Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gender Aspect from a Legal Perspective

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra: ESF/No.46 The Gender Aspect from a Legal Perspective : a) To embed the principle of gender mainstreaming in the selected Codes and Acts of Maltese Legislation; b) To align Maltese legislation with the principles laid down in the EU Directives;

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Imġarr Yacht Marina — privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19316, 19181, 19055, 18718, 18471, 18201, 17960 u 17677 u jagħti d-dettalji tal-privatizzazzjoni tal-yacht marina tal-Imġarr?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 19705 u kopja ta’ dan il-ftehim tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 31 ta’ Mejju, 2010 f’seduta numru 229.
Leg 11 PQ #19290 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni li irtiraw bl-età fis-Servizz Pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nisa u rġiel li irtiraw bl-étà, minn 60 sena ‘l fuq, sena b’sena, minn mas-Servizz Pubbliku mis-sena 2000 sa’ Ġunju 2010 sena b’sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni, nisa u rġiel, li rtiraw bl-eta’ minn mas-Servizz Publiku sena b’sena, mis-sena 2000 sa’ l-aħħar ta’ Ġunju,tas-sena 2010 huwa kif jidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal Kamra.

Każijiet ta' vjolenza domestika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet quddiem il-qrati ta’ nisa u rġiel li sfaw maqtula fi sfond tad-definizzjoni ta’ vjolenza domestika skont il-liġi, mis-sena 2000 sa Ġunju 2010, sena b’sena.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Leg 11 PQ #19314 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gender aspect from a legal perspective

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19210 u jgħid jekk iż-żewġ għanijiet tal-proġett ESF/No.46 The Gender Aspect from a Legal Perspective kif indikati hawn taħt: a) To embed the principle of gender mainstreaming in the selected Codes and Acts of Maltese Legislation; u b) To align Maltese legislation with the principles laid down in the EU Directives; kenux ġew żviluppati taħt forma ta’ rapport? Jekk iva, dan ir-rapport kien ġie ppubblikat? Jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? X’follow up sar minn meta sar ir-rapport sal-lum biex jiġu indirizzati l-punti li tqajmu bħala riżultat ta’ din ir-riċerka?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-NCPE Ħadet kunsiderazzjoni tal- ‘outcomes’ ta’ kull attivitali saret taħt il-kappa ta’ dan il-proġett u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħha wżat l-informazzjoni miġbura u s-suġġerimenti li saru min dawk li ħejjew ir-rapport u l-manwali sabiex tkompli trawwem kuxjenza u tkabbar l-għarfien fuq dan il-prinċipju. B’hekk l- NCPE mhux biss użatt tali informazzjoni fit-taħħriġ li hija tagħti lil oqsma kemm privati kif wkoll fis-settur pubbliku, iżda wkoll faslet proġġeti oħra sabiex tkun tista twassal għal implimentazzjoni aktar qawwija tal-istess prinċipju u sabiex taghti taħriġ dwar it-tfassil ta’ policies u liġijiet li jkunu ġew ikkunsidrati wkoll taħt skrutinju ta’ ‘gender mainstreaming’. Fosthom l-NCPE wettqet il-proġetti; ‘Affriming Gender Mainstreaming’- ESF 48, ‘Living Eqaulity’ u faslet il-proġett ‘Gender Main streaming In Practice’.

Sptarijiet/kliniċi privati — każijiet ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb parti minn mistoqsija parlamentari 19211 u cioe': Kemm kien hemm każijiet ta’ tfajliet u nisa li daħlu fi sptarijiet/kliniċi privati jew marru għand tabib/speċjalista għall-kura wara li esperjenzaw stupru mis-sena 2000 sal-lum sena b’sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-dettalji mitluba huma kif jidher fit-tabella hawn taħt: Sena Sptar Mater Dei Ċentri tas-Saħħa Total Numru ta’ Persuni li Esperjenzaw Stupru u li Marru għand Tabib/Speċjalista għall-Kura 2000 30 1 31 2001 14 - 14 2002 8 2 10 2003 25 1 26 2004 17 2 19 2005 13 1 14 2006 26 1 27 2007 23 - 23 2008 25 - 25 2009 22 1 23 2010 (sa l-aħħar ta’ Ġunju) 16 1 17

