-Malta Competition and Consumer Affairs Authority (MCCAA) ? Jista' jagħti informazzjoni bir-raġuni ta' kull safra li saret miċ-Chairman kemm meta kien imexxi l-MSA u kemm il-MCCAA? Kemm swiet kull safra in kwistjoni globalment, jiġifieri vvjaġġar, lukandi, boardings, per diem allowances, eċċ.? X'benefiċċji ħa l-pajjiż, u l-entitajiet li kien u għadu responsabbli għalihom, minn dawn is-safriet? Jista' jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport ta' kull safra li jsir wara mawra barra l-pajjiż minn uffiċjali pubbliċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li r-raġunijiet li siefer iċ-chairman tal-Awtorità tal-Istandards ta' Malta minn mindu ġie appuntat kienu jew biex jattendi laqgħat tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill tal-Ewropa inkella laqgħat konessi mal-affiljazzjoni tal-Awtorità f’korpi Ewropej jew internazzjonali bħal CEN u ISO fost oħrajn. L-istess japplika għar-rigward ta’ kemm ilu chairman tal-MCCAA. Fuq il-mejda qeda titpoġġa CD bir-rapporti ta’ safar u spejjeż konnessi. Hemm xi dettalji tal-ewwel snin meta l-informazjoni kienet tinżamm bħala hard copies neqsin, peress li dokumenti relevanti jinsabu ġo kaxex minħabba l-bżonn li l-awtorità trasferiet is-sede tagħha mill-Belt għall-Blata l-Bajda. Nixtieq infakkar lill-interpellant li safar konness ma’ laqgħat kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Kunsill ikunu mħallsa mill-istess Kummissjoni jew Kunsill.

