Jista' l-Prim Ministru jagħti l-figuri ta' dawk l-impjegati kollha li jitħallsu mill-Gvern maqsumin abbażi ta' nisa u rġiel? X'tip ta' kuntratt: definit/indefinit, konsulenti u kull impjegat b'tip ta' kuntratt ieħor għas-snin 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Servizz Pubbliku — Impjegati nisa u rġiel - rtiraw bl-età
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-figuri ta' kemm impjegati, nisa u irgiel, fis-Servizz Pubbliku rtiraw bl-età fl-2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Kemm minnhom ingħataw xi tip ta' xogħol ieħor wara li rtiraw abbazi ta' sess u sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-totali ta’ persuni li rtiraw mis-Servizz Pubbliku bl-eta’ bejn is-snin 2005 u 2009, kif ukoll dawk li ngħataw xi tip ta’ xogħol ieħor fl-istess Servizz wara li rtiraw bl-eta’, huma kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-figuri huma maqsumin skond is-sess u s-sena li l-persuni rtiraw fiha.
Dawn il-figuri jinkludu wkoll uffiċjali pubbliċi li kienu sekondati jew ddettaljati ma’ entitajiet, korporazzjonijiet jew awtoritajiet tal-Gvern.
Mit-total ta’ dawk il-persuni li ngħataw xogħol ieħor wara li rtiraw, 46 minnhom reġgħu temmew l-impjieg tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jagħti l-figuri ta' kemm impjegati, nisa u rġiel, fis-Servizz Pubbliku hu previst li ser jirtiraw fl-età ta' 61 sena fl-2010, 2011, 2012, 2013 u 2014?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni fis-Servizz Pubbliku li ser jilħqu l-eta’ ta’ 61 sena bejn din is-sena u s-sena 2014, maqsumin bejn nisa u rġiel, sena b’sena, huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq il-bypass ta’ Wied il-Għajn waqax lura skond il-kuntratt tax-xogħol fuq din it-triq? Jekk iva, jista' jgħid b’kemm dan ix-xogħol waqa lura? Jekk inhu l-każ, jista' jgħid x’azzjoni ħadet jew se tieħu l-Awtorità dwar it-Trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntratt fuq il-
bypass
ta’ Marsascala jispeċifika li x-xogħol irid jitlesta f’56 ġimgħa bl-ewwel 4 ġimgħat ikunu għax-xogħol fuq Triq San Ġużepp u Triq Wied iz-Ziju li qed iservu ta’ rotot alternattivi waqt ix-xogħol fuq il-
bypass
innifisha. Fil-Phase 2 ta’ dan il-proġett kienu nstabu raddi li setgħu kienu ta’ valur arkeoloġiku. Dan kien irriżulta għal telf ta’ 12-il ġurnata sakemm inġiebet l-approvazzjoni tas-Superintendenza tal-Wirt Storiku li x-xogħol jista’ jitkompla wara li saret id-dokumentazzjoni meħtieġa. Dan sar dejjem skont il-kuntratt tax-xogħol.
Ninsab infurmat li l-Awtorità qed taħdem sabiex ix-xogħol jitlesta fiż-żmien stipulat fil-kuntratt.
Ix-xogħol fuq dan il-kuntratt beda fit-23 ta’ Frar 2009 u għaldaqstant 56 ġimgħa wara jiġu is-27 ta’ Marzu 2010.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14098 u 13734 u jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li l-Assistent Direttur li, fil-prezent jidher li hu responsabbli għad-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan ic-CCD se jiġi jew diġà ġie trasferit, jew b'xi mod ieħor se jmur jaħdem jew diġà mar jaħdem ma' dipartiment jew direttorat ieħor? Fil-prezent, dan l-istess uffiċjal taħt liema payroll jaqa' ? Waqt il-ħinijiet tax-xogħol f'liema Dipartiment jew Direttorat qiegħed ikun? Il-Ministru jaf li d-Direttur li kien responsabbli għal dan id-Direttorat huwa l-Assistent Personali tiegħu u ilu jokkupa din il-kariga għal mill-inqas sena u nofs jew aktar, u proprju għalhekk id-Direttorat tal-Infurzar ilu bla direttur għal dan iż-żmien twil? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux post vakanti jew le? Dan l-uffiċjal għadu jgawdi minn nomenklatura ta' Direttur jew m'għadux? Jaħseb li hu ta' benefiċċju għal xi ħadd li dan id-Direttorat sensittiv tħalla mingħajr Direttur? Jekk ma jaħsibx hekk għaliex, fil-fatt, tħalla mingħajr Direttur? X'kienet ir-raġuni li dan id-Direttur jew eks Direttur li preżentement qed jagħmilha ta’ Assistent Personali tiegħu telaq mill-imsemmija kariga?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Assistent Direttur li għalih qed issir referenza u li fil-preżent huwa responsabbli mid-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni jinsab fuq il-payroll ta’ l-istess Diviżjoni u qed iwettaq xogħol f’din id-Diviżjoni.