Imġarr Yacht Marina — privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19181, 19055, 18718, 18471, 18201, 17960 u 17677 u jagħti d-dettalji tal-privatizzazzjoni tal-yacht marina tal-Imġarr?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #19343 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

United Nations Convention Against Corruption

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19196, li oriġinarjament saret lil-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta fir-rigward tal-United Nations Convention against Corruption?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Malta irratifikat il-Konvenzjoni tal-Ġnus maqgħuda dwar il-Korruzzjoni nhar il-11 t’ April, 2008 wara li fit-12 ta’ Mejju 2005 kienet iffirmat l-istess konvenzjoni. Din ir-ratifika saret possibbli wara li bl-Att III tal-2004 kienu saru diversi emendi leġislattivi dwar reati li jinsabu fis-Sub-Titolu IV tat-Titolu III fit-Tieni Taqsima tal-Kodiċi Krimina, li jittratta “Fuq l-Abbuż ta’ l-Awtorità Pubblika” , inter alia “Fuq Uffiċjali jew Impjegati Pubbliċi li Jesiġu Flus jew Ħwejjeġ oħra Kontra l-Liġi, fuq l-Estorsjoni, u fuq il-Korruzzjoni ”. Sussegwentement bl-Att XXXI tal-2007 kienu saru emendi oħrajn, fosthom dawk dwar ir-reati ta’ “ embezzlement ” u “ trading in influence . Fost in-notifikazzjonijiet li għamlet Malta ai termini tal-istess Konvenzjoni wieħed issib li hija l-Kummissjoni għall-Amminstrazzjoni tal-Ġustizzja li għandha l-obbligu li tassisiti Stati Firmatarji f’dak li jirrigwarda żviluppar u implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi intiżi biex jikkumbattu l-korruzzjoni, filwaqt li l-Uffiċju ta’ l-Avukat Ġenerali hu l-awtorita` ċentrali responsabbli għall-assistenza legali reċiproka bejn l-Istati Membri. Dikjarazzjoni oħra li għamlet Malta mar-ratifika tal-Konvenzjoni kienet li din il-Konvenzjoni ma għandhiex isservi bhala bażi legali għal finijiet ta’ estradizzjoni bejn Stati Membri.

Imġarr Yacht Marina — Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19055, 18718, 18471, 18201, 17960 u 17677 u jagħti d-dettalji tal-privatizzazzjoni tal-yacht marina tal-Imġarr?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19210 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gender Aspect from a Legal Perspective

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iż-żewġ għanijiet tal-proġett ESF/No.46 The Gender Aspect from a Legal Perspective kif indikati hawn taħt: a) To embed the principle of gender mainstreaming in the selected Codes and Acts of Maltese Legislation; u b) To align Maltese legislation with the principles laid down in the EU Directives; kienux gew zviluppati taħt forma ta’ rapport? Jekk iva, dan ir-rapport kien ġie ppubblikat? Jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? X’follow up sar minn meta sar ir-rapport sal-lum biex jiġu indirizzati l-punti li tqajmu bħala riżultat ta’ din ir-riċerka?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #19211 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każijiet ta' stupru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ stupru rapportati lill-pulizija mis-sena 2000 sal-lum sena b’sena? Kemm kien hemm każijiet ta’ tfajliet u nisa li daħlu l-isptar għall-kura wara li esperjenzaw stupru mis-sena 2000 sal-lum sena b’sena? Kemm kien hemm każijiet ta’ tfajliet u nisa li daħlu fi sptarijiet/kliniċi privati jew marru għand tabib/speċjalista għall-kura wara li esperjenzaw stupru mis-sena 2000 sal-lum sena b’sena? Kemm-il każ ta’ allegat stupru ittella’ l-qorti mis-sena 2000 sal-lum sena b’sena? Kemm minn dawn ingħalqet il-kawża tagħhom u x’sentenzi ingħataw mis-sena 2000 sal-lum sena b’sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Għall-ewwel parti tad-domanda nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija Parlamentari numru 15969, filwaqt għat-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija nitlob li jirreferiha lill-Ministru kkonċernat. Ninsab infurmat li l-informazzjoni kif mitluba għall-aħħar żewġ domandi tirrikjedi ħafna żmien sabiex tinġabar billi ma hux disponibbli taħt forma ta' statistika u trid issir manwalment każ, każ.
Leg 11 PQ #19212 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika rapportati lill-pulizija mis-sena 2000 sal-lum sena b’sena? Kemm kien hemm każijiet ta’ vittmi li daħlu l-isptar għall-kura wara li esperjenzaw vjolenza domestika mis-sena 2000 sal-lum sena b’sena? Kemm kien hemm każijiet ta’ vittmi li daħlu fi sptaijiet/kliniċi privati jew marru għand tabib/speċjalista għall-kura wara li esperjenzaw vjolenza domestika mis-sena 2000 sal-lum sena b’sena? Kemm-il każ ittella’ l-qorti mis-sena 2000 sal-lum sena b’sena? Kemm minn dawn ingħalqet il-kawża tagħhom u x’sentenzi ingħataw mis-sena 2000 sal-lum sena b’sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-każijiet ta' vjolenza domestika rrapurtati lill-Pulizija mill-2000 sa Ġunju ta' din is-sena kienu kif ġej:- Għar-rigward it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi lill-Ministru kkonċernat. Infurmat ukoll li l-informazzjoni kif mitluba għall-aħħar żewġ domandi tirrikjedi ħafna żmien sabiex tinġabar billi ma hux disponibbli taħt forma ta' statistika u trid issir manwalment każ, każ.

Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd — dħul totali  taċ-Chairman u CEO

Question

B'referenza għal informazzjoni li kienet ippubblikata f'ġurnal tas-6 ta' Ġunjun 2010, jista' l-Ministru jgħid x'inhu d-dħul totali taċ-Chairman u CEO tal-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd kemm bħala salarju u f'allowances? Kemm swew għall-Malta Enterprise matul is-sena li għaddiet il-kirjiet ta' żewġ BMWs u x'intnefaq f'hospitality u f'safar mill-istess persuna?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18719.

Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd — dħul totali  taċ-Chairman u CEO

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18205 u ċioe: B'referenza għal informazzjoni li kienet ippubblikata f'ġurnal tas-6 ta' Ġunju 2010, jista' l-Ministru jgħid x'inhu d-dħul totali taċ-Chairman u CEO tal-Malta Enterprise u Malta Industrial Parks Ltd kemm bħala salarju u f'allowances, u kemm swew għall-Malta Enterprise matul is-sena li għaddiet il-kirjiet ta' żewġ BMWs, u x'intnefaq f'hospitality u f'safar mill-istess persuna?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18719.

Imġarr Yacht Marina — Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18718, 18471, 18201, 17960 u 17677 u jagħti d-dettalji tal-privatizzazzjoni tal-yacht marina tal-Imġarr?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta ser tingħata f’ seduta oħra.
Leg 11 PQ #19111 Sitting 250 2010-07-05 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

eżami għal clerks mal-gvern

Question

Jista l-Prim Ministru jgħid kemm kandidati għamlu l-eżami għal clerks mal-gvern? Jista' jgħid kemm għaddew? Kemm hu ppjanat li jiġu ngaġġati minnhom? Ghal kemm perjodu ta' żmien huwa validu r-riżultat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li:- (i) qagħdu 759 għall-eżami għall- clerks fis-Servizz Pubbliku; (ii) għaddew 371; (iii) L-ingaġġ isir skont il-ħtiġijiet tas-Servizz Pubbliku u l-prioritajiet ta’ l-Amministrazzjoni minn żmien għal żmien; (iv) Il-validità tal-eżami hija ta’ sentejn mill-25 ta’ Ġunju 2010 – id-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.

Policy fid-deductible expenses tat-taxxi tas-self employed

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17929 u jiddikjara jekk kienx hemm tibdil f’xi policy jew regolamenti dwar id-deductible expenses għal fini ta' taxxa tas-self employed? Jekk le, jista' jispjega għaliex spejjeż tat-telefon u tal-internet li huma direttament użati fin-negozju mhux qed jitħallew jiġu mnaqsa kompletament mit-Tax Compliance Unit peress li dan ifisser li r-rata ta’ taxxa effettiva qed tkun ta’ aktar min 35% fuq il-qligħ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17929.