Jista' l-Ministru jagħti xi statistika għandu l-Gvern dwar:
a) Kemm waslu immigranti, irġiel nisa u tfal (refugjati,
asylum seekers
, klandestini) f'Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin?
b) Ta' liema nazzjonalità kienu?
c) Ta' liema reliġjon kienu?
d) Kemm minnhom għadhom Malta?
e) Kemm minnhom ġew diportati f'pajjiżhom jew pajjiżi oħra?
f) Liema pajjiżi ħadu diġà uħud mill-immigranti rregolari u kemm?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-musulmani reġistrati bħala residenti f'Malta? Kemm minnhom twieldu Malta u kemm minnhom saru ċittadini f'Malta biż-żmien ta' residenza jew żwieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma tinżamx.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-istudenti li jattendu skejjel tal-Gvern dikjarati bħala Musulmani jew minn ġenituri Musulmani?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-istudenti li jattendu skejjel tal-Gvern dikjarati bħala Musulmani jew minn ġenituri Musulmani huma fil-Kulleġġi mniżżla hawn taħt:
Kulleġġi
Studenti Musulmani
Kulleġġ Santa Margerita
17
Kulleġġ San Benedittu
48
Kulleġġ San Ġorġ Preca
58
Kulleġġ Sant’Injazju
24
Kulleġġ Santa Klara
96
Kulleġġ Maria Reġina
61
Kulleġġ San Nikola
19
Kulleġġ Santa Tereża
30
Kulleġġ San Tumas More
35
Kulleġġ Għawdex
12
TOTAL
400
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-istudenti Maltin reġistrati f'Mariam Albatool School li ġejjin:
a) minn familji fejn l-omm u l-missier huma Musulmani?
b) minn familji fejn l-omm biss hi Musulmana u r-raġel mhuwiex
c) minn familiji fejn il-missier biss hu Musulman u l-mara mhix?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li fl-iskola Mariam Albatool hemm 105 student Malti.
Infurmata wkoll li minħabba n-natura sensittiva tagħha, l-informazzjoni li talbet l-Onor. Interpellant, la tinġabar mill-iskola u lanqas mis-Sezzjoni ta’ l-Iskejjel mhux Statali fid-Direttorat għal Kwalita’ u Standards fl-Edukazzjoni.
B'riferenza għall-intervisti li saru fid-19 ta' Ġunju dwar il-ħatra ta' Chief Executive Officer tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, liema kariga hija waħda pubblika mħallsa minn fondi pubbliċi, tista' l-Ministru tgħid:
Kemm kandidati qagħdu għal dan l-interview?
Min kienu l-persuni li qagħdu għal dan l-interview?
Min kienu l-membri tal-bord ta' l-għażla?
X'kienu l-kriterji ta' l-għażla għal din il-kariga?
Kemm punti kellu kull kriterju?
Min intgħażel għal din il-kariga?
Kif ingħataw il-punti lil kull kandidat skond il-kriterji użati? (Dan anke skond il-prassi tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li jippubblika dan it-tip ta' riżultat bil-punteġġi tagħhom)
X'inhi l-ordni tal-kandidati skond il-punteġġ li ngħataw?
X'inhu s-salarju ta' Chief Executive Officer mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li:
(1) Kien hemm
sitt (6) kandidati li kienu eliġibbli u ħamsa (5) attendew għall-
interview
. Wieħed ma ġiex u wara rtira l-applikazzjoni.
(2) Rigward l-għoti ta’ l-ismijiet ta’ kandidat li qgaħdu għall-eżami, wara parir mill-Kummissarju tad-‘Data Protection’, din l-informazzjoni titqies bħala kunfidenzjali.
(3) L-anqas ma hi il-prassi li l-informazzjoni mitluba tkun ippubblikata.
(4/5) . Intużaw 22 Kriterju ta’ Għażla, maqsumin f’ħames gruppi:
· Kwalitajiet Personali (20)
· Ħila Intellettwali u Kwalifiki (22)
· Kwalitajiet Interpersonali (22)
· Għarfien marbut mar-Rwol (24)
· Kompetenza Prattika Organizzattiva (12)
(6) ntagħzel s-Sur Roderick Agius
(7/8) Il-punti li ngħataw lil kull kandidat skond il-kriterji u l-ordni tal-kandidati huma meqjusa kunfidenzjali.
