Segretarji Eżekuttivi — età ta' irtirar - kuntratt imġedded
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista sal-aħħar ta' April 2012 ta' dawk is-Segretarji Eżekuttivi li diġà laħqu l-età ta' irtirar u l-kuntratt tagħhom qiegħed jiġi mġedded? Fuq liema kriterji qiegħed isir dan?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s-Segretarji Ezekuttivi li laħqu l-eta tal-pensjoni imma għadhom fil-kariga huma s-segwenti:-
Joseph Mary Formosa - Gudja Local Council
Alfred Buhagiar - Lija Local Council
Philip Borg - Mosta Local Council
Infurmat ukoll illi s-Segretarji Eżekuttivi li għalqu l-61 sena baqgħu fil-kariga sakemm il-kunsilli lokali tagħhom iwettqu l-proċess tal-għażla tas-segretarju eżekuttiv ġdid.
Jista' l-Ministru jagħti l-kriterji li qed jiġu użati biex jintagħżlu l-aġenti segretarji eżekuttivi fil-kunsilli lokali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant illi l-għażla ta’ Segretarju Eżekuttiv hija f’idejn il-kunsill lokali li jagħmel dan skont Linji Gwida maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali permezz ta’ Memo 4/2012. Jekk il-kunsill lokali ma jasalx għall-għażla, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali jaħtar Aġent Segretarju Eżekuttiv sabiex il-kunsill lokali jkun jista’ jkompli jiffunzjona skont il-Liġi.
Jista' l-Ministru jagħti l-figura li biha l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara għalaq is-sena 2011? Jista' jgħid jekk hux qed isiru l-quaterly accounts?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara għalaq is-sena 2011 b’deficit ta’ € 742,960. Infurmat ukoll li l-quarterly reports jintbgħatu kull tliet xhur.
Kappara DC għal San Ġwann u St Andrews DC — informazzjoni dwar tender ta' xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta nħarġet l-order to start work tender għax-xogħol fuq il-Kappara DC għal San Ġwann u St Andrews DC li tikkomprendi t-tul ta' 1.6km u 1.5km, hekk kif rapportat fil-ġurnal The Times tad-29 ta' Novembru, 2011? Jista' jgħid lil liema kumpanija/i ngħatat it-tender għall-imsemmi xogħol? Peress li fl-istess rapport ta' The Times tissemma' kumpanija Taljana, jista' jgħid jekk din il-kumpanija hijiex il-bidder oriġinali jew tagħmilx parti minn consortium jew joint venture jew sub-contractor ma' kumpanija lokali Maltija? Jekk il-kumpanija mhix il-bidder oriġinali, jista' jgħid jekk hix proċedura normali li kumpanija lokali tieħu tender u tgħaddiha lil kumpanija barranija , b'tat-tieni ma tieħu l-ebda sehem fl-istadju tal-proċess tat-tendering? Jekk il-kumpanija mhix il-bidder oriġinali x'persentaġġ tal-valur tax-xogħol hija responsabbli għalih din il-kumpanija Taljana? Jista' jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol? Jista' jgħid x'inhu t-tul tal-mina li ġie skavat? X'inhu t-tul tal-mina li ngħata l-concrete? Kemm jiswa dan ix-xogħol u meta għandu jistlesta, skont it-tender? X'inhu l-valur tax-xogħol li tlesta s'issa? Rigward il-mina għall-Magħtab, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Letter of Acceptance għax-xogħlijiet li qed tirreferi għalihom l-Onor. Membru ħarġet fil-31 ta’ Diċembru 2009 lil Schembri Infrastracture Ltd.
Skont informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni il-kuntrattur kera xi operaturi u makkinarju mingħand kumpanija Taljana. L-Enemalta ma għandha l-ebda relazzjoni la mal-kumpanija Taljana imsemmija u lanqas ma’ ebda kumpanija oħra fuq dan il-proġett għajr mal-kuntrattur Schembri Infrastacture Ltd.
S’issa kważi 1,500 metri ġew skavati mill-kuntrattur. It-tħaffir beda mill-Kappara (ex-Gas Tank) u kellu jitkompla minn Pembroke minħabba xogħol strateġiku li l-Enemalta kellha tagħmel fiċ-ċentru tal-Kappara. Issa x-xogħol ser jitkompla miż-żewġt itruf (Kappara u Pembroke). Ix-xogħol minn Pembroke għadu fil-wiċċ. Il-mina hi wiesgħa 5m u għolja 3.4m.
It-tul totali tal-mina hu ta’ 3,163 metri. Sa issa ma ngħata l-ebda konkrit peress li dan se jingħata wara li jitlesta l-iskavar kollu. Ix-xogħol se jiġi jiswa € 3,180,984.82. Dan l-ammont hu l-prezz totali ta’ meta ngħata t-tender. Il-valur tax-xogħol li tlesta s’issa jammonta għal € 570,044.97.
Ix-xogħol kien maħsub li jitlesta fi żmien sentejn, jiġifieri sa’ Lulju 2012, imma kien miftiehem mal-kuntrattur li jitlesta sa’ l-aħħar ta’ Frar 2013. Dan minħabba diffikultajiet ta’
leaks
tal-ilmijiet/drenaġġ li daħlu fil-mina, ġeoloġija mhux stabbli, u tisħiħ tal-ġnub u s-saqaf tal-mina f’diversi postijiet li kkawża dewmien fuq ix-xogħol.