Università ta' Malta — Dipartiment tal-Psikoloġija - studenti għall-Victim Support Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk id-Dipartiment tal-Psikoloġija fl-Università ta' Malta hux qed jinnegozja ma' Victim Support Malta biex dan jibgħat studenti tiegħu biex jagħmluha ta' counsellors tal-klijenti ta' din l-organizzazzjoni għaliex bħalissa Victim Support Malta m'għandhiex is-servizzi ta' counsellor? Jekk iva, x'sigurtà se jkollhom l-istudenti li se jintbagħtu jagħmlu l-praticum tagħhom mal-Victim Support Malta minħabba li bosta mill-każijiet li jkunu għand il-Victim Support Malta huma ta' riskju u periklu għal min jitrattahom? X'sigurtà joffri l-post li bħalissa qiegħda topera minnu l-Victim Support Malta għal dak li għandu x'jaqsam ma' superviżjoni, protezzjoni u għanjuna ad hoc lill-istudenti li jistgħu jintbagħtu jagħmlu l-praticum tagħhom hemmhekk? Tikkonferma li fil-post minn fejn topera l-Victim Support Malta lanqas bibien tat-toilets m'hemm u hemm biss żewġt ikmamar minn fejn kull privatezza hija nieqsa? Taf li meta bdiet topera l-Victim Support Malta kellha post fi Triq il-Fran, il-Belt Valletta li kien adegwat u mhux fl-imwarrab u mhux 'il bogħod minn kull għajnuna u issa qegħda f'post imwarrab, u specjalment filgħaxijiet mhuwiex rakkmandabbli biex studenti jitħallew waħedhom jipprovaw isolvu każijiet li bosta drabi jkunu imdaħħlin fihom nies ta' natura vjolenti? Tikkonferma li l-Victim Support Malta qegħda tipprova tikseb is-servizzi ta' counsellors mid-Dipartiment tal-Psikoloġija tal-Università ta' Malta għaliex sfat mingħajr l-istess servizzi ta' impjegati professjonali ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Dipartiment tal-Psikologija jorganizza żewġ korsijiet fil-livell ta’ Masters fil-Counselling fl-Università. L-ewwel kors huwa l-Masters in Counselling, kors ta’ erba’ snin part-time immirat l-aktar lejn student Maltin li jkunu diġà qed jaħdmu.. It-tieni huwa kors maħsub għal studenti Maltin u internazzjonali u hu full-time fi ħdan l-International Masters Programme tal-Università ta’ Malta. Dan il-kors jieħu l-forma ta’ Dual degree u hu offrut flimkien mad-Dipartiment tal-Counselling tal-Università ta’ Maryland (College Park). Id-dipartiment tal-Counselling tal-Università ta’ Maryland ilu għal dawn l-aħħar tnax-il sena jiġi l-ewwel fil-league lists Amerikani fil-livell ta’ korsijiet fil-Counselling fl-Istati Uniti. Għalhekk id-Dipartiment tal-Psikologija tal-Università tagħna huwa kburi li rnexxielu jasal għal dan il-ftehim ma' Università prestiġjuża u li permezz tiegħu jista’ joffri korsijiet tal-ogħla kwalità fil-counselling. F’dan il-kors partikolari, minbarra studenti Maltin hemm studenti mill-Istati Uniti, miċ-Ċina, mill-Ġermanja u mill-Finlandja. L-iskop ewlieni long term tad-Dipartiment huwa li jagħmel l-Università ta’ Malta ċentru ta’ eċċellenza fil-counselling, li hi professjoni li qiegħda tikber b’rata mgħaġġla ħafna. Billi ż-żewġ korsijiet jirrikjedu prattika qawwija ta’ sitt mitt siegħa, id-sdipartiment għandu persuna li tikkordina il-practicum taż-żewġ korsijiet. Xogħol din il-persuna huwa li tiltaqa’ mad-diretturi tal-postijiet fejn tista’ ssir il-prattika, tagħmel skrutinju li l-post hu idoneu biex isir il- counselling fih, li hemm l-istandards neċessarji kemm fil-bini kif ukoll fl-istruttura tar-riżorsi umani biex kemm it-trainees kif ukoll il-klijenti ikunu mħarsa u li jkun hemm supervizjoni adegwata minn professjonisti kwalifikati. Id-dipartiment jixtieq jagħmilha ċara li fuq dan il-punt ma jagħmel l-ebda kompromessi. Fil-25 ta’ Ottubru 2011, fuq talba tad-direttriċi ta’ Victim Support Malta, il-koordinatrici tal-practicum u l-Kap tad-Dipartiment tal-Psikologija iltaqgħu mad-direttriċi ta’ Victim Support Malta fejn saret talba mill-istess direttiċi biex id-dipartiment jikkonsidra l-Victim Support Malta bħala post fejn jista’ jsir il-practicum ta’ xi studenti. Fil-laqgħa ġie ribadit min-naħa tad-Dipartiment illi dan jista’ jsir biss wara li jsir l-iskrutinju rigward standards u safety. Din kienet l-unika laqgħa li saret s’issa bejn ż-żewġ partijiet. S’issa l-iskrutinju għadu ma sarx u l-ebda trainees mid-dipartiment ma ntbagħtu jagħmlu xogħol ma Victim Support Malta. Id-Dipartiment tal-Psikologija qiegħed jiddikjara li qabel ma jsir l-iskrutinju mhu se jibgħat lill-ebda student f’dan il-post u jekk fl-iskrutinju jinstab li m’hemmx l-idonjetà u l-i standards neċessarji ta’ ħarsien għall-istudenti u għall-klijenti u jinstab li mhux se jkun hemm supervizjoni adekwata min-nies kwalifikati dan il- placement ma jsirx.

Użu ta' krozzi tal-isptar — refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex refunds għall-ħlas dovuti għan-nies li jkunu għamlu użu minn krozzi tal-isptar pubbliku, idumu x-xhur ma jingħataw?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħalissa jeżisti backlog ta’ refunds tad-depożiti fuq apparat li kien misluf u li ġie rritornat lura. Qiegħed isir eżerċizzju mill-Isptar Mater Dei sabiex dan il-backlog jinqata’ fi żmien ftit ġimgħat. Ta’ min jgħid li mill-Isptar Mater Dei ikun biss qiegħed isir l-ipproċessar tal-claim għar-refund. Il-pagament proprju imbagħad isir b’ċekk mit-Tezor. Dan il-proċess ta’ ħlas mit-Tezor dejjem jieħu medja ta’ ġimgħatejn.
Leg 11 PQ #30008 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord tal-Governanza Lokali — konformità mal-Prinċipji tal-Imġieba Amministrattiva Tajba

