Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #35657 Sitting 490 2012-06-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kariga ta' Diretturi u Diretturi Ġenerali fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm-il sejħa sabiex jimtlew karigi ta' diretturi u diretturi ġenerali ħarġu fis-servizz pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2012 ħarġu tliet sejħiet biex jimtlew il-karigi ta’ ħames pożizzjonijiet ta’ Direttur Ġenerali u wieħed u tletin pożizzjoni ta’ Direttur.

MCCAA — informazzjoni dwar iċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35489 u 35256 u jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li ċ-chairman tal-MCCAA se jżur il-Gżejjer ta' Fiji fi żmien qrib? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhu l-għan ta' din iż-żjara, kemm se tiswa lit-taxpayer u waqt li ċ-chairman ikun barra l-pajjiż, hemm xi ħadd li uffiċjalment għandu l-poter li jieħu deċiżjonijiet u jiffirma minfloku? Jista' jinforma lil din-Kamra kemm kienet is-somma globali li ċ-chairman tal-MCCAA rċieva bħala allowances tas-safar matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35256.
Leg 11 PQ #35689 Sitting 490 2012-06-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

cleaners li ma ħadux l-għoli tal-ħajja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-part time cleaners mal-gvern ma ħadux iż-żieda tal-għoli tal-ħajja din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-salarji mħallsa lill-uffiċjali pubbliċi fis-sena 2012 huma hekk kif indikati fl-Iskeda ta’ Gradi (Appendiċi I) fl-Estimi Finanzjarji ta’ l-istess sena, liema salarji jinkludu ż-żieda għall-għoli tal-ħajja.
Leg 11 PQ #35368 Sitting 489 2012-06-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — top-up degree courses

Question

Tista' l-Ministru tgħid fuq liema kriterju ntgħażel l-istitut Fraunhofer-Gesellschaft biex l-MCAST stabbiliet il-korsijiet tat-top-up degree courses? Dawn it-top-up degree courses se jissarfu f'li l-istudenti jikkwalifkaw għall-warrant tal-inġiniera bħal dawk li spiċċaw il-kors fl-inġinerija tal-Università?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Fraunhofer Gesselschaft hija l-akbar istituzzjoni tar-riċerka fl-Ewropa b’aktar minn 10,000 impjegat li bosta minnhom huma inġiniera, xjentisti u professuri minn universitajiet. Fraunhofer taħdem mill-qrib ma’ bosta universitajiet u kulleġġi fil-Ġermanja u pajjiżi oħra filwaqt li taħdem ma’ kumpaniji mis-setturi kollha tal-ekonomija. Fraunhofer kienu magħżulin propju għal dawn ir-raġunijiet iżda dan wara kuntatti li kienu saru ma’ istituzzjonijiet oħra, l-aktar fir-Renju Unit. Għalhekk il-kuntatti ta’ Fraunhofer mad-diversi istituzzjonijiet akkademiċi fissru li l-MCAST setgħa jkopri l-aspetti varji fil-bżonnijiet tat-tgħallim. Fl-istess ħin il-kuntatti li kellha Fraunhofer mal-industrija għenu sabiex il-korsijiet ġew imfassla biex jissodisfaw il-bżonnijiet sew preżenti kif ukoll dawk futuri tal-Industrija. Sallum il-programmi tad-degree offruti kienu mifruxa fuq perjodu ta’ tlett snin; sentejn Higher National Diploma u sena top-up għal degree, li jammontaw għal total ta’ 180 ECTS. Programmi ta’ degrees fl-engineering li għandhom 180 credits m’humiex eliġibbli għall-warrant. L-MCAST qegħda tagħmel diskussjonijiet biex tara kif tista’ tipprovdi aċċess għall-warrant.
Leg 11 PQ #35369 Sitting 489 2012-06-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

nies li qed jirreġistraw

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskills audit tan-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskills u l-kwalifiki tan-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol jingabru permezz tal-profiling li l-Employment Advisors jagħmlu ma’ kull persuna li qed tirreġistra fuq l-ewwel parti tar-reġistru. Ma sar l-ebda skills audit partikulari mar-reġistranti għax il-profil tar-reġistranti jiġi aġġornat b’mod regolari fuq bażi individwali. Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika iktar għal xiex qed tirreferi biex inkun f’pożizzjoni li ngħaddi l-informazzjoni mitluba.