(9) Is-salarju hu ta’ €26,460, l-istess bħal ta’ Direttur għas-sena 2008. Dan is-salarju jibqa’ fiss għat-tliet snin tal-kuntratt.
Tista' l-Ministru tgħid jekk is-17-il speech therapist li se jiggradwaw din is-sena hux se jkunu mpjegati mal-Gvern minħabba li hemm ħtieġa kbira għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel il-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 844, minħabba li ma narax is-sensittivita' li qed jirreferi għaliha l-Ministru u minħabba li din hija materja li taffettwa lill-poplu kollu, jista' jirrikonsidra d-deċiżjoni tiegħu li ma jippubblikax dan ir-rapport?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 844, il-pożizzjoni baqgħet l-istess, billi r-rapport għandu fih informazzjoni kumerċjalment sensittiva.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1082, kont qed nirreferi għall-Education Consultative Council tal-MFSA.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kriterji u t-‘terms of reference’ li permezz tagħhom ġew stabbiliti l-istruttura, il-funzjoniet u l-proċeduri ta’ l-‘Education Consultative Council’ ġew elaborati fid-dettall f’risposti għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti nru 191,192, 1076 u 1083 (kollha tal-2008) fuq dan l-istess suġġett reċentement.
A bazi ta’ dan, wieħed ma jarax li l-preżenza fil-kunsill ta’ Istitut immexxi minn entita’ waħda privata jikkostitwixxi nuqqas ta’ etika. F’dan l-ambitu ta min jispjega aktar li l-‘Education Consultative Council’ ma joffrix vantaġġi kompetittivi lil xi ħadd mill-membri tiegħu. Il-Kunsill hu wieħed konsultattiv u mhux fl-ambitu tiegħu li jassenja korsijiet jew programmi ta’ taħrig lill-enitajiet rispettivi. Huma il-membri individwali li jidentifikaw x’korsijiet jew programmi ta’ taħriġ iridu jorganizzaw. Il-Kunsill sempliċement jikkordina u jassikura li ma jkunx hemm duplikazzjoni ta’ xogħol u ħela ta’ riżorsi li dan iġib miegħu. Il-Kunsill jara ukoll li s-sillabi ta’ korsijiet u / jew il-kontenut ta’ programm ta’ taħriġ li jkunu organizzati jissodisfaw il-kriterji ta’ kompetenza għall-skopijiet regolatorji hekk kif stabbiliti mill-MFSA minn żmien għall-żmien. L-MFSA ma ħarget l-ebda materjal pubbliċitarju għan-nom tal-membri tal-Kunsill. Il-materjal ippublikat mill-Kunsill li għalih probabilment qed issir referenza fil-mistoqsija parlamentari hu biss ta’ natura informattiva u intiż għall-studenti f’ livell sekondarji u post-sekondarji li huma mħajjrin li jaħdmu fis-settur tas-servizzi finanzjarji.
B'referenza għall-Education Council ta' l-MFSA: Uħud mill-organizzazzjonijiet imsemmija li jifformaw parti minn dan l-Education Council huma relattivament ġodda fit-taħriġ meta paragunati ma' entitajiet li ilhom snin twal jagħtu korsijiet f'dan il-qasam. Jista' l-Ministru jgħid x'analiżi saret biex jiġi determinat li l-membri huma dawk li matul is-snin offrew programmi ta' natura vokazzjonali, teknika u professjoni speċjalizzata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-organizzazzjonijiet li llum jagħmlu parti mill- Education Consultative Council ta’ l-MFSA kienu konsistentament jorganizzaw korsijiet relevanti għas-settur tas–servizzi finanzjarji b’kollaborazzjoni ma’ l-MFSA nfisha minn qabel ma twaqqaf il-kunsill. Ghaldaqstant, aktar ma għadda ż-żmien, l-MFSA ħasset li jkun aktar f’waqtu li, minflok ma tittratta ma’ kull organizzazzjoni fuq bażi individwali, dan tagħmlu kollettivament u b’mod formali biex ikunu evitati d-duplikazzjoni ta’ xogħol u ħela ta’ riżorsi oħra. Illum li twaqqaf il-Consultative Council il-membri għadhom individwalment jorganizzaw l-istess tipi ta’ korsijiet ko-ordinati ma’ l-MFSA. Dawn il-korsijiet huma direttament relatati ma’ setturi li huma regolati mill-MFSA jiġifieri banking, insurance, securities, trusts u company law.
