Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sightseeing Tour – North Route — mapep ma jaqblux u lokalitajiet mhux inklu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6878 u jispjega kif is-‘Sightseeing Tour – North Route’ li qed tiġi operata llum u li l-mappa tagħha qiegħda mpinġija fuq il-brochure tal-kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hi differenti mis-Sightseeing Tour – North Route Map li hemm iffirmata w inkluża fil-kuntratt u ma tinkludix in-naħat tal-Mellieħa u l-Għadira?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 7076.

servizz ta' sightseeing — spot checks

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6877 u jgħid jekk l-uffiċjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport humiex qed jagħmlu spot checks matul il-jum biex jaraw li s-servizz ta' sightseeing qed jingħata kif suppost minn fuq kull stage?

Response (GATT, AUSTIN)

Iva.

open top buses — ħinjiet tas-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6876 u jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tar-rotta msejħa ‘Malta By Night’ li qed tinħadem mill-operatur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li qed tiġi riklamata fuq il-brochure u fuq open top buses ta’ l-istess operatur? Jista’ jagħti raġuni għala l-ħinjiet li qed jirriklama l-operatur fuq l-istess brochure li ġie approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport m’humiex l-istess ħinjiet li ġie marbut bihom fil-kuntratt kemm fuq ir-rotta tan- North u dik tas- South ta' Malta? Jista’ jagħti raġuni għala l-operatur qed joffri servizz anqas ta’ ħinjiet fil-Ħdud u l-festi pubbliċi minn dawk li ġie marbut bihom fil-kuntratt? Jista’ jagħti raġuni għala fil-ġranet tax-xita s-servizz ma joperax?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 7076.

Sightseeing Bus – Cruise Special — rotta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6875 u jikkonferma jekk jafx illi din ir-rotta tas-‘Sightseeing Bus – Cruise Special’ li titlaq min fuq l-istage tal-Viset, tieqaf San Anton Gardens għar-ritratti, tmur Ta’ Qali Crafts Village tniżżel in-nies fejn il-ħwienet tal-glass blowing u l-istess driver jagħti 20 minuta ċans lill-passiġġieri biex jieqfu jixtru, jistennihom u wara jitlaq lejn il-Knisja tal-Mosta u jaqbad it-triq lejn l-Imdina fejn iwaqqafhom fuq il-loop stopping point? Ix-xufier javża lill-klijenti li għandhom nofs siegħa u wara l-istess xufier jerġa' jiġbor l-istess klijenti u jerġaż jinżel lura lejn il-Viset?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 7076.

Awtorità dwar it-Trasport — brochure - prezzijiet tat-tours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti li l-operatur tas-servizzi li jidhru fil-brochure li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, hemm imniżżla l-prezzijiet tas-servizzi l-oħra li l-istess operatur joffri, però ma hemmx imniżżla l-prezzijiet tat-tours offruti bl-open top double decker buses hekk kif mitlub jagħmel ukoll fil-kuntratt iffirmat mal-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — brochure - validità tat-tickets

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti lill-operatur tas-servizzi li jidhru fil-brochure li qed jintbagħat separatament u lanqas fuq it-tickets li jagħti lill-passiġieri m'għandhomx indikat li l-istess ticket hu validu għal 24 siegħa hekk kif stipulat fit-tender u fil-kuntratt li ġie ffirmat mal-Awtorità dwar it-Trasport? Jista' jippreżenta kopja tat-ticket li l-Awtorità dwar it-Trasport approvat lill-operatur biex jingħata lill-passiġieri li jixtru sightseeing tours - North jew South?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Xatt ta' Tas-Sliema - double decker

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti li fix-Xatt ta' Tas-Sliema ikun hemm wieqfa wara xulxin mill-inqas erba' double decker buses meta din suppost titlaq double decker waħda skond il-ħin stipulat u qed tibblokka spazju għall-vetturi oħra kif jidher fir-ritratt li qed jintbagħat separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat mill-ADT li mill-istħarriġ tagħha jirriżultalha li l-operatur mhux konformi mal-kuntratt li għandu ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport fuq dan is-servizz. Għaldaqstant tajt struzzjonijiet lill-ADT biex tieħu l-passi kollha fil-kompetenza tagħha biex din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata skond il-kuntratt u skond il-liġi.

