Legislature:
Category:
Reset
Active:

Brochure bit-tibdil fuq ir-rotot

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienet il-persuna responsabbli li approvat it-tibdil fuq ir-rotot b'referenza għall-brochure li qed jinbagħat separatamenet u l-kundizzjonijiet li hemm immniżżla fuq it-tender(a) minn dawk li hemm imnizzla fuq il-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u l-operatur li ismu qed jintbagħat separatament? Jista' jgħid għala l-kundizzjonjiet li hemm imnizzla fil-kuntratt li l-Awtorità dwar it-Trasport iffirmat mal-operatur huma differenti mill-kundizzjonijiet li hemm fuq it-tender (b) li ġiet maħruġa għall-pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

rotta extra u open top buses — permessi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess ta’ rotta extra li qed tinħadem bla skeda meta jidħlu il- cruise liners u li qed tinħadem bl-istess open top buses li ngħatalhom il-permess biex joperaw taħt il-kundizzjonijiet tat-tenders ta’ sightseeing tours tan-North u s-South u li qed tiġi promossa bħala ‘Sightseeing Bus – Cruise Special’ bil-loop starting point ikun l-istage extra li ngħata lill-operatur fejn il-Viset?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sightseeing Bus – Cruise Special — rotta

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk jafx illi din ir-rotta tas-‘Sightseeing Bus – Cruise Special’ li titlaq min fuq l-istage tal-Viset, tieqaf San Anton Gardens għar-ritratti, tmur Ta’ Qali Crafts Village tniżżel in-nies fejn il-ħwienet tal-glass blowing u l-istess driver jagħti 20 minuta ċans lill-passiġġieri biex jieqfu jixtru, jistennihom u wara jitlaq lejn il-Knisja tal-Mosta u jaqbad it-triq lejn l-Imdina fejn iwaqqafhom fuq il-loop stopping point? Ix-xufier javża lill-klijenti li għandhom nofs siegħa u wara l-istess xufier jerġa' jiġbor l-istess klijenti u jerġaż jinżel lura lejn il-Viset?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

open top buses — ħinjiet tas-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tar-rotta msejħa ‘Malta By Night’ li qed tinħadem mill-operatur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li qed tiġi riklamata fuq il-brochure u fuq open top buses ta’ l-istess operatur? Jista’ jagħti raġuni għala l-ħinjiet li qed jirriklama l-operatur fuq l-istess brochure li ġie approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport m’humiex l-istess ħinjiet li ġie marbut bihom fil-kuntratt kemm fuq ir-rotta tan- North u dik tas- South ? Jista’ jagħti raġuni għala l-operatur qed joffri servizz anqas ta’ ħinjiet fil-Ħdud u l-festi pubbliċi minn dawk li ġie marbut bihom fil-kuntratt? Jista’ jagħti raġuni għala fil-ġranet tax-xita s-servizz ma joperax?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

servizz ta' sightseeing — spot checks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport humiex qed jagħmlu spot checks matul il-jum biex jaraw li s-servizz ta' sightseeing qed jingħata kif suppost minn fuq kull stage ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sightseeing Tour – North Route — mapep ma jaqblux u lokalitajiet mhux inklużi

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif is-‘Sightseeing Tour – North Route’ li qed tiġi operata llum u li l-mappa tagħha qiegħda mpinġija fuq il-brochure tal-kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hi differenti mis-Sightseeing Tour – North Route Map li hemm iffirmata w inkluża fil-kuntratt u ma tinkludix in-naħat tal-Mellieħa u l-Għadira?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6939 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri li m'humiex fil-faċilità korretiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li minflok fil-Faċilità Korretiva ta' Kordin qegħdin f'xi istituzzjoni oħra? Jista' jgħid każ b'każ f'liema istituzzjoni qegħdin? Jista' jgħid f'kull każ x'kienet il-ħtija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Inteperllant.

Open top double decker bus

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta il-log books tat-12 open top double decker bus li ġew illiċenzjati lil Supreme Travel li ngħata l-operat permezz ta' żewġ tenders biex joffri servizz skedat tas-sightseeing tour fin-North u sightseeing tour fis-South? Jista' jgħidilna liema minn dawn l-open top buses qed joperaw fuq ir-rotta tan-North u liema fuq ir-rotta tas-South?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorita' dwar it-Trasport — Ħlas lill-kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 6124 u 6267 u jgħid għalfejn il-kuntratturi li jaħdmu għall-Awtorità dwar it-Trasport idumu żmien twil ma jitħallsu b'detriment għall-istess kuntratturi li jkollhom pagi u materjal xi jħallsu u interessi fuq l-overdrafts? Veru li ċ-Chief Executive Officer jiffirma ċ-ċekkijiet ta' ħlas lil dawn il-kuntratturi darba fix-xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif saru l-ħlasijiet dawn l-aħħar xahrejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6728 Sitting 89 2009-03-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kon-Katidral ta' San Ġwann — International Committee of Museums - fondazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6473 li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imħejji mill-International Committee of Museums fuq il-proġett propost mill-fondazzjoni għall-Katidral ta' San Ġwann li jirrigwarda l-istess kon-katidral?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-rapport li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa rapport ta’ NGO u għalhekk jidher li jkun aktar xieraq jekk l-Onorevoli Interpellant titlob kopja tiegħu lill-NGO li preparatu.