Jista' l-Ministru jispjega jekk jikkunsidrax etika l-għażla ta' institute ta' proprjeta' privata li hu mmexxi mill-istess entita biex jifforma parti minn dan il-kumitat? Jekk entita' privata tifforma parti minn dan il-kumitat, allura mhux qed jiġi kreat vantaġġ kompetittiv inġust versus entitajiet oħra? Dan anke, in vista, tal-fatt li l-MFSA ħarġet dokumentazzjoni promozzjonali li tinkludi dawn l-entitajiet li jiffurmaw parti minn dan il-kunsill. Huwa minnu li wieħed mill-istituzzjonijiet li jifforma parti minn dan il-kunsill huwa proprjeta' ta' u mmexxi minn entita' waħda privata?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tindika għal liema ‘Institute’ u ‘Kumitat’ qed tirreferi u nitlobha tiċċara l-Mistoqsija.
Apparti l-koordinament tat-taħriġ professjonali u vokazzjonali, l-MFSA għandha r-remit li tintervjeni direttament fis-settur tat-taħriġ? X'kienet ir-raġuni li l-ishma tal-Malta International Training Centre ġew trasferiti kollha lill-MFSA?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-MFSA għandha l-obbligu li tiżgura li l-mezzi neċessarji għall-akkwist tal-kompetenzi li jiżguraw l-ordni fis-settur tas-servizzi finanzjarji jkunu aċċessibbli għall-industrija nfisha. Naturalment dan ifisser li, b’mod ko-ordinat u konsistenti, ikun ipprovdut taħriġ li jissodisfa il-kriterji regolatorji li jkunu applikabbli għas-settur minn żmien għal żmien.
Fis-sena 2001, L-MFSA kienet mistiedna biex ikollha ishma fil-
Malta International Training Centre
. L-iskop kien li jkun ċert li, b’kollaborazzjoni ma’ l-industrija nfisha, ikunu żviluppati programmi adegwati ta’ taħriġ fis-settur ta’ l-assikurazzjoni. Mill-bidu nett, l-intenzjoni ta’ l-azzjonisti l-oħrajn kienet li, eventwalment, l-ishma tagħhom ikunu trasferiti kollha lill-MFSA.
Tista' l-Ministru tagħti r-raġuni għaliex il-kunsilli lokali m'għadhomx jiġu mitluba jinnominaw persuna għall-ħatra ta' President tal-Kunsilli Skolastiċi fl-iskejjel tal-Gvern?
Jidhrilha li għandha terġa' tibda tikkonsulta mal-gvernijiet lokali bħala rappreżentanti eletti mir-residenti fil-lokalitajiet tagħhom? Għal kemm-il sena President ta' Kunsill Skolastiku jista' jibqa' jżomm il-kariga tiegħu ma' l-istess kunsill?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-prassi kurrenti hi li l-Ministeru qed jikkonferma lil Presidenti tal-Kunsilli Skolastiċi wara li jieħu inkunsiderazzjoni l-ħtieġijiet partikolari ta’ l-iskejjel u l-fehma tal-kapijiet ta’ l-iskejjel fejn tinħass il-ħtieġa.
Hi l-funzjoni ta’ kull Kunsill Lokali li jipproponi persuni biex jinħatru l President tal-Kunsilli ta’ l-iskejjel primarji. Fejn il-Kunsill Lokali jagħmel xi proposti dwar il-ħatra tal-Presidenti din qed tkun ikkunsidrata.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju soċjo-ekonomiku dwar l-impatt tat-tneħħija tas-sussidju tal-Gvern fuq il-ħobż Malti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rapport li tħejja huwa mibni fuq analiżi ta' tagħrif u li hu kummerċjalment sensittiv u għaldaqstant ma jkunx għaqli li rapport bħal dan jiġi ppubblikat.
