Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36865 u jgħid kemm huwa n-numru totali ta' immigranti li ġew Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm huwa n-numru ta' tfal u żgħażagħ, mill-età tat-twelid sal-età ta' 18-il sena, ta' immigranti li ġew Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin? Hemm xi stima uffiċjali ta' kemm huwa proġettat li jkun hawn barranin (inklużi immigranti) residenti f'Malta fis-sena 2050? Ta' liema pajjiż huwa l-ikbar grupp ta' immigranti f'pajjiżna bħalissa ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi mis-sena 2002 sa Ottubru 2012, n-numru ta’ immigranti illegali li waslu Malta tul dawn l-aħħar għaxar snin kien ta’ 16341. Min dawn, in-numru ta' tfal u żagħżagħ, mill-età tat-twelid sal-età ta' 18-il sena kien ta’1433. L’akbar numru ta’ immigranti li waslu f’pajjiżna huwa mis Somalja. M’huwiex possibbli li tingħata stima uffiċjali ta’ kemm huwa pproġettat li jkun hawn barranin (inklużi immigranti) fis sena 2050.
Kunsill Lokali ta' Ħal Lija — Servizz ta' Perit, Avukat u Accountant
Question
B’referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 36996, jista' l-Prim Ministru jispjega kif il-kliem “Sejħa għall-kuntratti” li hemm imniżżla speċifikament fl-aġenda msemmija jistgħu jiġu interpretati bħala li se “jiddiskuti l-validitita tas-servizzi li fil-preżent qed jingħataw”? Allura jekk hu minnu li mhux se jinħarġu t-tenders għal dawn is-servizzi, x’qiegħed jistenna l-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Lija sabiex joħroġ dawn it-tenders sitt xhur wara li l-management letter tal-awdituri kien ċanfar lil dan il-kunsill dwar in-nuqqas ta' osservanza tal-proċeduri finanzjarji (Local Council (Financial) Procedures, 1996)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija li l-management letter li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant irrakomandat lill-Kunsill imsemmi biex joħroġ tender għall-ġbir tal-iskart u mhux għal servizzi oħrajn kif implikat fil-mistoqsija tagħha.
Infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija aderixxa mar-rakkomandazzjoni tal-
management letter
tant li ppubblika t-
tender
għall-ġbir tal-iskart domestiku fil-Gażżetta tal-Gvern tas-16 ta’ Marzu 2012. Infurmat li din is-sejħa għall-offerti kienet aġġudikata b’vot unanimu fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija u l-kuntratt beda jitħaddem fl-1 ta’ Lulju 2012.
Intant infurmat li mhux ser jinħareġ
tender
fir-rigward tas-servizzi ta’ perit, ta’ avukat u ta’
accountant
, li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant. Dan peress li ma jaqbżux l-ammont ta’ €4,658, b’konformità mal-
Local Council Financial Regulations
.