Fir-rigward tal-persuna li bħalissa tokkupa l-kariga ta’ Assistent Personali fis-Segretarjat tiegħi, din il-persuna tokkupa din il-kariga skont il-proċeduri stabbiliti.
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li kif ħabbart fil-
budget
f’Novembru tas-sena li għaddiet, bħala riżultat ta’ proċess ta’ riforma ta’ din l-istess Diviżjoni, se titwaqqaf Aġenzija għall-Ħarsien tal-Konsumatur u għalhekk din il-pożizzjoni qed tiġi evalwata f’dan l-kuntest.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13734 u jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li l-Assistent Direttur li, fil-prezent jidher li hu responsabbli għad-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan ic-CCD se jiġi jew diġà ġie trasferit, jew b'xi mod ieħor se jmur jaħdem jew diġà mar jaħdem ma' dipartiment jew direttorat ieħor? Fil-prezent, dan l-istess uffiċjal taħt liema payroll jaqa' ? Waqt il-ħinijiet tax-xogħol f'liema Dipartiment jew Direttorat qiegħed ikun? Il-Ministru jaf li d-Direttur li kien responsabbli għal dan id-Direttorat huwa l-Assistent Personali tiegħu u ilu jokkupa din il-kariga għal mill-inqas sena u nofs jew aktar, u proprju għalhekk id-Direttorat tal-Infurzar ilu bla direttur għal dan iż-żmien twil? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux post vakanti jew le? Dan l-uffiċjal għadu jgawdi minn nomenklatura ta' Direttur jew m'għadux? Jaħseb li hu ta' benefiċċju għal xi ħadd li dan id-Direttorat sensittiv tħalla mingħajr Direttur? Jekk ma jaħsibx hekk għaliex, fil-fatt, tħalla mingħajr Direttur? X'kienet ir-raġuni li dan id-Direttur jew eks Direttur li preżentement qed jagħmilha ta’ Assistent Personali tiegħu telaq mill-imsemmija kariga?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li l-Assistent Direttur li, fil-prezent jidher li hu responsabbli għad-Direttorat tal-Infurzar fi ħdan ic-CCD se jiġi jew diġà ġie trasferit, jew b'xi mod ieħor se jmur jaħdem jew diġà mar jaħdem ma' dipartiment jew direttorat ieħor? Fil-prezent, dan l-istess uffiċjal taħt liema payroll jaqa' ? Waqt il-ħinijiet tax-xogħol f'liema Dipartiment jew Direttorat qiegħed ikun? Il-Ministru jaf li d-Direttur li kien responsabbli għal dan id-Direttorat huwa l-Assistent Personali tiegħu u ilu jokkupa din il-kariga għal mill-inqas sena u nofs jew aktar, u proprju għalhekk id-Direttorat tal-Infurzar ilu bla direttur għal dan iż-żmien twil? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan hux post vakanti jew le? Dan l-uffiċjal għadu jgawdi minn nomenklatura ta' Direttur jew m'għadux? Jaħseb li hu ta' benefiċċju għal xi ħadd li dan id-Direttorat sensittiv tħalla mingħajr Direttur? Jekk ma jaħsibx hekk għaliex, fil-fatt, tħalla mingħajr Direttur? X'kienet ir-raġuni li dan id-Direttur jew eks Direttur li preżentement qed jagħmilha ta’ Assistent Personali tiegħu telaq mill-imsemmija kariga?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jelabora liema hu r-rwol propju tas-Senior Manager Pharmaceutical Surveillance fi ħdan ic-CCD ? Dan x’salarju għandu? Il-kwalità u l-ammont tal-ħidma li qed jagħmel hija konsonanti mas-salarju li jieħu? Jista’ jispjega kif id-Direttur Ġenerali tac-CCD kienet tokuppa l-post ta’ Chairperson tal-Bord (interviewing jew selection) li eżamina lil dan l-uffiċjal li eventwalment ġie magħżul u jekk dan l-istess kandidat magħżul, fl-imgħoddi kienx dipendenti tad-Direttur Ġenerali? Jidhirlu l-Ministru li din kienet obbligata li tiddikjara konflitt ta' interess u tirrekluża ruħha mill-Bord tal-Għażla?