Minħabba li fil-media hemm rapporti rigward l-istudju soċjo-ekonomiku dwar l-impatt tat-tneħħija tas-sussidju tal-gvern fuq il-ħobż, jista' l-Ministru jgħid x'diffikulta' sab biex ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rapport li tħejja huwa mibni fuq analiżi ta' tagħrif u li hu kummerċjalment sensittiv u għaldaqstant ma jkunx għaqli li rapport bħal dan jiġi ppubblikat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 844 u jgħid peress minħabba li fil-media hemm rapporti rigward l-istudju soċjo-ekonomiku dwar l-impatt tat-tneħħija tas-sussidju tal-gvern fuq il-ħobż, jista' l-Ministru jgħid x'diffikulta' sab biex ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 844.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal lil ommijiet taħt is-16-il sena minn Jannar 2007 sa Mejju 2008? Jista' jaqsam l-informazjoni skond l-eta' u l-lokalita' li joqgħodu fiha dawn l-ommijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fis-sena 2007 twieldu 15 il-tarbija lill-ommijiet taħt is-sittax il-sena. Il-lokalitajiet huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt:
Trabi li-twieldu lill-ommijiet taħt is-16 il-sena fis-sena 2007:-
Lokalita'
Trabi lill-ommijiet taħt is-16 il-sena
Gozo
0
North Harbour
4
South Harbour
7
South East
4
Northern
0
Western
0
Malta and Gozo
15
Minħabba li fil-media hemm rapporti rigward l-istudju soċjo-ekonomiku dwar l-impatt tat-tneħħija tas-sussidju tal-gvern fuq il-ħobż, jista' l-Ministru jgħid x'diffikulta' sab biex ipoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference tal-kumitat Education Consultative Council mwaqqaf mill-MFSA? X'tip ta' organizzazzjonijiet jiffurmaw parti minn dan il-kumitat u fuq liema kriterji ġew magħżula? Hemm xi membri fuq dan il-kumitat li huma msieħba jew jiffurmaw parti minn organizzazzjonijiet kummerċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi It-‘terms of reference’ tal-kumitat ‘Education Consultative Council’ imwaqqaf mill-MFSA jinkludu il-ko-ordinament ta’ taħriġ vokazzjonali u dak ta’ natura regolatorja immirat għall-impjegati attwali u prospettivi fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Barra minn hekk, il-kumitat jippromwovi inizzjattivi flimkien ma’ entitajiet governattivi relevanti biex ikun hawn aktar tagħrif lill-studenti f’livell sekondarju u post sekondarju dwar karrieri f’dan is-settur.
Għaldaqstant, l-MFSA nfisha, l-MCAST u l-‘Guidance Unit’ tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni huma rrapreżentati f’dan il-kumitat.
Il-membri l-oħra huma:
- Il-‘Malta International Training Centre’;
- L-‘Institute of Financial Services – Malta’;
- L-‘Institute of Legal Studies – Malta’;
- L-‘Institute of Financial Services Practitioners’;
- L-‘Institute of Directors – Malta’; u
- Is-‘Society of Trust and Estate Practitioners - Malta’
L-għazla ta’ dawn il-membri kienet determinata mill-fatt, li matul is-snin, huma offrew b’mod konsistenti programmi speċjalizzati ta’ natura vokazzjonali, teknika u professjonali li huma direttament relevanti għall- oqsma differenti fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Ta’ min isemmi ukoll li t-‘terms of reference’ ta’ l-‘Education Consultative Council’ jippermettu d-dħul ta’ membri ġodda jekk jinħass il-bżonn u sakemm il-kumitat ikun jista’ jaħdem b’mod dinamiku u effiċjenti
L-ebda wieħed mill-membri ma jifforma parti minn organizazzjonijiet kummerċjali.
David Fabri
Board Secretary