Legislature:
Category:
Reset
Active:

ETC — parteċipazzjoni tal-mara fid-dinja tax- xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma wettaq il-gvern u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fis-sena 2010 biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara fid-dinja tax- xogħol? Kemm kienu n-nisa li applikaw għax-xogħol fl-2010? X'etajiet kellhom, kemm minnhom ġew impjegati u f'liema settur?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #24946 Sitting 334 2011-04-04 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

irġiel il-qorti minħabba kwestjoni ta' manteniment

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2010 s'issa, kemm-il ragel ġie mogħti sentenza ta' ħabs mill-Qrati fir-rigward ta' nuqqas ta' għarfien ta' kuntratt tal-manteniment? Kemm-il raġel ħarrket il-pulizija fuq manteniment mis-sena 2010 s'issa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar tal-2010 u Marzu ta’ din is-sena kien hemm 33 każ ta’ rġiel li ntbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja mill-Qorti tal-Maġistrati (sezzjoni kriminali) fuq akkużi li naqsu li jagħtu l-manteniment. Infurmat ukoll illi fl-istess sena inbdew proċeduri kontra 631 raġel quddiem l-istess Qorti.

kumpanija Palumbo — kuntratt dwar il-privatizzazzjoni tal-faċilitajiet tas-super yachts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ffirma mal-kumpanija Palumbo dwar il-privatizzazzjoni tal-faċilitajiet tas-super yachts?

Response (FENECH, TONIO)

Nagħraf lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba ġew Imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #24785 Sitting 332 2011-03-28 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni għall-Investigazzjoni dwar il-Korruzzjoni — każijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni dwar il-Korruzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern fil-Mistoqsija Parlamentari numru 24491.

nisa fil-postijiet tax-xogħol

Question

B'referenza għal miżura 4.1.2.2 - Financial Incentives to Attract More Inactive Women to the Labour Force, fin-National Reform Programme, jista' l-Ministru jgħid kemm mis-6,566 mara li bbenefikaw mill-iskema tat-tax credit ta' sena, ta' massimu ta' €2000, sabu jew daħlu lura għax-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi biex mara tkun tista’ tibbenefika mit-tax credit trid tkun daħlet fid-dinja tax-xogħol. Għalhekk in-numru msemmi jikkorrispondi totalment għan-numru ta’ nisa li daħlu lura fid-dinja tax-xogħol.

PBS — salarji tal-managers

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni s-salarji tal-managers tal-Public Broadcasting Services qed jinħadmu minn ditta privata u mhux mill-Public Broadcasting Services?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-intenzjoni tal-PBS hija li tgħaddi x-xogħol kollu marbut mas-salarji lil ditta jew ditti privati. Bdejna biex għaddejna s-salarji tal-Managers b’mod esperimentali u issa bi ħsiebna nestenduh għas-salarji tal-impjegati għax qiegħed jirriżulta fi gwadan għall-PBS. Dan minħabba l-fatt li l-impjegati tal-PBS li jagħmlu dan ix-xogħol ikunu jistgħu jiffukaw fuq xogħol li jirriżulta ta’ aktar valur miżjud għall-kumpanija.
Leg 11 PQ #23696 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati fl-Amministrazzjoni Pubblika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23448, 23355 u 23161 u jgħid jekk hemmx impjegati fl-Amministrazzjoni Pubblika li jitħallsu minn żewġ ministeri/entitatjiet? Jekk iva, kemm hemm? X'inhi d-designation tagħhom? Kemm ilhom jitħallsu b'dan il-mod?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li hemm 497 impjegat fl-Amministrazzjoni Publika li jitħallsu jew min żewġ Ministeri jew min Ministeru u entita’ jew min żewġ entitajiet separati, dan abbażi ta’ xogħol prinċipali u sekondarju li jagħmlu mal-Amministrazzjoni Publika. Dan it-total ma jinkludix informazzjoni dwar membri fuq il-Bordijiet. Bħal ma jiġri f’ ħatriet prinċipali, l-impjegati jibdew jirċievu l-ħlas relatat mal-impjieg sekondarju malli jiġu appuntati biex jagħmlu dan u jibdew effettivament iwettqu dawn id-dmirijiet. Dettalji ta’ dawn il-karigi jinsabu fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23448 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati fl-Amministrazzjoni Pubblika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23355 u 23161 u jgħid jekk hemmx impjegati fl-Amministrazzjoni Pubblika li jitħallsu minn żewġ ministeri/entitatjiet? Jekk iva, kemm hemm? X'inhi d-designation tagħhom? Kemm ilhom jitħallsu b'dan il-mod?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Childcare centers — informazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn childcare centres miftuħin f'Malta u f'Għawdex? Kemm minnhom għandhom iċ-ċertifikat tad-Dipartiment tal-Istandards Nazzjonali f'Malta u f'Ghawdex? Kemm huwa l-ħlas f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’Malta hawn ħamsa u erbgħin (45) child care facilities miftuħin . Il-ħamsa u erbgħin (45) child care facilities li huma rreġistrati proviżorjament mad-Dipartiment tal-Istandards Nazzjonali għandhom ċertifikat maħruġ mill-istess dipartiment. Ma jintalab l-ebda ħlas għar-reġistrazzjoni mad-dipartiment.