MCCAA — informazzjoni dwar iċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35256 u jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li ċ-chairman tal-MCCAA se jżur il-Gżejjer ta' Fiji fi żmien qrib? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhu l-għan ta' din iż-żjara, kemm se tiswa lit-taxpayer u waqt li ċ-chairman ikun barra l-pajjiż, hemm xi ħadd li uffiċjalment għandu l-poter li jieħu deċiżjonijiet u jiffirma minfloku? Jista' jinforma lil din-Kamra kemm kienet is-somma globali li ċ-chairman tal-MCCAA rċieva bħala allowances tas-safar matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #35492 Sitting 489 2012-06-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — contracts manager

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 35238 u jgħid ir-raġunijiet għalfejn il-kunsilli indikati ma jużawx contracts manager?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

proprjetajiet tal-gvern — sejħiet għall-offerti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra lista dettaljata tas-sejħiet għall-offerti li saru mill-bidu ta' din is-sena, inkluż in-numru tas-sejħa, għall-proprjetajiet tal-gvern biex jingħataw b'kera, lista ta' dawk li saru għal għotjiet b'ċens u lista ta' dawk is-sejħiet li saru għal bejgħ ta' proprjetà tal-gvern? Jista' jgħid kemm fil-fatt minn dawn il-proprjetajiet ġew mikrija, mogħtija b'ċens jew mibjugħa, lil min u għal kemm?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-sejħiet għall-offerti li saru mill-bidu tas-sena s’issa. Din il-lista tinkludi n-numru tas-sejħa, dettalji ta’ liema proprjetà ingħatat b’ċens, bejgħ jew kirja, kif ukoll f’liema każi ġie konkluż il-kuntratt jew il-ftehim ta’ kirja, ma’ min, u għal kemm ingħata.
Leg 11 PQ #35360 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — sanzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fil-leġislazzjoni kollha li tikkonċerna l-kunsilli lokali jeżistux sanzjonijiet kontra sindki u/jew segretarji eżekuttivi u/jew impjegati ta’ xi kunsill lokali li jinstab li jkunu taw tagħrif skorrett u mhux minnu lill-kunsilliera waqt laqgħa tal-kunsill lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tali każijiet fir-rigward ta’ Segretarji Eżekuttivi huma regolati mill-Public Service Management Code, filwaqt li fir-rigward ta’ Sindku elett tali każ ikun investigat mill-Bord ta’ Governanza wara li jkunn hemm rappreżentazzjoni minn xi entità u/jew individwu.
Leg 11 PQ #35361 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

korrispondenza bejn il-PPCD u l-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha għaż-żmien bejn 1 Frar 2010 u 30 Ġunju 2010 li għaddiet bejn il-PPCD u l-Kunsilli Lokali ta’ Ħad-Dingli, tar-Rabat, Ħ’Attard, Ħal-Lija, Birkirkara, Santa Venera, Ħal-Balzan, Ħamrun, Furjana u tal-Belt Valletta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba hija voluminuża ħafna u jeħtieġ ħafna ħin sabiex tinġabar. Ma nħossx li r-riżorsi għandhom jintużaw b’dan il-mod iżda fuq affarijiet oħrajn iktar produttivi. Madanakollu, jekk l-Onorevoli Interpellant teħtieġ x’informazzjoni partikolari, m’għandi ebda dubju li ngħin safejn possibbli.
Leg 11 PQ #35364 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

settur pubbliku position of trust

Question

B'referenza għall-OPM Circular No. 21/2011 Engagement/Renewal of Engagement of Persons Appointed On A 'Person of Trust' Basis, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn Diċembru 2011 iddaħħlu nies mas-settur pubbliku f'positions of trust u fejn iddaħħlu? Jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal dawn il-positions of trust?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #35365 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur Pubbliku — skill audit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta sar l-aħħar skills audit fis-Settur Pubbliku u jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-eżerċizzju tal-iSkills Profiling li oriġina mill-Flexicurity Pathway, wieħed mill-pilastri ewlenin tan-National Reform Programme, beda f’Jannar 2010. Ir-rapporti relatati, skont l-informazzjoni miġbura sal-aħħar tas-sena 2010, ġew konklużi f’April 2011 għas-Servizz Pubbliku u f’Ġunju 2011 għas-Settur Pubbliku. Sadanittant, l-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika kompla jagħmel eżerċizzji, minn żmien għal żmien, sabiex l-iSkills Profiles tal-impjegati tal-Gvern jibqgħu jiġu aġġornati. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ żewġ rapporti separati, fir-rigward tas-Servizz Pubbliku u s-Settur Pubbliku rispettivament.
Leg 11 PQ #35366 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

studenti li m'għamlux l-O Levels

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti li kienu form 5 din is-sena akkademika fl-iskejjel sekondarji tal-gvern, tal-knisja u indipendenti, li m'għamlux O'levels? Tista' taqsam it-tweġiba tagħha skont l-iskejjel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35367 Sitting 488 2012-06-11 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — dropouts