Jista' l- Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk minn meta ġie nominat minn din il-Kamra fit-12 ta' Diċembru 2005 sat-30 ta' Settembru 2012 l-Ombudsman li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament qatt ġiex appuntat u serva bħala arbitru f'arbitraġġi taħt l-Awtorità tal-Malta Arbitration Centre u/jew jekk matul dan il-perjodu għamilx kwalunkwe xogħol ieħor konness mal-qasam tal-arbitraġġi li ġie assenjat lilu mill-Malta Arbitration Centre?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu indikat, l-Ombudsman gie appuntat bhala arbitru mill-partijiet fi tmien (8) kazi ta’ arbitragg kif ukoll ma ghamel l-ebda xoghol iehor konness mal-qasam tal-arbitraggi li gie assenjat lilu minn dan ic-Centru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' immigranti li ġew Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm huwa n-numru ta' tfal u żgħażagħ, mill-età tat-twelid sal-età ta' 18-il sena, ta' immigranti ġew Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin? Hemm xi stima uffiċjali ta' kemm huwa proġettat li jkun hawn barranin (inklużi immigranti) residenti f'Malta fis-sena 2050? Ta' liema pajjiż huwa l-ikbar grupp ta' immigranti f'pajjiżna bħalissa ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, din it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Kunsill lokali ta' Ħal Lija — kwestjonijiet rigward impjieg
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport ippreparat mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar issues relatati ma' impjieg fil-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn juri l-qligħ jew it-telf li għamel il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara mill-ewwel sena operattiva tiegħu sal-lum? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn baqa jkun imġedded l-impjieg tal-Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija minkejja li instab li dan bosta drabi ma mexiex mal-liġi li tirregola l-istess kunsilli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li r-rapport li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ġie kompilat mill-uffiċjal inkarigat iżda għadu qed jiġi finalizzat fid-Dipartiment konċernat. Irid jiġi konsultat ukoll il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data qabel jiġi ċirkolat. Wara li jkun diskuss internament fid-Dipartiment, se jgħaddi għand il-partijiet konċernati, inkluż l-Uffiċċju tal-Ombdusman. M’għandix diffikulta li jitpoġġa wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat wkoll li l-Aġent Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija nħatar għal perjodu speċifiku, u ossija sakemm jinħatar Segretarju Eżekuttiv permanenti. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali talab lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija biex jipproċedi bl-għażla fl-iqsar żmien possibbli.
Intant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nkun nista’ npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rikjesta dwar il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara hekk kif din tkun kumpilata.
Kunsill Lokali ta' Ħal Lija — Servizz ta' Perit, Avukat u Accountant
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti spjega għalfejn fit-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 35237, 35236 u 35235 il-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija qal li għandu perit, avukat u accountant tal-kunsill, iżda għal laqgħa tat-12 ta' Ottubru 2012 qiegħed fuq l-Aġenda item sabiex jinħareġ tender għal kuntratt għas-servizz ta' perit, avukat u accountant u dan sitt xhur wara li l-management letter tal-awdituri ta' dan il-kunsill kien ċanfar lil dan il-kunsill dwar in-nuqqas ta' osservanza tal-proċeduri finanzjarji (Local Council (Financial) Procedures, 1996)
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija li item numru ħamsa (5) fuq l-aġenda li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant hu ntiż biex il-Kunsill Lokali jiddiskuti l-validità tat-tlett servizzi li fil-preżent qed jingħataw, u mhux biex jinħarġu xi tenders kif forsi seta’ kien mifhum.
kunsilli lokali — nies li jagħmlu xogħol ta' avukat
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35236 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jagħmlu xogħol ta’ avukat mal-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Sta Venera, il-Belt Valletta, Ħal-Lija, tas-Sliema, l-Imtarfa, Ħal-Kirkop u San Pawl il-Baħar u l-kuntratti tagħhom? Jekk m’hemm ebda kuntratt, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u jgħid il-kriterija li ntużaw biex tintagħżel il-persuna kkonċernata u kemm dawn jitħallsu fis-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35236. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti eżistenti jew xorta oħra ta’ dokumentazzjoni dwar is-servizzi professjonali li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, hekk kif provduti mill-Kunsilli Lokali nfushom.
kunsilli lokali — nies li jagħmlu xogħol ta' perit
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35237 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jagħmlu xogħol ta’ perit mal-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Sta Venera, il-Belt Valletta, Ħal-Lija, Tas-Sliema, l-Imtarfa, Ħal-Kirkop u San Pawl il-Baħar u l-kuntratti tagħhom? Jekk m’hemm ebda kuntratt, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u l-kriterija li ntużaw biex tintagħżel il-persuna kkonċernata u kemm dawn jitħallsu fis-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35237. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti eżistenti jew xorta oħra ta’ dokumentazzjoni dwar is-servizzi professjonali li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, hekk kif provduti mill-Kunsilli Lokali nfushom.