ġenituri li bagħtu lit-tfal f'childcare centers — refund tat-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' refunds tat-taxxa tad-dħul ta' €1000 minħabba li ġenituri bagħtu t-tfal tagħhom f'childcare centre li għandu ċ-ċertifikat tad-Dipartiment tal-Istandards Nazzjonali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ taxpayers li bbenefikaw mid-deduzzjoni ta’ €1,000 rigward spejjez minfuqa minħabba li bagħtu t-tfal tagħhom f'childcare centre kien 913 fis-sena bażi 2008 u 1,218 fis-sena bażi 2009.
Leg 11 PQ #23355 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati fl-Amministrazzjoni Pubblika

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23161 u jgħid jekk hemmx impjegati fl-Amministrazzjoni Pubblika li jitħallsu minn żewġ ministeri/entitatjiet? Jekk iva, kemm hemm? X'inhi d-designation tagħhom? Kemm ilhom jitħallsu b'dan il-mod?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23161 Sitting 308 2011-02-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati fl-Amministrazzjoni Pubblika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fl-Amministrazzjoni Pubblika li jitħallsu minn żewġ ministeri/entitatjiet? Jekk iva, kemm hemm? X'inhi d-designation tagħhom? Kemm ilhom jitħallsu b'dan il-mod?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika — kopja tal-prevalence study

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-prevalence study li ġie varat f'Dicembru 2010 waqt seminar organizzat mill-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Istudju ta’ Prevalenza ġie varat f’seminar organizzat mill-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika f’Diċembru 2010. Ir-rapport finali se jiġi ppubblikat dalwaqt.

nisa li għamlu użu mill-inċentiv ta' sena bla ħlas ta' taxxa fuq il-qligħ

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' nisa li għamlu użu mill-inċentiv ta' sena bla ħlas ta' taxxa fuq il-qligħ wara li kellhom tarbija u reġgħu lura għax-xogħol sena b'sena sa Dicembru 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf liill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ nisa li għamlu użu mill-inċentiv ta’ sena bla ħlas ta’ taxxa fuq il-qligħ jew tnaqqis fit-taxxa wara li kellhom tarbija u reġgħu lura għax-xogħol jammonta għal 5,227, jigifieri 2,207 fl-2008 (sena ta’ stima 2009) u 3,020 fl-2009 (sena ta’ stima 2010). Mhux possibbli tingħata tweġiba dwar is-sena bażi 2010 minħabba li l-informazzjoni dwar is-sena bażi 2010 għad baqalha biex tidħol fid-Dipartiment. Barra dawn kien hemm 2,294 mara oħra li gawdew mill-inċentiv meta daħlu lura għax-xogħol avolja ma kellhomx tfal.
Leg 11 PQ #22819 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

rapporti ta' vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' vjolenza domestika s-sena l-oħra? Jista' jgħid kemm aggressuri f'dawn il-każijiet ġew arrestati u kemm minnhom instabu ħatja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra l-Pulizija resqet 682 każ ta' vjolenza domestika quddiem il-Qorti tal-Familja, filwaqt li kien hemm 98 każ li ġie deċiż u misjuba ħatja.

Enemalta — proġett tal-mina tal-Kappara/Swieqi/St Julians

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-mina (tunnel) tal-Korporazzjoni Enemalta (Kappara/Swieqi/St Julians) hija proġettata li tkun lesta? Jista' jgħid jekk ix-xogħol fuqha hux qiegħed fil-ħin u skont it-tender budget?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-mina hija ppjanata li tkun lesta sa Mejju tal-2012. Se titlesta f’żewġ fażijiet li jieħdu sena kull wieħed. Il-kuntrattur qiegħed ftit tard fuq l-ewwel fażi minħabba xi diffikultajiet li ltaqa’ magħhom fil-ġeoloġija tal-ġebla u minħabba xi infiltrazzjoni tas-sewage. Ġie mqabbad espert biex jagħti pariri ta’ x’jista’ jsir biex jiġu megħluba dawn id-diffikultajiet. Ix-xogħolijiet qed jitlestew skont il-kuntratt u l-unika spiża extra li kellha tiġi mħallsa s’issa hija l-ispiża tal-espert tal-ġeoloġija.
Leg 11 PQ #21058 Sitting 277 2010-11-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitat tac-CEDAW — concluding remarks

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Concluding Remarks tal-Kumitat tac-CEDAW bħala risposta għal-laqgħa li saret fil-Palais des Nations, Geneva fit-12 ta' Ottubru 2010, meta ġie kkonsidrat ir-rapport ta' Malta biex il-gvern jirrispondi għall-obbligazzjonijiet tiegħu taħt Artiklu 18 tal-Konvenzjoni għall-eliminazzjoni ta' kull diskriminazzjoni kontra n-nisa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Ninsab infurmat li dan ir-rapport għadu suġġett għall-emendi peress li ġew innutati numru ta’ skorretezzi.

Imġarr Yacht Marina — Privatizzazzjoni

Question

Jista l-Ministru jagħti d-dettalji tal-privatizzazzjoni tal-yacht marina tal-Imġarr?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20404, liema tweġiba tapplika wkoll għall-Mistoqsijiet Parlamentari msemmija hawn taħt. 19316 18718 17960 19181 18471 19055 18201

Arms Ltd — Kap Eżekuttiv tal-kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna appuntata bħala Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Arms Ltd. qatt ma kienet applikat għal dan il-post vakanti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Contract of Service tal-persuna appuntata?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20366.