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant biex fir-rigward tar-rwol ta’ Senior Manager Pharmaceutical Surveillance fi ħdan il-Consumer and Competition Division tirreferi għall-Gazzetta tal-Gvern numru 18,153 iddatata 27 ta’ Novembru 2007. L-ingaġġ ta’ spiżjar fuq kuntratt f’din il-pożizzjoni sar biex jimmitiga n-nuqqas professjonali li kien hemm fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni fil-qasam tas-suq farmaċewtiku
Is-salarju abbinat ma’ din il-pożizzjoni jinsab fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 11161 li ngħatat fis-seduta parlamentari numru 148 tad-19 ta’ Ottubru 2009. Il-kwalità u l-ammont ta ħidma li qed jagħmel l-uffiċċjal ingaġġat hija konsonanti mas-salarju tiegħu.
Bħala
Chairperson
tal-bord tal-għażla għall-ingaġġ f’din il-pożizzjoni, id-Direttur Ġenerali tal-
Consumer and Competition Division
kienet tissodisfa r-rekwiżiti proċedurali neċessarji kollha u ma kien hemm l-ebda raġuni għalfejn din kellha tirrekluża ruħha milli tkun appuntata bħala
Chairperson
ta’ dan il-bord peress li ma kien hemm l-ebda konflitt ta’ interess.
Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — informazzjoni fuq ajruplani
Question
B'riferenza għall-mistosija parlamentari 12076 u it-tweġibiet mogħtija mill-Ministru jista' l-Ministru jelenka x'kienu preċiż il-problemi hekk imsejħin ta' natura "teknika u ammistrattiva"? Min kien responsabbli minnhom dawn il-problemi u jipprezenta kopja ta' kwalsijasi dokument maħruġ mid-dipartiment lill-propjetarju ta' ajruplan 9H-UMW fejn fiha dan ta' l-aħħar ġie infurmat b'dawn il-problemi? Jista' jinforma b'liema obligazzjoni legali, direttiva jew ordinanza d-Direttur ta' l-Avjazzjoni Ċivili ta' Malta uża li tobbliga lill-propjetarju ta' l-imsemmi ajruplan li biex jinħariġlu permit to fly permanenti irid bilfors jibbaża l-ajruplan tiegħu f'Malta? Peress li jirrizultali li fil-23 t'Ottubru 2009 id-Direttur Generali informa permezz ta' telefonata lis-Segretarju ta' l-Aero Club Malta li l-ispezzjoni ta' l-ajruplan 9H-UMW kellha issir mill-Airworthiness Manager nhar it-Tnejn 26 t'Ottubru 2009 fid-9.00am; u peress li meta il-propjetarju u rapprezentant ta' l-Aero Club Malta marru jiltaqgħu mal-Airworthiness Manager dan irrifjuta mingħajr raġuni li jispezzjona l-ajruplan kif kien ordna id-Direttur Generali, jista' jgħid jekk ittieħdux jew hux se jittieħdu passi għal dan l-aġir ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — informazzjoni fuq ajruplani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11904 u jippreżenta lista kompluta li tidentifika kull ajruplan tal-klassi ‘microlight’ (kif definit fl-Annex II tar-Regolament Bażiku EC 216/2008) bil-lista turi għal kull ajruplan elenkat il-mudell jew marka, il-marki ta’ reġistrazzjoni, id-data li fiha ġie rilaxxat iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, id-data li fiha ġie sussegwentatment maħruġ id-dokument imsejjaħ Permit to Fly għall-ewwel darba għal kull ajruplan fil-lista?