Kunsilli lokali — nies li jagħmlu xogħol ta' accountants
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35235 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jagħmlu xogħol ta’ accountants mal-Kunsilli Lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Sta Venera, il-Belt Valletta, Ħal-Lija, Tas-Sliema, l-Imtarfa, Ħal-Kirkop u San Pawl il-Baħar u l-kuntratti tagħhom? Jekk m'hemmx kuntratt, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u jgħid il-kriterji li ntużaw biex tintagħżel il-persuna kkonċernata u kemm dawn jitħallsu fis-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35235. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti ezistenti jew xorta oħra ta’ dokumentazzjoni dwar is-servizzi professjonali li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, hekk kif provduti mill-Kunsilli Lokali nfushom.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35989 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza rigward ERDF funds bejn il-PPCD u l-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, ir-Rabat, Ħ’Attard u Ħal-Lija bejn l-1 ta’ Frar 2010 u t-30 ta' Ġunju 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M’hijiex il-Politika tal-Gvern li jippublika dokumenti ta’ programmi li jkunu għadhom mhux magħluqa, ħlief Grant Agreements meta dawn jiġu mitluba. Madanakollu jekk l-Onorevoli Interpellant interessata li tara l-korrispondenza m’hemmx diffikulta li niffissaw appuntament mad-dipartiment konċernat.
Fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, mill-kunsilli indikati kien hemm biss żewġ applikazzjonijiet, waħda mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija liema applikazzjoni ma kisbitx il-marki neċessarji biex tiġi magħżula u oħra mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li tpoġġiet fuq il-lista ta’ riserva.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33547.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32510 u 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33547.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32719, 32510 u 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33547.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33053, 32719, 32510 u 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33547.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36188 u 35989 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza rigward ERDF funds bejn il-PPCD u l-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, ir-Rabat, Ħ’Attard u Ħal-Lija bejn l-1 ta’ Frar 2010 u t-30 ta' Ġunju 2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru W585.
B'referenza għal storm water tunnels and other infrastructural works as part of the National Flood Relief Project (NFRP), with proposals for the areas of Żabbar and Marsascala with a discharge point at Xgħajra, as outlined in the Cost-Benefit and EIA studies and Technical Assistance reports and other documents prepared by Politecnica, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett kienx konkluż? Jekk iva, jaf il-Ministru li s-sitwazzjoni għadha l-istess u li dan jista' jarah mis-sitwazzjoni fit-triq l-antika ta' Wied il-Għajn u tispiċċa sa ħdejn ix-xatt nhar il-3 ta' Settembru wara l-maltempata? Jekk le, meta hu ppjanat li jitlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-imsemmi rapport kien biss parti minn proċess ferm itwal bħala preparament għat-twettiq ta’ dan il-proġett nazzjonali li huwa stmat li jiswa madwar sittin miljun ewro inkluz il-VAT (€ 60 miljun), b’ko finanzjament mill-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea.
Fid-dawl ta’ dan, sussegwentement saret applikazzjoni lill-MEPA liema permess inħareġ mill-MEPA fil-fl-ewwel nofs ta’ din is-sena. Kien biss wara l-ħruġ tal-permess mill-MEPA li setgħet tkun sottomessa formalment l-applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-fondi għal dan il-proġett. Dan sar Awwissu li għadda. Għalkemm s’issa għad ma kienx hemm ebda risposta formali mill-Kummissjoni, r-rakkomandazzjoni tal-JASPERS, li huma organizzazzjoni mqabbda mill-Unjoni Ewropea u mill-EIB biex jghinu fil process, kienet waħda posittiva.
Kif kien spjegat diversi drabi, inkluż fil-mezzi tax-xandir, wara l-ħruġ tal-permess għal dan il-proġett mill-MEPA, ġew ippublikati t-tenders u bħalissa qed ikunu evalwati l-offerti li daħlu għal din il-parti tal-proġett. Hu maħsub li l-kuntratt jingħata sa l-aħħar ta’ din is-sena waqt li x-xogħlijiet jkunu jistgħu jibdew fis-sena 2013 u jitlestew fis-sena 2014.