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm dropouts mill-MCAST din is-sena fil-livellli kollha? Tista' taqsam it-tweġiba tagħha skont il-livelli li fihom waqfu mill-kors l-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35237 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — nies li jagħmlu xogħol ta' perit

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jagħmlu xogħol ta’ perit mal-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Sta Venera, il-Belt Valletta, Ħal-Lija, Tas-Sliema, l-Imtarfa, Ħal-Kirkop u San Pawl il-Baħar u l-kuntratti tagħhom? Jekk m’hemm ebda kuntratt, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u l-kriterija li ntużaw biex tintagħżel il-persuna kkonċernata u kemm dawn jitħallsu fis-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Intant infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor kopja tal-kuntratti mitluba mingħand il-kunsilli lokali rispettivi. Inkun nista’ npoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jintemm dan l-eżerċizzju.
Leg 11 PQ #35238 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — contracts manager

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jagħmlu xogħol ta’ contracts manager mal-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Sta Venera, il-Belt Valletta, Ħal-Lija, Tas-Sliema, l-Imtarfa, Ħal-Kirkop u San Pawl il-Baħar u l-kuntratti tagħhom? Jekk m’hemm ebda contracts manager, jista' jagħti lista’ tal-kunsilli li ma jużawx dan is-servizz u raġunijiet għalfejn dawn ma jużawx contracts manager?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Intant infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor kopja tal-kuntratti mitluba mingħand il-Kunsilli Lokali rispettivi. Inkun nista’ npoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jintemm dan l-eżerċizzju.

MCCAA — informazzjoni dwar il-kera tal-uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' xogħol li għandu ċ-chairman preżenti tal-MCCAA? Jista' jinforma lill-Kamra għal kemm żmien hija mikrija Mizzi House bħala uffiċċji għal Malta Competition and Consumer Affairs Authority u jgħid kemm hu l-ammont tal-kirja sena b'sena, u jekk hemmx klawżola jew parti, fil-kuntratt tal-kiri, li tistipolażieda fil-kera? Jekk fl-affermattiv, b'liema rata tiżdied il-kera u x'inhuma r-raġunijiet marbutin maż-żieda u f'liema ċirkostanzi ? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kirja fuq il-Mejda tal Kamra?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar iċ-chairman preżenti tal-MCCAA ngħatat permess ta PQ 32253. Dwar it-tieni parti tal mistoqsija li titratta l-kirja ta’ Mizzi House qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwel żewġ faċċati tal-kuntratt li fihom l-informazzjoni meħtieġa mill-Onor. Interpellant.

MCCAA — informazzjoni dwar iċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li ċ-chairman tal-MCCAA se jżur il-Gżejjer ta' Fiji fi żmien qrib? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhu l-għan ta' din iż-żjara, kemm se tiswa lit-taxpayer u waqt li ċ-chairman ikun barra l-pajjiż, hemm xi ħadd li uffiċjalment għandu l-poter li jieħu deċiżjonijiet u jiffirma minfloku? Jista' jinforma lil din-Kamra kemm kienet is-somma globali li ċ-chairman tal-MCCAA rċieva bħala allowances tas-safar matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #35231 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

kumitat amministrativ ta’ Paceville

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilu ma jiltaqa' l-kumitat amministrativ ta’ Paceville? Kien hemm riżenji f’dan il-kumitat? Hemm chairperson fuq dan il-kumitat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-aħħar laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Paceville, li ċ-Chairperson tiegħu huwa s-Sur Richard Scicluna, saret it-Tnejn 28 ta’ Mejju 2012. Intant kien hemm riżenja ta’ membru wieħed minn dan il-Kumitat Amministrattiv.
Leg 11 PQ #35232 Sitting 486 2012-06-04 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

Kunsill Lokali tal-Fontana — ħinijiet tal-uffiċċju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min u kif qed jiftaħ il-Kunsill Lokali tal-Fontana? Jista’ jgħid jekk hux qed jiftaħ is-Sibtijiet? Jekk le, x’passi ttieħdu mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali? Jista’ jgħid kemm kien hemm segretarji eżekuttivi (jew aġenti segretarju eżekuttivi) f’dan il-kunsill tul dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fontana li l-uffiċċju tiegħu jkun miftuħ mis-Segretarju Eżekuttiv mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.30 am sal-4.00 pm matul ix-Xitwa, u mis-7.00 am sas-1.00 pm matul is-Sajf. Nhar ta’ Sibt il-Kunsill jiftaħ mit-8.00 am sal-11.30 am mill-impjegat assenjat lill-Kunsill mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Tul dawn l-aħħar erba’ snin il-Kunsill kellu sitt Segretarji Eżekuttivi (jew Aġenti Segretarji Eżekuttivi).