Awtorità dwar it-Trasport — ħlas tal-kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6124 u jgħid għalfejn il-kuntratturi li jaħdmu għall-Awtorità dwar it-Trasport idumu żmien twil ma jitħallsu b'detriment għall-istess kuntratturi li jkollhom pagi u materjal xi jħallsu u interessi fuq l-overdrafts? Veru li ċ-Chief Executive Officer jiffirma ċ-ċekkijiet ta' ħlas lil dawn il-kuntratturi darba fix-xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif saru l-ħlasijiet dawn l-aħħar xahrejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

PhD — Boroż ta' studji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jerġgħu joħorġu boroż ta' studju għal studenti li jridu jagħmlu PhD?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li bħalissa hi miftuħa skema ta’ boroż ta’ studju bl-isem ta’ Strategic Educational Pathways Scholarships (STEPS) li qegħda tilqa’ applikazzjonijiet ta’ boroż ta’ studju fi grad ta’ PhD. Din is-sejħa tagħlaq il-Ġimgħa, 6 ta’ Marzu, 2009. L-iskema Malta Government Scholarship Scheme , għal dawn l-aħħar tlett snin kienet miftuħa lejn April/Mejju. Għal din is-sena, id-data tal-ftuħ ta’ din l-iskema se titħabbar aktar tard.

Kon-Katidral ta' San Ġwann — International Committee of Museums - fondazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport imħejji mill-International Committee of Museums fuq il-proġett propost mill-fondazzjoni għall-Katidral ta' San Ġwann li jirrigwardja l-istess kon-katidral?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Fondazzjoni għall-Katidral ta’ San Ġwann ma taqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħi.

Awtorità dwar it-Trasport — ħlas tal-kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-kuntratturi li jaħdmu għall-Awtorità dwar it-Trasport idumu żmien twil ma jitħallsu b'detriment għall-istess kuntratturi li jkollhom pagi u materjal xi jħallsu u interessi fuq l-overdrafts? Veru li ċ-Chief Executive Officer jiffirma ċ-ċekkijiet ta' ħlas lil dawn il-kuntratturi darba fix-xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif saru l-ħlasijiet dawn l-aħħar xahrejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Studenti fil-kors tal-liġi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm iggradwaw avukati sena b'sena mill-1980 sal-lum? Tista' taqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa? Tista' tgħid kemm hemm studenti fil-kors tal-liġi preżenti u taqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5815 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Imħallef fil-Qorti Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nħarġet l-applikazzjoni (f'Malta) għall-imħallef fil-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (European Court of Human Rights) kemm applikaw? Jista' jgħid x'kienet il-kariga ta' kull applikant/applikanta meta applikaw? Jista' jaqsam l-informazzjoni f'irġiel u nisa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoi in materja nħarġet fi Frar 2006. Il-karigi ta' persuni li applikaw kienu s-segwenti : Prim Imħallef, Imħallfin, Maġistrat u avukati. Kien hemm 9 irġiel u 2 nisa.
Leg 11 PQ #5682 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċjali jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5535, peress li fil-paragrafu (a) kont qiegħda nistaqsi dwar jekk qabel, l-uffiċjali in kwestjoni kenux jaħdmu f'xi uffiċċju fis-settur pubbliku: u la dawn is-sinjuri huma uffiċjali pubbliċi li jitħallsu mit-taxxi tal-poplu, il-pubbliku għandu dritt ikun jaf il-kwalifiki akkademiċi tagħhom; jista' allura l-Prim Ministru jwieġeb għall-mistoqsijiet fil-paragrafi (a) u (b) tal-mistoqsija msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 5535.
Leg 11 PQ #5539 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Senteza ta' għomor il-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1960 'l hawn, kemm-il sentenza ta' għomor il-ħabs ingħatat mill-qorti? Jista' jgħid liema kienu l-każijiet, min kin l-imħallef f'kull każ, u jekk il-ħati/ħatja inħelisx mill-ħabs, u jekk iva wara kemm snin (każ b'każ)?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mis-sena 1960 'l hawn kien hemm 15 il-każ fejn ingħatat sentenza ta' għomor il-ħabs. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija.