Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36471 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

xandir ta' aħbarijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex nhar il-Ħadd 16 ta' Settembru ma xxandrux l-aħbarijiet u l-ħarsa lejn il-gazzetti li suppost isiru qabel it-8.00 am?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fid-data partikolari, l-Aħbarijiet u l-Analiżi tal-Ġurnali ġew imxandra bħas-soltu kemm fuq Radju Malta kif ukoll fuq TVM.
Leg 11 PQ #36498 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

Kunsill Lokali ta' Ħal Lija — akkużi

Question

B'refereza għall-artiklu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li jirrigwarda l-operat tal-kunsill lokali ta' Ħal Lija u li kien ippubblikat fl-Orizzont tad-19 ta' Settembru 2012, jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet fuq l-akkużi magħmula minn membru tal-istess kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Monitoring Unit fi ħdan id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed isegwi l-każ. Fil-fatt talab lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija sabiex jissottometti r-reazzjonijiet tiegħu. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali hu nfurmat li l-kontenut tal-ittra msemmija ser jiġi diskuss fil-laqgħa li jmis li hi skedata għat-12 ta’ Ottubru.
Leg 11 PQ #36188 Sitting 500 2012-07-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

PPCD u kunsilli lokali — korrispondenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35989 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza rigward ERDF funds bejn il-PPCD u l-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, ir-Rabat, Ħ’Attard u Ħal-Lija bejn l-1 ta’ Frar 2010 u t-30 ta' Ġunju 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #36189 Sitting 500 2012-07-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Scholarships — second degree courses jew PhD fil-European Studies

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35991, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija kif magħmula jiġifieri fuq dawn l-aħħar 20 sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja għandu rekords mill-2006 ’l hawn (jiġifieri minn meta bdiet l-ewwel skema tal-MGSS). L-ischolarships mogħtija jidhru fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35,991. Għall-perjodu ta’ qabel l-2006, ma nstabux dokumenti li juru li ġew mogħtja scholarships għal Masters jew PhD fil-European Studies mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Madankollu, mhux eskluż li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranija, li joffri wkoll scholarships , seta’ offra xi boroż ta’ studju li jwasslu għall-Masters u PhD fil-European Studies. F’dan il-każ, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ċentru Malti tal-Arbitraġġ — informazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif segwenti dwar iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ, u cioè kemm-il każ tressaq quddiem iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ f’kull sena bejn l-2007 u l-2011? Kemm-il każ ta’ arbitraġġ li kien tressaq quddiem dan iċ-ċentru ġie ffinalizzat f’kull sena bejn l-2007 u l-2011? Jeżisti panel ta’ arbitri li quddiemhom jinstemgħu l-każijiet li jitressqu quddiem iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ u, jekk iva, jista’ jagħti lista ta’ min huma dawn il-persuni? Jista’ jagħti lista ta’ kemm-il każ ġie assenjat lil kull arbitru f’kull sena bejn l-2007 u l-2011?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kazijiet li tressqu quddiem iċ-Ċentru Malti tal-Arbitragg fil-perjodi mitluba huma kif gej: 2007 453 każ 2008 416 każ 2009 411 każ 2010 386 każ 2011 412 każ Il-kazijiet li tressqu quddiem iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ u li ġew finalizzati fil-perjodi mitluba huma kif ġej: 2007 301 każ 2008 296 każ 2009 297 każ 2010 297 każ 2011 231 każ Fir-rigward tal-mistoqsijiet in konnessjoni mal- Panels ta’ Arbitri, tajjeb li l-Onorevoli Interpellant tkun aktar diretta biex tkun tista’ tinghata twegiba detalljata. Ic-Centru ghandu numru ta’ Panels ta’ Arbitri [Gruppi ta’ Arbitri imwaqqfa mic-Centru ai termini tal-Artikolu 10(2) tal-Att dwar l-Arbitragg] ghal tipi diversi ta’ tilwim. Persuni f’dawn il-gruppi ta’ arbitri, li jistghu jkunu f’aktar minn grupp wiehed, jigu assenjati kazijiet meta ssir talba ghal hekk lic-Chairman tac-Centru u cioe fil-kaz li l-partijiet ma jaqblux fuq l-arbitru li jkun se jiddeciedi l-kaz. Il-partijiet f’arbitragg huma liberi li jaghzlu lil min iridu huma bhala arbitru, anke persuni li mhumiex f’dawn il-gruppi ta’ arbitri. L-uniku kriterju huwa li l-persuna li tkun arbitru ghandha tkun indipendenti u imparzjali.
Leg 11 PQ #36231 Sitting 500 2012-07-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Service Management Code