Direttur Ġenerali  tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — permess biex taħdem xogħol privat

Question

Filwaqt li nirreferi għal risposta li ħarġet mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru lill-gazzetta "Illum" li dehret f’artiklu taħt it-titlu “il-Każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma id-dati ta’ meta d-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizjoni (il-Veterinarja) ngħatat il-permessi biex taħdem xogħol privat? X’kundizzjonijiet kien hemm ma' dawn il-permessi u jekk kien hemm, kenux jippermettulha li tagħmel xogħol privat waqt il-ħin li suppost taħdem mal-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Direttur Ġenerali  tad-Divizjoni għal-Konsumatur u Kompetizjoni — xogħol privat - permessi validi

Question

B’referenza għall-artiklu li deher fil-gazzetta "Illum" taħt it-titlu “Il-każ ta’ Veterinarja maċ-Ċivil” li ġie ppublikat il-Ħadd 22 ta’ Frar 2009, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-permessi li ħarġu lid-Direttur Ġenerali tad-Divizjoni għall-Konsumatur u Kompetizzjoni (il-Veterinarja) biex tagħmel xogħol privat għadhomx validi minħabba li skond l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dawn il-permessi ngħataw taħt il-leġislatura l-oħra?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Kummissjoni Ewropea — tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni

Question

Wara li l-Kummissjoni Ewropea riċentement (Jannar 2009) qalet li trid tara tisħiħ fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni ġewwa Malta, jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-passi li beħsiebu jieħu dwar dan anke minħabba li preżentament l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qed jitmexxa minn veterinarja li tipprattika l-professjoni tagħha fl-istess ħin li tmexxi dan l-uffiċċju li hu meqjus tant importanti mill-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Brochure — Dettalji fuq tickets

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-operatur b'referenza għall-brochure li qed jinbagħat separatament, qed jitħalla jagħti diversi tickets (li dettalji qed jintbagħtu separatament) lill-passiġieri li fuqhom m'hemmx immniżla id-dettalji kollha mitluba kemm fuq it-tenderu fuq il-kuntratt li l-istess awtorità iffirmat mal-Operatur? Jaf li fuq dawn it-tickets suppost hemm imniżżla l-informazzjoni segwenti: a) Dettalji tal-operatur inkluż dettalji tal-VAT b) Numru ta' reġistrazzjoni tal-open top bus li minn fuqu jkun inxtara ticket ċ) Deskrizzjoni tat-tour d) Data e) Ħin f) Kategorija tal-passiġġier g) L-ammont li passiġġier irid iħallas Jista' jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti lill-operatur li jingħataw tickets kif jidhru fid-dokument li qed jinbagħat separatament mill-lukandi lit-turisti u li fuqhom m'hemmx mniżżla d-dettalji miktuba fil-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — tickets mingħand l-operatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tħalli l-operatur jagħti t-tickets li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li fuqhom il-prezz indikat huwa ta' €13.00 iżda meta l-passiġier jixtri dawn it-tickets qed jiġi mitlub iħallas €15.00, hekk kif jidher ċar fuq it-tickets datati 4 ta' Marzu 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — brochure approvat

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni għala l-ħinijiet li qed jirriklama l-operatur fuq il-brochure li qed jintbagħat separatament li ġie approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport m'humiex l-istess ħinijiet li ġie marbut bihom fil-kuntratt fuq ir-rotta tan-North? Jista' jagħti raġuni għala l-operatur qed joffri servizz anqas ta' ħinijiet fil-Ħdud u l-festi pubbliċi minn dawk li ġie marbut bihom fil-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Buġibba — Loop Starting Point - double deckers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif mill-Bus Terminus ta' Buġibba Loop Starting Point qegħdin jitilqu biss tliet double deckers wieħed fil-08:15, ieħor fid-09:15 u ieħor fl-10:15 biex jagħmlu sightseeing North Route u s-servizz mhux jopera minn dan il-loop starting point fil-ħinijiet l-oħra tal-ġurnata, iżda jopera minn Sliema Ferries hekk kif indikat fil-brochure tal-operatur (paġna 2 tad-dokument li qed jintbagħat separatament) u differenti mill-kundizzjonijiet imniżżla fuq il-kuntratt u fuq it-tender ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-trasport — Malta by night