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li l-Bord tal-Governanza Lokali li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu huwiex konformi mal-Principji tal-Imġieba Amministrattiva Tajba u tal-Liġi Naturali kif elenkati fl-Att 490 Dwar Il-Ġustizzja Amministrattiva? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid x’passi se jieħu dwar sentenzi mogħtija minn dan it-tribunal amministrattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Bord ta’ Governanza huwa mwaqqaf bl-Avviż Legali Numru 63 tal-2010. L-iskop tiegħu huwa li jitratta allegazzjonijiet ta’ ksur ta’ kodiċi ta’ etika tal-Kunsillieri u ilmenti ta’ residenti li jħossuhom injorati mill-kunsilli lokali tagħhom.
Leg 11 PQ #30009 Sitting 407 2011-11-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal Amministrattiv dwar l-Att dwar il-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika liema hu u kif inhu kompost it-Tribunal Amministrattiv li l-Att Dwar il-Kunsilli Lokali (Kap.363) qed jgħid li l-pubbliku għandu aċċess għalih jekk iħossu aggravat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li skont Artikoli 8 u 10 tal-Kap 490 tal-Liġijiet ta’ Malta, t-Tribunal hu magħmul minn President li jippresjedi t-Tribunal u jkun assistit minn żewġ assistenti li jkun jista’ jikkonsulta magħhom biex jasal għad-deċiżjoni tiegħu. Skont l-istess Artikolu 8, il-President ta’ dan it-Tribunal irid ikun persuna li jokkupa jew kien jokkupa l-kariga ta’ mħallef jew maġistrat f’Malta.

Ħaż-Żabbar — Triq Victor Cauchi

Question

Peress li skont ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28696, Triq Victor Cauchi f'St Peters Ħaż-Żabbar ma ssemmitx, jista' l-Minsitru jgħid meta hu ppjanat li ssir din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-parti tat-Triq Victor Cauchi li hija żviluppata u miftuħa, ġiet asfaltata f'Settembru li għadda.
Leg 11 PQ #29019 Sitting 393 2011-10-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Family Friendly Measures — studji

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li l-Università ta' Malta ġiet mitluba tagħmel dwar Family Friendly Measures kif imsemmi minn Dr. Godwin Grima waqt l-ewwel seduta tal-Kumitat Parlamentari għall-Familja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Billi r-rapport għadu kif ġie ppreżentat lis-Segretarju Permanenti Ewlieni propju dak in-nhar stess ta’ l-ewwel seduta tal-Kumitat Parlamentari għall-Familja, l-Onorevoli Interpellant tifhem li r-rapport għadu qiegħed jiġi evalwat. Għalhekk ir-rapport ma jistgħax jitqies finali u jkun jista jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ladarba dan jiġi evalwat.
Leg 11 PQ #2722 Sitting 392 2011-10-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Status legali ta' żwieġ Musulman

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema status legali għandu żwieġ Musulman magħmul Malta mill-Imam?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għar-risposta li l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern f’mistoqsija parlamentari nru 2727.
Leg 11 PQ #28396 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttur Ġenerali tal-Istandards u l-Metroloġija — konsultazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għadu ma ġiex maħtur Direttur Ġenerali tal-Istandards u l-Metroloġija, minflok wieħed temporanju, meta wieħed iqis li t-tfassil u l-konsultazzjoni li saret biex tiġi fis-seħħ din il-leġislazzjoni ħadu fit-tul u għalhekk kien hemm żmien biżżejjed biex tinstab il-persuna addattata biex tokkupa din il-kariga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-ħatra hija temporanja sakemm tinstab il-persuna addattata. Sadanittat qed jokkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali tal-Istitut għall-Istandards u Metroloġija ċ-Chairman tal-Awtorità ta’ Malta għal Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur li għandu l-kwalifiċi kollha neċessarji kif ukoll esperjenza vasta f dan il-qasam.