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Public Service Management Code li kien fis-seħħ f’Novembru tal-2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Għaxar Edizzjoni tal-Public Service Management Code li kien fis-seħħ f’Novembru 2010.
Leg 11 PQ #35989 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

PPCD u kunsilli lokali — korrispondenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza rigward ERDF funds bejn il-PPCD u l-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, ir-Rabat, Ħ’Attard u Ħal-Lija bejn l-1 ta’ Frar 2010 u t-30 ta' Ġunju 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f’xi seduta oħra.

diplompatiċi u impjegati li għamlu kors fil-European Studies

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm mid-diplompatiċi u impjegati mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin - preżenti u rtirati - għamlu second degree jew higher courses fil-European Studies f'dawn l-aħħar għoxrin sena?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi in-numru ta' diplomatiċi u impjegati tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li għamlu second degree jew higher course fil-European Studies f'dawn l-aħħar għoxrin sena kien ta' 23 impjegati, li 4 minnhom m'għadhomx fis-servizz.
Leg 11 PQ #35991 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Scholarships — second degree courses jew PhD fil-European Studies

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm scholarships ingħataw għal second degree courses jew PhD fil-European Studies dawn l-aħħar għoxrin sena? Kemm swew dawn l-ischolarships?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li mill-2006 ’l hawn ingħataw tliet scholarships għal Masters fil-European Studies. Dawn il-boroż ta’ studju swew €14,716.66. Ingħataw ukoll dawn il-boroż ta’ studju li jistgħu jitqiesu relatati ma’ European Studies: 1 MA in European Politics, Business and Law 8,500.00 2 Masters in European Public Affairs 6,713.00 3 Masters in European Public Affairs 6,713.00 4 M.Sc. European Public Policy 8,500.00 5 M.A. European Politics, Business and Law 8,500.00 6 Masters in European & Comparative Law 6,000.00
Leg 11 PQ #35859 Sitting 493 2012-06-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — re-employment u reinstatement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fil-policies tar-re-employment u reinstatement fis-Servizz Pubbliku mil-2008 'l hawn? Kemm-il talba għal re-employment u reinstatement saret mill-2008 sal-lum? Kemm-il talba ġiet milqugħa u kemm ġew rifjutati? Kemm-il talba hemm pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-tibdil fil-policies tar-re-employment u re-instatement fis-Servizz Pubbliku, mill-2008 ‘l hawn, jinkludi kunsiderazzjoni xierqa, bi dritt ta’ appell lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ta’ applikazzjonijiet kif ġej:- · Minn ex-uffiċjali pubbliċi li jkunu skontaw sentenza ta’ ħabs ta’ mhux aktar minn tliet snin jew li jkunu tkeċċew mis-Servizz minħabba każijiet relatati mad-drogi jekk ikunu qagħdu għall- programm ta’ Riabilitazzjoni; · Minn ex-membri tal-forzi tal-ordni li jistgħu jiġu ngaġġati fi gradi oħra; u · Minn ex-uffiċjali pubbliċi li qegħdin mhux anqas minn sentejn qabel l-irtirar statutorju mis-Servizz. Kunsiderazzjonijiet oħra ewlenin huma: - · Ir- re-employment/re-instatement ta’ ex-uffiċjali fi gradi ta’ Infermiera jiġu kkunsidrati, fl-interess pubbliku, skont il-Ftehim milħuq mal-Union rispettiva fil-25 t’Ottubru 2007; · F’każijiet ta’ tkeċċija, applikazzjonijiet jiġu kunsidrati mhux qabel sitt xhur, iżda mhux aktar tard minn sentejn, mid-data ta’ tkeċċija jew ħruġ mill-ħabs, liema l-każ l-aħħar; u · Ir- re-employment/re-instatement isir wara assessjar minn Bord kompetenti sabiex jiġi żgurat li l-ex-uffiċjali pubbliċi għad għandhom il-kapaċitajiet meħtieġa fit-twettiq tad-dmirijiet tal- grad li fih ikunu qed jitolbu li jiġu ri-ingaġġati. Aktar dettalji tat-tibdil li seħħ fir- re-employment u re-instatement policies huwa aċċessibli mill-verżjoni on-line tal- Public Service Management Code (sezzjoni 1.6.3 sa 1.6.5.) li tinsab www.mpo.gov.mt/managementcode.html Rigward l-istatistika mitluba, ninsab infurmat li, mil-2008 sal-lum, kien hemm: 88 talba għal re-employment li minnhom intlaqgħu 53, ma ntlaqgħux 12, u baqa’ 23 li għadhom qed jiġu kkunsidrati; fil waqt li għar re-instatement kien hemm 30 talba li minnhom intlaqgħu 18, ma ntlaqgħux 3, u 9 għadhom qed jiġu kkunsidrati.
Leg 11 PQ #35860 Sitting 493 2012-06-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

Korrispondenza bejn il-PPCD u l-Kunsilli lokali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35690, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra speċifikament kull korrispondenza li kien hemm mill-1 ta' Frar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2010 bejn il-PPCD u l-kunsilli lokali msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35361.