B’referenza għat-tender tal-mina minn St Andrews għal-Magħtab ir-rikkomandazzjoni biex dan it-tender jingħata lil Polidano Brothers Ltd għall-ammont ta’ € 7,075,890.74 ġiet ippubblikata mill-General Contract Committee tad-Dipartiment tal-Kuntratti nhar il-15 ta’ Frar 2012. Din ir-rikkomandazzjoni hija miftuħa ġħall-appelli sas-27 ta’ Frar 2012.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33237, 33053, 32719, 32510 u 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Private Jet għas-safar tal-Prim Ministru, Ministru u Segretarji Parlamentari
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32687, jista' l-Ministru jgħid għalfejn ir-rimbors ma kienx totali? Jista' jgħid x'inhi s-somma totali allokata għal dawn ir-rimborsi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont mhux rimborsibbli jirreferi għall-laqgħa ta’ nhar it-Tnejn 7 ta’ Novembru 2011. Dak inhar attendejt għall-laqgħa tal-EURO GROUP u nżilt lura l-għada filgħodu biex inkun nista’ nattendi l-Parlament peress li kien hemm Vot ta’ fiduċja fil-Gvern. Peress li m’attandejtx għall-laqgħa tal-ECOFIN li saret dak inhar, in-nefqa ma kienitx rimborsibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus mill-Malta Film Fund għall-film Dear Dom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l flus li ingħataw mill-Malta Film Fund għall-film Dear Dom jammontaw għal €53,464. Dan huwa ekwivalenti għal 45.8% tan-nefqa li saret fuq dan il-Film.
kummissarji għal investigazzjonijiet amministrattivi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-kummissarji għall-investigazzjonijiet amministrattivi għadhom ma nħatrux, kważi sena u nofs wara li l-liġi għaddiet mill-Parlament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari 33725.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33053, 32719, 32510 u 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32719, 32510 u 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31949, jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-multa fil-każ tal-proġett ta' Xatt ir-Risq li mhux se jitlesta sa dan ix-xahar u kemm tkun il-multa jekk ix-xogħol fil-Baċir Nru 1 ma jitlestiex sa Awwissu 2012?
Response (GATT, AUSTIN)
Jekk ix-xogħol ma' jitlestiex skond kif miftiehem fil-kuntratt oriġinali jew skont ftehim ta’ estensjoni taż-żmien tat-tlestija tax-xogħol, il-korporazzjoni għandha d-dritt titlob ħlas għad-danni kif ġej:
Xatt ir-Risq - €2,000 kuljum marbuta ma’ 20% tal-valur tal-kuntratt
Baċir Nru 1 lot 1 - €1,000 kuljum marbuta ma’ 20% tal-valur tal-kuntratt
Baċir Nru 1 lot 2 - €1,000 kuljum marbuta ma’ 20% tal-valur tal-kuntratt
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32514 u 32248 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba. Ninformha wkoll li rigward l-informazzjoni mitluba f’ l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 25309
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32513 u 32249 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-entitajiet pubbliċi li jagħmlu parti mid-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità huma l-Awtorità tas-Saħħa u Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u l-Fondazzjoni Għas-Servizzi Mediċi (FMS).
Iċ-chairperson tal-OHSA għandha remunerazzjoni ta’ €13,976.00, filwaqt li l-kap eżekuttiv għandu remunerazzjoni ta’ €35,216, performance bonus sa’ 15 fil-mija, użu ta’ karozza u telephone ċellulari, health insurance, life insurance u expenses allowance.
Iċ-chairperson tal-FMS għandu remunerazzjoni ta’ €16,305, użu ta’ karozza u telephone ċellulari, u konnessjoni tal-internet. Il-kap eżekuttiv għandu remunerazzjoni ta’ €58,000.00, u l-użu ta’ karozza u telephone ċellulari. Il-Head Health Services għandu remunerazzjoni ta’ €40,575.00, allowance għat-trasport u l-użu ta’ telephone ċellulari. Il-financial controller għandu remunerazzjoni ta’ €42,000.00, allowance għat-trasport u l-użu ta’ telephone ċellulari. Il-Head Procurement and Contracts għandu remunerazzjoni ta’ €40,575.00, allowance għat-trasport u l-użu ta’ telephone ċellulari.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32511 u 32252 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32512.
għajnuna lill-ġenituri ta' tfal li huma milk protein intollerant
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jagħtix għajnuna lill-ġenituri li għandhom tfal li huma milk protein intollerant bħal fil-każ ta' intolleranza għal-lactoseperess li dawn il-ġenituri ukoll iridu ta' kuljum jixtru sostitut li jiswa aktar minn ħalib normal?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-Formularju tal-Gvern hemm numru ta’ formuli speċjalizzati ta’ ħalib tat-trab għat-trabi tat-twelid u tfal, li dawn jistgħu jingħataw f’każijiet ta’ kundizzjoniet kroniċi li jinstabu fuq il-lista ta’ kundizzjonijet ta’ Skeda V, li se tiġi emendata uffiċjalment kif tidħol fis-seħħ r-riforma tal-istess Skeda, jiġifieri mis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabilit fl-Avviż Legali 81 tal-2012.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni dwar applikazzjonii għall-housing mitlub mill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna in kwestjoni qiegħda proċessata flimkien ma’ applikazzjonijiet oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva u qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32413 u 32242 u jgħid x'inhu n-numru ta' units ta' social housing f'Malta u f'Għawdex?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern irid juża r-riżorsi kollha li għandu għad-disposizzjoni tiegħu sabiex jiġbor l-informazzjoni dwar proprjetajiet residenzjali li għandu fi ħdanu. Sabiex tinġabar din l-informazzjoni jirrikjedi ħafna ħin u riżorsi, speċjalment meta tikkonsidra li hemm mijiet ta’ blokok ta’ appartamenti.