Jista' jikkonferma u jagħti raġunijiet preċiżi għaliex fil-każ ta’ l-ajruplan microlight reġistrat 9H-UMW uffiċjalment nhar l-24 ta’ Diċembru 2008, baqa’ ma nħariġlux il-Permit to Fly wara għaxar xhur minn mindu ġie reġistrat f’Malta u wara li nġieb Malta darbtejn f’April 2009 u f'Ottubru 2009 bl-iskop li jiġi spezzjonat mid-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Ċivili?
Jista' jgħid x’passi se jittieħdu fil-konfront tal-Airworthiness Manager tad-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Civili li ripetutament, kategorikament u mingħajr l-ebda raġuni valida irrifjuta li jispezzjona dan l-ajruplan partikolari (9H-UMW) bħala parti mill-proċess sabiex jinħareġ il-Permit to Fly Certificate li għandu bżonn dan l-ajruplan sabiex ikun jista' jittajjar b’mod regolari minkejja li dan ilu wieqaf f’Malta għal tmien ġimgħat sħaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija.
Jien infurmat li matul l-2009 l-microlight in kwistjoni ingħata
Permit to Fly
temporanju darbtejn sabiex jinġieb Malta mill-Italja bħala parti mill-proċess biex eventwalment ikun jista jigi ċċertifikat fuq bażi permanenti.
Madankollu, l-
Permit to Fly
permanenti ma setgħax jinħareġ għax meta ġie l-ajruplan l-ewwel darba kien hemm problemi ta’ natura teknika u amministrattiva. Meta ġie t-tieni darba, il-bdot żvela li ma kienitx l-intenzjoni tiegħu li jibbaża l-ajruplan hawn Malta u għalhekk id-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Ċivili ħass li kienu ser jinqalgħu ħafna problemi fuq is-superviżjoni tiegħu u fuq il-manutenzjoni tiegħu ukoll b’detriment għas-sikurezza.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninstab infurmat illi l-
Airworthiness Inspector
fl-ebda waqt ma irrifjuta li jispezzjona dan l-ajruplan partikolari mingħajr raġuni valida.
Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — informazzjoni fuq ajruplani
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta lista kompluta li tidentifika kull ajruplan tal-klassi ‘microlight’ (kif definit fl-Annex II tar-Regolament Bażiku EC 216/2008) bil-lista turi għal kull ajruplan elenkat il-mudell jew marka, il-marki ta’ reġistrazzjoni, id-data li fiha ġie rilaxxat iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, id-data li fiha ġie sussegwentatment maħruġ id-dokument imsejjaħ Permit to Fly għall-ewwel darba għal kull ajruplan fil-lista?
Jista' jikkonferma u jagħti raġunijiet preċiżi għaliex fil-każ ta’ l-ajruplan microlight reġistrat 9H-UMW uffiċjalment nhar l-24 ta’ Diċembru 2008, baqa’ ma nħariġlux il-Permit to Fly wara għaxar xhur minn mindu ġie reġistrat f’Malta u wara li nġieb Malta darbtejn f’April 2009 u f'Ottubru 2009 bl-iskop li jiġi spezzjonat mid-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Ċivili?
Jista' jgħid x’passi se jittieħdu fil-konfront tal-Airworthiness Manager tad-Dipartiment ta’ l-Avjazzjoni Civili li ripetutament, kategorikament u mingħajr l-ebda raġuni valida irrifjuta li jispezzjona dan l-ajruplan partikolari (9H-UMW) bħala parti mill-proċess sabiex jinħareġ il-Permit to Fly Certificate li għandu bżonn dan l-ajruplan sabiex ikun jista' jittajjar b’mod regolari minkejja li dan ilu wieqaf f’Malta għal tmien ġimgħat sħaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 10877 li oriġinarjmanet saret lill-Minsitru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilha u tgħid għal liema raġuni Forti Sant' Anġlu tħalla jiddeterjora għal dawn is-snin kollha? Tista' tgħid jekk hux ippjant li jibda x-xogħol ta' restawr fuq il-Forti Sant' Anglu, u jekk iva, meta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Partijiet mill-Forti Sant’Anġlu għaddew taħt ir-responsabbilta