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt ta' tliet rotot maħduma kuljum msejħa Malta by Night li qed tinħadem minn kumpannija li isimha qed jinbagħat separatament u li qed tiġi riklamata fuq il-brochure li qed jintbagħat separatament tal-istess operatur u li suppost hu approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport? Jista' l-Ministru jgħid għala għal dawn l-aħħar sentejn ġiet operata r-rotta Malta by Night mingħajr ma hi msemmija fuq it-tender u lanqas hi msemmija fuq il-kuntratt li l-Awtorità iffirmat mal-operatur?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — brochure - open top buses

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala l-mappa tar-rotta tan-North ippublikata fuq il-brochure tal-open top buses tal-operatur li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, hi differnti mill-mappa li ġiet ippublikata fuq it-tender(a) li din tal-aħħar hi l-istess mappa ppublikata fil-kuntratt iffirmat fl-14 ta' Ġunju, 2007? (referenzi għad-dokument qed jintbagħtu separatament) Jista' jispjega kif l-Awtorità ppermetiet li minn fuq il-mappa tan-North ippublikata fuq il-brochure tneħħew il-bus stops li skond il-kuntratt tal-14 ta' Ġunju, 2007 (riferenza: Schedule 3: The Service) u skond it-tender(b) jindika li suppost hemm fejn il-knisja parrokkjali tal-Mellieħa u fejn in-nature reserve tal-Għadira u għala l-open top double decker mhux qed tgħaddi minn hemm u jekk qattx operat minn hemm? Jista' jippreżenta kopja tas-site plans tal-loop starting points u loop stopping points tar-rotta tan-North skond il-mappa li hemm fit-tender(ċ)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorita' dwar it-Trasport — Ħlas lill-kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 6695, 6124 u 6267 u jgħid għalfejn il-kuntratturi li jaħdmu għall-Awtorità dwar it-Trasport idumu żmien twil ma jitħallsu b'detriment għall-istess kuntratturi li jkollhom pagi u materjal xi jħallsu u interessi fuq l-overdrafts? Veru li ċ-Chief Executive Officer jiffirma ċ-ċekkijiet ta' ħlas lil dawn il-kuntratturi darba fix-xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif saru l-ħlasijiet dawn l-aħħar xahrejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Open top double decker bus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6694 u jippreżenta il-log books tat-12 open top double decker bus li ġew illiċenzjati lil operatur li qed jisemma’ separatament li ngħata l-operat permezz ta' żewġ tenders biex joffri servizz skedat tas-sightseeing tour fin-North u sightseeing tour fis-South ta’ Malta? Jista' jgħidilna liema minn dawn l- open top buses qed joperaw fuq ir-rotta tan- North u liema fuq ir-rotta tas- South ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Magni tal-logħob fil-casinos

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6692 u jgħid għal kemm tammonta ċ-ċifra totali li l-Gvern idaħħal kull sena mill-magni tal-logħob li hemm allokati fl-erba' casinos li hawn f'Malta, jiġifieri gaming tax, income tax fuq il-kumpanniji, taxxi fuq il-qligħ, kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-impjegati eċċ? Kemm-il persuna jimpjegaw l-erba' casinos f'pajjiżna? Jikkonferma li hawn madwar 12,000 magna tal-logħob simili għal dawk li hemm fil-casinos imxerrdin fi ħwienet tal-logħob li qegħdin jinbtu f'kull belt u raħal ta' Malta? Il-kondizzjonijiet għall-permessi għall-ftuħ ta' casinos f'pajjiżna jinkludu sbarrament ta' l-età, biex wieħed jidħol u jilgħab irid ikun għalaq 25 sena, self barring li jorbot għall-casinos kollha, skrutinju dettaljat tal-flejjes li jidħlu u joħorġu kif ukoll preżenza ta' uffiċjali responsabbli għas-setturi tal-gambling, taxxa, eċċ. Jista' jispjega jekk l-operaturi ta' dawn il-magni tal-logħob (mhux casinos) għandhomx l-istess regolamenti?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-trasport — servizz kif reklamat fuq brochure

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċjali tal-Awtorità dwar it-Trasport humiex qed jagħmlu spot checks matul il-jum speċjalment fil-jiem tax-xita biex jaraw li servizz reklamat fil-brochure li qed jintbagħat separatament, kemm tar-rotta tan-North u tar-rotta tas-South tal-istess tender li dettalji dwaru qed jidhru separatament, qed jingħata kif suppost minn fuq kull stage speċjalment fil-ħin ta' fil-għodu u jekk issirx ir-rotta kollha kull darba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.