Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd — Dħul totali tac-Chairman u CEO

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18468 u 18205 u ċioe: B'referenza għal informazzjoni li kienet ippubblikata f'ġurnal tas-6 ta' Ġunju 2010, jista' l-Ministru jgħid x'inhu d-dħul totali taċ-Chairman u CEO tal-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd kemm bħala salarju u f'allowances, u kemm swew għall-Malta Enterprise matul is-sena li għaddiet il-kirjiet ta' żewġ BMWs, u x'intnefaq f'hospitality u f'safar mill-istess persuna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dħul totali taċ-Chairman u CEO tal-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd huwa ta’ 70,000 ewro. Bħala benefiċċji oħra għandu Health Insurance Cover, Mobile/Telephone/Internet Allowance u spejjeż ta’ hospitality relatati mal-kariga ta’ Executive Chairman. Il-kirja tal-karozza uffiċjali taċ-Chairman tiswa 575.96 ewro fix-xahar. Bejn Ġunju 2009 u Ġunju 2010 intefqu 3,748.38 ewro fi spejjeż ta’ hospitality u 40,007 ewro fuq safar.

Policy fid-deductible expenses tat-taxxi tas-self employed

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara jekk kienx hemm tibdil f’xi policy jew regolamenti dwar id-deductible expenses għall-fini ta' taxxa tas-self employed? Jekk le, jista' jispjega għaliex spejjeż tat-telefon u tal-internet li huma direttament użati fin-negozju mhux qed jitħallew jiġu mnaqqsa kompletament mit-Tax Compliance Unit peress li dan ifisser li r-rata ta’ taxxa effettiva qed tkun ta’ aktar min 35% fuq il-qliegħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-onorevoli interpellant li d-deductible expenses għall-finijiet tat-taxxa fuq l-income huma regolati mil-liġi, preċiżament mill-Atti dwar it-Taxxi. Kemm-il darba l-ispejjeż jissodisfaw it-testijiet li titlob il-liġi, dawn jingħataw; jekk le, allura ma jiġux allowed.

Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd — dħul totali  taċ-Chairman u CEO

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18205 u ċioe: B'referenza għal informazzjoni li kienet ippubblikata f'ġurnal tas-6 ta' Ġunjun 2010, jista' l-Ministru jgħid x'inhu d-dħul totali taċ-Chairman u CEO tal-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd kemm bħala salarju u f'allowances, u kemm swew għall-Malta Enterprise matul is-sena li għaddiet il-kirjiet ta' żewġ BMWs, u x'intnefaq f'hospitality u f'safar mill-istess persuna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18470 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żabbar — Misraħ San Nikola - Ħmieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18202 u 18028 u jgħid xi ħsieb hemm li jsir f'Misraħ San Nikola f'Ħaż-Żabbar wara li dan ġie mnaddaf fuq enforcement notice mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk m'hemmx ħsibijiet għal dan il-Misraħ, x'se jsir biex ma jibqax jiġi depożitat ħmieġ ġo fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-Pjazza ta' San Nikola, f'Tal-Ħofra, Żabbar li kienet identifikata bħala 'green area' fil-1988, hija identifikata issa bħala Public Urban Open Space fil-Pjan Lokali għan-Nofs in-Nhar ta' Malta bil-Policy SMSE04 u l-Mappa ZA2 fl-SMLP (2006). Din hija policy illi tikkonraġixxi titjieb ta' dan is-sit fi spazju pubbliku miftuħ li jista’ jinkludi fih ġnien pubbliku, play areas għat tfal u faċilitajiet rikrejjativi u/jew spazji komunali miftuħa kif ukoll landscaping adegwat bħal seating għal pubbliku. Il- policy tagħti gwidi ukoll għal żvilupp biss ta' underground reservoir (bir) taħt il-Pjazza, kif ukoll ir-rijabiltazzjoni ta' bini eżistenti ( farmhouse ta' żewġ sulari) għal faċilitajiet anċillari għall-użu rikrejjativ tal-Pjazza. Hemm ukoll ristrezzjoni fuq l-għoli ta' bini ( building height ) bil-kundizzjoni ' not to exceed existing height ' fil-Mappa ZA3. L- Area Policy SMZA07 tiddentifka l-bżonn li jkun involut il-Kunsill Lokali fit-titjieb ta' din il-Pjazza. Fil- Policy Map ZA2 hemm ukoll riferenza għal policy ta' flooding zone (area prone to flooding - SMPU 01).