ta’ Heritage Malta f’Awwissu tal-2007. Heritage Malta immedjatament ħadet ħsieb tpoġġi uffiċjal tas-sigurtà mad-daħla tal-forti sabiex ma jibqgħux jidħlu nies mhux awtorizzati, jispiċċa r-rimi ta’ skart u l-vandaliżmu. Heritage Malta ħadet ħsieb ukoll tal-manutenzjoni tas-sistema tad-dawl tas-swar tal-forti, u nbeda l-proġett ta’ restawr tal-polverista tal-forti, bil-kollaborazzjoni tar-Restoration Unit fi ħdan il-Ministeru tar-Rizorsi u Affarijiet Rurali. Barra minn hekk Heritage Malta ippreparat ir-rapporti u l-istudji kollha meħtieġa sabiex tinforma lill-awtoritajiet konċernati u f’Settembru ta’ din is-sena ssottomettiet applikazzjoni lill-MEPA sabiex jibdew ix-xogħlijiet meħtieġa fid-daħla u f’partijiet oħra tal-Forti.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10350, jista' l-Ministru jgħid minn Jannar kemm ingħataw flus f'overtime xahar b'xahar lil kemm nies, minn dawk kollha li jaħdmu fid-Dipartiment tas-Suċċesjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10319, jista' l-Ministru jgħid meta hu proġettat li jsir dan il-link?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Link permanenti jifforma parti mix-xogħlijiet ta’ landscaping għal din iż-żona u se jkun komplut s’ April 2012. Madankollu huwa maħsub li aktar tard din is-sena se jkun hemm link temporanju permezz ta’ pontoon
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni forti Sant' Anglu tħalla jiddeterjora għal dawn is-snin kollha? Jista' jgħid jekk hux ippjanta li jibda x-xogħol ta' restawr fuq il-forti Sant' Anglu, u jekk iva, meta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Membru biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li l-bieb li jagħti għal Baċir Numru 1 min-naħa tal-Isla, ikun miftuħ ħalli n-nies ikunu jistgħu jibqgħu mexjin tul ix-xatt kollu mill-Isla għal Bormla eċċ.?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bieb li jagħti għal Baċir Numru 1 minn naħa ta’ l-Isla, se jkun miftuħ għan-nies malli jiġi kkreat linkli jaqsam id-daħla tad-Dock.
Issa li l-biċċa l-kbira tad-deheb mhux qed jiġi mbullat mid-Dipartiment tal-Konslu, jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-konsli? Jista' jgħid xahar b' xahar kemm dawn il-konsli ngħataw overtime minn Jannar 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm parti konsiderevoli mix-xogħol tad-deheb issa qed jiġi mbullat mill-arġentiera, ix-xogħol tal-Konslu ma naqasx għax b’konsegwenza tfaċċalu xogħol ġdid ta sorveljanza diretta fuq is-suq permezz ta’ spezzjonijiet fil-ħwienet tad-deheb. Dawn l-ispezzjonijiet jinvolvu prelevar t’oġġetti li jinstabu f’kontravenzjoni u ta’ oġġetti kampjuni biex issirilhom verifika tal-kwalita’ u l finezza tagħhom. Oġġetti prelevati għal din il-verifika jridu jiġu assaġġjati mill-Konslu fil-laboratorju filwaqt li fil-każ t’oġġetti misjuba f’kontravenzjoni l-Konslu jrid jissottometti rapport dettaljat kif ukoll jitla’ jixhed fil-Qorti.
Minbarra dan l-Arġentiera li llum qegħdin jimbullaw ix-xogħol tad-deheb huma stess jibgħatu kampjuni ta’ deheb mhux maħdum lill-Konslu għall-analiżi biex iserrħu moħħhom mill-bolla tagħhom. B'dan is servizz importanti ħafna, il-Konslu xorta waħda baqa’ jidħol fix-xogħol tal-imbullar mill-arġentiera. Naturalment il-Konslu baqa’ joffri servizz ta’ imbullar bil-boll tal-Konslu lill dawk l-arġentiera li jixtiequ jagħmlu użu minnhu.
Ta’ min wieħed isemmi li il-Konslu hu l-stimatur uffiċċjali ta l-oġġetti tad-deheb u l-fidda u l-ħaġar prezzjuż u joffri servizz ta stima lill-pubbliku kif wkoll lil-qrati u lil diversi Dipartimenti tal-Gvern. Il-Konslu hu ġemmoloġista kwalifikat minn barra u x-xogħol ta’ l-istimi jokkupawlu diversi sigħat kuljum.
