Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żabbar — Triq l-Għargħar - bozza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5247 u jgħid għalfejn intfiet bozza fi Triq l-Għargħar f'Ħaż-Żabbar, liema triq hija mimlija ħofor u li għaldaqstant issa fid-dlam hemm periklu akbar għar-residenti tant li hemm minn diġà waqa' u weġġa' serjament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħsara li kien hemm ġiet imsewwija fid-19 ta' Jannar 2009.
Leg 11 PQ #5535 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċjali li jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4823, jista' l-Prim Ministru jgħid: a) fejn dawn iż-żewġ uffiċjali kienu jaħdmu qabel ma bdew jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? b) x'inhuma l-kwalifiki akkademiċi tagħhom? Niġbed l-attenzjoni tal-Prim Ministru li fit-tweġiba li rreferieni għaliha m'hemmx risposta għal dawn iż-żewġ mistoqsijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jidhirli li din l-informazzjoni personali għandha tiġi mgħoddija lill-Onorevoli Interpellant jekk ikun hemm il-permess tal-persuni konċernati.

Ħaż-Żabbar — Triq l-Għargħar - bozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn intfiet bozza fi Triq l-Għargħar f'Ħaż-Żabbar, liema triq hija mimlija ħofor u li għaldaqstant issa fid-dlam hemm periklu akbar għar-residenti tant li hemm minn diġà waqa' u weġġa' serjament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bord tal-Bennejja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5172 u jgħid minn min hu kompost il-bord tal-bennejja? Jista' jgħid mill-1987 'l hawn kemm-il darba nbidel?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Bord tal-Bennejja jinħatar kull tlett snin u dak preżenti ġie maħtur fl-1 ta’ Jannar 2007 skond avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tas-26 ta’ Diċembru 2006. Nirreferi wkoll l-Onor Membru għall-website tal-ministeru fejn isib il-komposizzjoni tal-Bord.
Leg 11 PQ #5290 Sitting 72 2009-01-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentru tax-Xogħol u Taħriġ — korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5174 u jgħid għaliex ilhom bosta xhur ma jsiru korsijiet ta' taħriġ fiċ-Ċentru tax-Xogħol u Taħriġ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni ħarrget aktar minn 6,800 persuna bejn Ottubru 2007 u Diċembru 2008. Lejn l-aħħar tas-sena 2008, l-Korporazzjoni kienet qiegħda f’kuntatti mad-Dipartiment tal-Kuntratti biex tipprepara biex toħrog sejħiet għal persuni biex jipprovdu s-servizzi ta’ taħrig tagħhom lill-ETC. Il-Korporazzjoni dalwaqt toħrog dawn is-sejħiet u tkun tista’ tibda numru ta’ skemi u korsijiet ta’ taħriġ li ser ikunu ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.

MCAST — Certificate in construction in stone - studenti li għaddew

Question

Tista' l-Ministru tgħid mill-istudenti tal-MCAST li għamlu l-kors certificate in construction in stone kemm għaddew studenti minn kemm ilu li beda dan il-kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

l-informazzjoni mitluba hi din: Sena Akkademika Studenti li għaddew 2002 – 2003 8 2003 – 2004 1 2004 – 2005 0 2005 – 2006 2 2006 – 2007 1 2007 – 2008 0
Leg 11 PQ #5174 Sitting 71 2009-01-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentru tax-xogħol u taħriġ — korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ilhom bosta xhur ma jsriu korsijet ta' taħriġ fiċ-Ċentru tax-Xogħol u Taħriġ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #4822 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju tal-Addolorata — Master Plan