Imġarr Yacht Marina — Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18201, 17960 u 17677 u jagħti d-dettalji tal-privatizzazzjoni tal-yacht marina tal-Imġarr?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Policy fid-deductible expenses tat-taxxi tas-self employed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18199 u 17929 u jiddikjara jekk kienx hemm tibdil f’xi policy jew regolamenti dwar id-deductible expenses għal fini ta' taxxa tas-self employed? Jekk le, jista' jispjega għaliex spejjeż tat-telefon u tal-internet li huma direttament użati fin-negozju mhux qed jitħallew jiġu mnaqsa kompletament mit-Tax Compliance Unit peress li dan ifisser li r-rata ta’ taxxa effettiva qed tkun ta’ aktar min 35% fuq il-qligħ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17929.

Merchandising tal-kunzunetta rebbieħa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17930, tista' l-Ministru tgħid kemm baqa' minn dan il-merchandising?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mill-merchandising li qed tirreferi għalih l-Onor Interpellant għad baqa’ 700 CD li huma għall-bejgħ.

MFSA — Mediterranean Investment Holding plc

Question

Peress li dan l-aħħar, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta ħarġet avviż li l-Mediterranean Investment Holding plc kisret il-bond prospectus, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet l-awtorità biex tassigura lill-investituri li dan ma jerġax iseħħ f'każijiet oħra ta' bond issues f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta ma tistax tassigura lill-investituri li ma jsirx ksur ta’ dak li jkun hemm fil-prospett li jinħareġ ma’ bond. L-awtorità għandha obbligu tissorvelja li kull min joħroġ bond għas-sottoskrizzjoni tal-pubbliku jonora dak li hemm fil-prospett u josserva l-provvedimenti tal-liġi dwar is-swieq finanzjarji. Fejn l-awtorità tara li hemm ksur tal-liġi jew ta’ xi provvediment fil-prospett, hija tieħu azzjoni skont il-liġi.

MFSA — Consultation document għal Sukuk Issuance

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux qed jikkunsidra li jagħmel Sukuk Issuance? Peress li fl-2008 l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta infurmat li fix-xhur li kien imiss kienet se toħroġ Consultation Document, u li jidher li sal-lum dan għadu ma sarx, jista' jgħid fejn wasal dan il-proċess?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi min-natura tiegħu sukuk jinvolvi xi forma ta’ sehem jew parteċipazzjoni ta’ investituri fil-proprjetà ta’ assi partikolari u fil-qligħ li jirrendu dawn l-assi - u dan peress li huwa projbit li dawn it-tip ta' Bonds iħallsu interessi kif isir fil-kaz ta' Bonds konvenzjonali. Il-ħruġ ta’ Sukuk mill-Gvern Malti għaldaqstant ikun jimplika ukoll xi forma ta' trasferiment jew parteċipazzjoni fit-titolu ta’ assi pubbliċi da parti ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali li jinvestu fihom u għalhekk jirrikjedi ċirkostanzi ekonomiċi li jiġġustifikaw il-ħruġ ta’ strumenti finanzjarji ta’ din in-natura. L-MFSA fil-prezent qegħdha ssegwi l-iżviluppi f’dak li jirrigwarda l-ħrug ta’ sukuk fis-swieq internazzjonali peress illi dan huwa strument finanzjarju relattivament ġdid li għadu qiegħed jiżviluppa saħansitra fil-pajjiżi tal-Golf minn fejn oriġina.