Aktar minn hekk bid-dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-Haddiema d-Deheb u il-Haddiema l-Fidda (Kap. 46) il-Konslu sar regolatur u joħrog permessi lill-manifatturi u patruni biex jawtorizzahom jaħdmu u jimbullaw ix-xogħol tagħhom. Il-Konslu jiġbor tariffi, jissorvelja l-kummerċ, il-ħwienet u joħroġ ukoll il-prezz uffiċċjali tad-deheb u l-fidda aġġornat ma’ kull ħarġa tal -Gazzetta tal Gvern.
Il-Konslu għandu d-dmir li jżomm kuntatt ma’ diversi awtoritajiet simili fl-Istati Membri tal-Unjoni u li jżomm ruħu aġġornat bi żviluppi fil-liġi u fit-teknoloġija f'dan il-qasam. Il-Konslu hu l-espert tekniku fuq il-
Kimberly Process
li hu mezz biex jiġi mrażżan il-kummerċ fid-djamanti għal skopijiet ta’ gwerra.
Jidher ċar li x-xogħol tal-Konslu mhux talli ma’ naqasx iżda komplessivament żdied u kkomplika ruħu sewwa.
Hu mportanti ħafna li wieħed iqis ukoll li għal raġunijiet amministrattivi l-Konslu qiegħed preżentement jagħmel tajjeb għall vakanzi fil grad tiegħu stess, fil-Monte di Pieta’, fil-parti amministrattiva u riċentiment ukoll fl-istaff tekniku tal-laboratorju.
Jidher għaldaqstant li s-sahra mogħtija lill-Konslu hija ġustifikata.
In-numru komplessiv (mhux individwali) ta’ siegħat sahra maħduma mill-Konslijiet minn Jannar sa Ġunju 2009 huma kif ġej:-
Xahar
Siegħat
Jannar
64
Frar
68.5
Marzu
67.5
April
30
Mejju
40.50
Gunju
54.50
TOTAL
325
Jista' l-Ministru jgħid għal kemm tammonta ċ-ċifra totali li l-Gvern idaħħal kull sena mill-magni tal-logħob li hemm allokati fl-erba' casinos li hawn f'Malta, jiġifieri gaming tax, income tax fuq il-kumpanniji, taxxi fuq il-qligħ, kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-impjegati eċċ?
Kemm-il persuna jimpjegaw l-erba' casinos f'pajjiżna?
Jikkonferma li hawn madwar 12,000 magna tal-logħob simili għal dawk li hemm fil-casinos imxerrdin fi ħwienet tal-logħob li qegħdin jinbtu f'kull belt u raħal ta' Malta?
Il-kondizzjonijiet għall-permessi għall-ftuħ ta' casinos f'pajjiżna jinkludu sbarrament ta' l-eta', biex wieħed jidħol u jilgħab irid ikun għalaq 25 sena, self barring li jorbot għall-casinos kollha, skrutinju dettaljat tal-flejjes li jidħlu u joħorġu kif ukoll preżenza ta' uffiċjali responsabbli għas-setturi tal-gambling, taxxa, eċċ. Jista' jispjega jekk l-operaturi ta' dawn il-magni tal-logħob (mhux casinos) għandhomx l-istess regolamenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9604.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6692 u jgħid għal kemm tammonta ċ-ċifra totali li l-Gvern idaħħal kull sena mill-magni tal-logħob li hemm allokati fl-erba' casinos li hawn f'Malta, jiġifieri gaming tax, income tax fuq il-kumpanniji, taxxi fuq il-qligħ, kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-impjegati eċċ?
Kemm-il persuna jimpjegaw l-erba' casinos f'pajjiżna?
Jikkonferma li hawn madwar 12,000 magna tal-logħob simili għal dawk li hemm fil-casinos imxerrdin fi ħwienet tal-logħob li qegħdin jinbtu f'kull belt u raħal ta' Malta?
Il-kondizzjonijiet għall-permessi għall-ftuħ ta' casinos f'pajjiżna jinkludu sbarrament ta' l-età, biex wieħed jidħol u jilgħab irid ikun għalaq 25 sena, self barring li jorbot għall-casinos kollha, skrutinju dettaljat tal-flejjes li jidħlu u joħorġu kif ukoll preżenza ta' uffiċjali responsabbli għas-setturi tal-gambling, taxxa, eċċ. Jista' jispjega jekk l-operaturi ta' dawn il-magni tal-logħob (mhux casinos) għandhomx l-istess regolamenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9604.