Question

B'referenza għall-estenzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata jista' l-Ministru jgħid: a) Min ssettja l-parametri tal- Master Plan ? b) X'inhu s-suġġett tal-Master Plan? ċ) Meta l-pubbliku ser jiġi nnotifikat bil-Master Plan? d) X'inhi t-target date ta' meta għandu jitlesta x-xogħol tal-estenzjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata? e) Minħabba li d-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda rapport li nstab xi materjal tossiku fil-lok tas-site tal-estenzjoni, dan ifisser li m'hemmx bżonn illi jsir xi tindif bħal ma saru fuq sites oħra li kienu jintużaw bħal dump sites?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fit-tfassil tal-master plan għall-Addolorata ttieħdet inkonsiderazzjoni l-art li l-gvern jew huwa sid tagħha jew li tista’ tkun utilizzata għall-iskop sabiex tifforma parti miċ-ċimiterju. Il-għan tal-master plan huwa li jistabbilixxi l-konfini sa fejn jista jasal iċ- ċimiterju u sabiex l-iżvilupp li jsir jkun kompatibbli u kumplimentari għaċ-ċimiterju eżistenti. Bħalissa għadhom għaddejja diskusjonijiet u żviluppi fuq il-lat tekniku tal-pjan. Meta dawn jiġu konklużi l-pjan isir pubbliku. Il-proġett ta’ l-estenzjoni kien previst li jieħu madwar 30 xahar minn meta jibda. Infurmat ukoll li l-materjal depożitat fil-post indikat għall-estenzjoni taċ-ċimiterju jikkonsisti fil-parti kbira tiegħu f’materjal tal-kostruzzjoni u għaldaqstant it-tħammil ta’ l-area ser isir skont prattiċi għal dan il-għan taħt id-direzjoni tal-periti neċessarji.
Leg 11 PQ #4823 Sitting 68 2009-01-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċjali li jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-karigi ta' żewġ uffiċjali, li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, fl-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid x'inhuma l-gradi ta' dawn iż-żewġ uffiċjali? Jista' jgħid fejn kienu jaħdmu qabel ma bdew jaħdmu fl-uffiċċju tal-Prim Ministru? Jista' jgħid x'inhuma l-kwalifiki akkademiċi tagħhom? Jista' jikkonferma li dawn iż-żewġ uffiċjali fl-10 ta' Novembru kienu f'laqgħa ma' uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista fil-kwartieri tal-Partit Nazzjonalista? Jista' jgħid jekk dawn iż-żewġ uffiċjali kenux bil-leave mill-post tax-xogħol tagħhom waqt il-laqgħa fil-kwartieri tal-PN?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-gradi ta’ dawn iż-żewġ uffiċjali huma Co-ordinator (Customer Care) u Secretariat Officer fis-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru. Ix-xogħol tagħhom huwa primarjament li jagħtu servizz ta’ customer care. Rigward il-bqija tal-mistoqsija, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4670.

Sight-seeing passenger tour service open-top buses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3530 u 3710 u 3882 cioè: B'referenza għaż-żewġ tenders li kienu ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta għal Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service open-top buses għal Tour A - North Route u għal Tour B - South Route, fil-21 ta' Marzu 2006 li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, illi ngħataw lil operatur uniku, jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratti li kienu ffirmati mill-imsemmija awtorità mal-operatur? Ir-referenza għat-tender qed tingħata separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li kienu iffirmati bejn l-Awtorita u l-operatur.
Leg 11 PQ #4394 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata — Master Plan propost

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4134 u 3954 u jgħid: a) X'kien qed jagħmel sa ftit żmien ilu l-makkinarju tal-iskavazzjoni fuq il-post fejn kellha ssir l-estensjoni taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata? b) Jekk instabx xi materjal tossiku fuq il-post fejn kellu jibda t-tħammil? ċ) Jekk il-master plan propost u li jsemmi l-Ministru jirrigwardjax ir-re-engineering tal-landfill jew taċ-ċimiterju li jinkludi wkoll r-restawrar taċ-ċimiterju? d)X'jinkludi l-master plan propost? e) Jekk hux il-fatt li l-master plan propost ser jintbagħat għand id-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali minħabba li nstab xi materjal tossiku? f) Meta ġie propost dan il-master plan? g) Minn min ġie propost? ġ) Jekk teżistix target date li fiha l-pjanti riveduti skond il-master plan propost għandhom jaslu fid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-makkinarju ta’ l-iskavazzjoni li qiegħda ssir referenza għaliħ huwa ‘Hymac’ u li s’issa għadu fuq il post. Id-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali ma irċieva l-ebda rapport li instab xi materjal tossiku fil-lok indikat mill-Onorevoli Interpellant. Ninsab informat ukoll li għall-kumplament tal-Mistoqsija, mistoqsija ċ) u d) ma tistax tiġi mwieġba f’dan l-istadju il-għaliex il-Master Plan għadu qed jiġi ppreparat, f) il-Master Plan ġie propost f’Awissu 2008, g) ġie propost mill-Ministeru għall-Politika Soċjali, u ġ) ma hemmx target date stabilita sabiex il-pjanti riveduti jaslu fid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali.
Leg 11 PQ #4464 Sitting 63 2008-12-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każi ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' stupru rapportati din is-sena? Jista' jgħid kemm mill-każi tressqu l-qorti? Jista' jgħid x'inhi l-età ta' dawk allegatament stuprati? Jista' jgħid x'inhi n-nazzjonalità tal-allegati rapituri? Jista' jgħid kemm kien hemm każi ta' allegati gang-rape? Jista' jgħid jekk hemmx nies arrestati fuq allegat stupru, u jekk iva, kif? Jista' jgħid x'inhi n-nazzjonalità tar-rapitur li hemm il-ħabs? Jista' jgħid in-nazzjonalità tal-erba' rapituri li ingħataw sentenza sospiża u tar-rapitur li weħel multa f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Novembru ta’ din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 29 każ ta’ stupru. Infurmat ukoll li minn 18 il-kaz minnhom tressqu quddiem il-Qorti 22 persuna. L-eta’ tal-vittmi kienet tvarja bejn sitt snin u sittin sena. In-nazzjonalita' ta’ dawk akkużati kienet tinkludi dik Maltija, Sudaniża, minn Niger u Kosta d'Ivorja, Somala, Marokkina u Libjana. Minn kif ġie rrapurtat mill-vittmi, jidher li kien hemm każ wieħed fejn il-vittma ġiet stuprata fl-istess okkażjoni minn aktar minn persuna waħda. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija u b’żieda mat-tagħrif li jiena kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3134, ninsab infurmat illi minn dawk li ngħataw sentenza sospiża kien hemm wieħed Malti u l-oħrajn ta’ nazzjonalita Arbija.
Leg 11 PQ #4134 Sitting 60 2008-11-24 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata — Master Plan Propost