Policy fid-deductible expenses tat-taxxi tas-self employed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17929 u jiddikjara jekk kienx hemm tibdil f’xi policy jew regolamenti dwar id-deductible expenses għal fini ta' taxxa tas-self employed? Jekk le, jista' jispjega għaliex spejjeż tat-telefon u tal-internet li huma direttament użati fin-negozju mhux qed jitħallew jiġu mnaqsa kompletament mit-Tax Compliance Unit peress li dan ifisser li r-rata ta’ taxxa effettiva qed tkun ta’ aktar min 35% fuq il-qligħ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Imġarr Yacht Marina — Privatizzazzjoni

Question

Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17960 u 17677 u jagħti d-dettalji tal-privatizzazzjoni tal-yacht marina tal-Imġarr?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18202 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żabbar — Misraħ San Nikola - Ħmieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18028 u jgħid xi ħsieb hemm li jsir f'Misraħ San Nikola f'Ħaż-Żabbar wara li dan ġie mnaddaf fuq enforcement notice mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk m'hemmx ħsibijiet għal dan il-Misraħ, x'se jsir biex ma jibqax jiġi depożitat ħmieġ ġo fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MFSA — Mediterranean Investment Holding plc

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17803 u ċioe: Peress li dan l-aħħar, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta ħarġet avviż li l-Mediterranean Investment Holding plc kisret il-bond prospectus, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet l-awtorità biex tassigura lill-investituri li dan ma jerġax iseħħ f'każijiet oħra ta' bond issues f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17803.

MFSA — Consultation document għal Sukuk Issuance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17804 u jgħid hux qed jikkunsidra li jagħmel Sukuk Issuance? Peress li fl-2008 l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta infurmat li fix-xhur li kien imiss kienet se toħroġ Consultation Document, u li jidher li sal-lum dan għadu ma sarx, jista' jgħid fejn wasal dan il-proċess?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17804.

Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd — dħul totali  taċ-Chairman u CEO

Question

B'referenza għal informazzjoni li kienet ippubblikata f'ġurnal tas-6 ta' Ġunjun 2010, jista' l-Ministru jgħid x'inhu d-dħul totali taċ-Chairman u CEO tal-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd kemm bħala salarju u f'allowances, u kemm swew għall-Malta Enterprise matul is-sena li għaddiet il-kirjiet ta' żewġ BMWs, u x'intnefaq f'hospitality u f'safar mill-istess persuna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17967 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għal Għawdex

Qorti Kriminali t'Għawdex — ħlas ta' periti

Question

B'referenza għall-mistoqsija tiegħi dwar ħlas ta' periti mqabbda mill-Qorti Kriminali t'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid jekk il-ħlas isirx skont l-enumerazzjoni tal-vouchers relattivi jew mod ieħor? Jekk mod ieħor, kif?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-vouchers per se m'għandhomx numru progressiv. In-numru li forsi qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa dak mogħti manwali mid-deputat reġistratur, li huwa n-numru tal-każ relattiv u m'għandux x'jaqsam ma' meta jkun ġie preżentat ir-rapport tal-espert għall-ħlas relattiv. Ir-rapport tal-espert jista', kif fil-fatt jiġri ħafna drabi, jiġi preżentat snin wara li jkun infetaħ il-każ/l-inkjesta. Il-Qorti t'Għawdex tħallas wara li l-voucher jiġi mgħoddi mid-deputat reġistratur lill-Accounts Section.
Leg 11 PQ #18028 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaż-Żabbar — Misraħ San Nikola - Ħmieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi ħsieb hemm li jsir f'Misraħ San Nikola f'Ħaż-Żabbar wara li dan ġie mnaddaf fuq enforcement notice mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk m'hemmx ħsibijiet għal dan il-Misraħ, x'se jsir biex ma jibqax jiġi depożitat ħmieġ ġo fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MFSA — Mediterranean Investment Holding plc

Question

Peress li dan l-aħħar, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta ħarġet avviż li l-Mediterranean Investment Holding plc kisret il-bond prospectus, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet l-awtorità biex tassigura lill-investituri li dan ma jerġax iseħħ f'każijiet oħra ta' bond issues f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

MFSA — Consultation document għal Sukuk Issuance

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux qed jikkunsidra li jagħmel Sukuk Issuance? Peress li fl-2008 l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta infurmat li fix-xhur li kien imiss kienet se toħroġ Consultation Document, u li jidher li sal-lum dan għadu ma sarx, jista' jgħid fejn wasal dan il-proċess?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — Welfare Office

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni n-nies li joqogħdu f'Wied il-Għajn m'għadhomx jistgħu jirreġistraw għax-xogħol fil-Welfare Office ta' Ħaż-Żabbar imma ġew trasferiti għal dak tal-Fgura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13757, fejn intalbet l-istess informazzjoni.