MEPA — Direttur għall-Ħarsien tal-Ambjent - rapport tal-awditur

Question

Jista l-Ministru jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra r-rapport tal-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-ħatra tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bħala direttur għall-Ħarsien tal-Ambjent fl-istess awtorità?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dettalji mitluba.
Leg 11 PQ #35891 Sitting 493 2012-06-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

cleaner li ma ħadux iż-żieda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni l-part-time cleaners mal-gvern huma l-uniċi ħaddiema li ma ħadux iż-żieda tal-għoli tal-ħajja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35689.
Leg 11 PQ #35690 Sitting 491 2012-06-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

korrispondenza bejn il-PPCD u l-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha għaż-żmien bejn 1 Frar 2010 u 30 Ġunju 2010 li għaddiet bejn il-PPCD u l-Kunsilli Lokali ta’ Ħad-Dingli, tar-Rabat, Ħ’Attard u Ħal-Lija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tkun aktar speċifika fil-mistoqsija tagħha dwar x’informazzjoni qiegħda titlob.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33547.

MCCAA — informazzjoni dwar iċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li ċ-chairman tal-MCCAA se jżur il-Gżejjer ta' Fiji fi żmien qrib? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhu l-għan ta' din iż-żjara, kemm se tiswa lit-taxpayer u waqt li ċ-chairman ikun barra l-pajjiż, hemm xi ħadd li uffiċjalment għandu l-poter li jieħu deċiżjonijiet u jiffirma minfloku? Jista' jinforma lil din-Kamra kemm kienet is-somma globali li ċ-chairman tal-MCCAA rċieva bħala allowances tas-safar matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li c-chairman tal MCCAA għamel żjara fil Gżejjer Fiji biex jattendi laqgħa Ġenerali tal-ISO COPOLCO. Iċ-chairman ġie mistieden biex jattendi għax is-sena li ġejja din il-laqgħa ferm prestiġjuża sejra ssir Malta. Il vjaġġ kollu ta’ chairman kien fil klassi ekonomika, vjaġġ u allowance flimkien ġew 3190 euros. L-arranġamenti kollha meħtieġa kif kontemplati fil-liġi jitieħdu meta chairman ikun msiefer. Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq nirriferi lil Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30650.

MCCAA — informazzjoni dwar iċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35256 u jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li ċ-chairman tal-MCCAA se jżur il-Gżejjer ta' Fiji fi żmien qrib? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhu l-għan ta' din iż-żjara, kemm se tiswa lit-taxpayer u waqt li ċ-chairman ikun barra l-pajjiż, hemm xi ħadd li uffiċjalment għandu l-poter li jieħu deċiżjonijiet u jiffirma minfloku? Jista' jinforma lil din-Kamra kemm kienet is-somma globali li ċ-chairman tal-MCCAA rċieva bħala allowances tas-safar matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35256.
Leg 11 PQ #35586 Sitting 490 2012-06-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — segretarji eżekuttivi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-segretarji eżekuttivi u impjegati li kien hemm fil-Kunsilli Lokali ta’ Ħal-Lija, Ħal-Balzan, Ħ’Attard u Birkirkara mill-bidu ta’ dawn il-kunsilli sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #35588 Sitting 490 2012-06-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — ejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtela post vojt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-proċeduri li għandu jsegwi kunsill lokali wara li joħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimla’ post vojt u jsib li fost l-applikanti hemm min jiġi minn xi persuna li tkun diġà impjegata f’dak l-istess kunsill, u minn xi persuna li minħabba l-kariga tagħha f’dan il-kunsill normalment ikollha sehem fil-proċess ta’ għażla fost l-applikanti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal Artiklu 19 tal-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap. 363) kif ukoll għal Artiklu 29 tar-Regolamenti dwar ir-Riżorsi Umani tal-Kunsilli Lokali u li kopja tagħhom qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35656 Sitting 490 2012-06-18 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Organisation of Working Time Regulations għas-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-organisation of working time regulations humiex applikabbli għas-servizz pubbliku? Jekk le, jista' jgħid meta se jiddaħlu fis-seħħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bħalissa qed jiġi kkunsidrat liema hu l-aħjar mod kif l-Organisation of Work Time Regulations jistgħu jkunu applikati fis-Servizz Pubbliku.