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3954 u jgħid: a) X'kien qed jagħmel sa ftit żmien ilu l-makkinarju tal-iskavazzjoni fuq il-post fejn kellha ssir l-estensjoni taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata? b) Jekk instabx xi materjal tossiku fuq il-post fejn kellu jibda t-tħammil? ċ) Jekk il-master plan propost u li jsemmi l-Ministru jirrigwardjax ir-re-engineering tal-landfill jew taċ-ċimiterju li jinkludi wkoll r-restawrar taċ-ċimiterju? d)X'jinkludi l-master plan propost? e) Jekk hux il-fatt li l-master plan propost ser jintbagħat għand id-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali minħabba li nstab xi materjal tossiku? f) Meta ġie propost dan il-master plan? g) Minn min ġie propost? ġ) Jekk teżistix target date li fiha l-pjanti riveduti skond il-master plan propost għandhom jaslu fid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sight-seeing passenger tour service open-top buses

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3530 u 3710 u 3882 cioè: B'referenza għaż-żewġ tenders li kienu ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta għal Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service open-top buses għal Tour A - North Route u għal Tour B - South Route, fil-21 ta' Marzu 2006 li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, illi ngħataw lil operatur uniku, jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratti li kienu ffirmati mill-imsemmija awtorità mal-operatur? Ir-referenza għat-tender qed tingħata separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3954 Sitting 55 2008-11-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata — master plan propost

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) X'kien qed jagħmel sa ftit żmien ilu l-makkinarju tal-iskavazzjoni fuq il-post fejn kellha ssir l-estensjoni taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata? b) Jekk instabx xi materjal tossiku fuq il-post fejn kellu jibda t-tħammil? ċ) Jekk il-master plan propost u li jsemmi l-Ministru jirrigwardjax ir-re-engineering tal-landfill jew taċ-ċimiterju li jinkludi wkoll r-restawrar taċ-ċimiterju? d)X'jinkludi l-master plan propost? e) Jekk hux il-fatt li l-master plan propost ser jintbagħat għand id-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali minħabba li nstab xi materjal tossiku? f) Meta ġie propost dan il-master plan? g) Minn min ġie propost? ġ) Jekk teżistix target date li fiha l-pjanti riveduti skond il-master plan propost għandhom jaslu fid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #2718 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Statistika tal-Gvern dwar immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jagħti xi statistika għandu l-Gvern dwar: a) Kemm waslu immigranti, irġiel nisa u tfal (refugjati, asylum seekers , klandestini) f'Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin? b) Ta' liema nazzjonalità kienu? c) Ta' liema reliġjon kienu? d) Kemm minnhom għadhom Malta? e) Kemm minnhom ġew diportati f'pajjiżhom jew pajjiżi oħra? f) Liema pajjiżi ħadu diġà uħud mill-immigranti rregolari u kemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #2737 Sitting 51 2008-11-13 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Parental Leave - Irġiel

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006 u 2007? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3213.

Awtorita' dwar it-Trasport — Sight-seeing passenger tour service

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3530 u 3710 u cioè: B'referenza għaż-żewġ tenders li kienu ħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta' Malta għal Concession for the provision of a sight-seeing passenger tour service open-top buses għal Tour A - North Route u għal Tour B - South Route, fil-21 ta' Marzu 2006 li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, illi ngħataw lil operatur uniku, jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratti li kienu ffirmati mill-imsemmija awtorità mal-operatur? Ir-referenza għat-tender qed tingħata separatament.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2729 Sitting 48 2008-11-10 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Postjiet oħra ta' kult Musulman rikonoxxuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid barra l-Moskea tar-Raħal Ġdid, fejn hemm postijiet oħra ta' kult Musulman rikonoxxuti mill-Istat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3214.