Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont li l-gvern daħħal mill-VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, sena b'sena, mill-2007 sal-2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-VAT m’għandux informazzjoni dwar l-ammont li l-Gvern daħħal mill-VAT fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma fis-snin imsemmija.
Ta’ min jippreċiza li fil-kontijiet tad-dawl u ilma, ma hemmx VAT fuq l-ilma filwaqt li l-VAT fuq id-dawl tiġi ċċarġjata biss fuq kontijiet li ma jkunux ta’
households
u/jew residenzjali. Il-VAT dovuta fuq dawl kunsmat minn
households
tiġi assorbita mill-Korporazzjoni Enemalta, filwaqt li n-negozji, fabbriki eċċ li jħallsu l-VAT fuq il-konsum tad-dawl jikklejmjaw lura din il-VAT fid-denunzji tagħhom u għaldaqstant il-VAT tkun spiża newtrali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont li l-gvern daħħal mill-VAT fuq il-bejgħ ta' ċilindri tal-gass, sena b'sena, mill-2007 sal-2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-VAT m’għandux informazzjoni dwar l-ammont li l-gvern daħħal mill-VAT fuq il-bejgħ ta' ċilindri tal-gass fis-snin imsemmija.
Ta’ min jirrimarka li d-distributuri li huma awtorizzati li jbiegħu ċilindri tal-gass fid-denunzji tal-VAT tagħhom jiddikjaraw biss il-kummissjoni peress li l-VAT fuq iċ-ċilindri tal-gass tiġi dikjarata mill-kumpaniji li jipprovdulhom iċ-ċilindri. Peress li dawn il-kumpaniji fid-denuzji tal-VAT tagħhom jinkludu wkoll il-bejgħ ta’ prodotti u gass mibjugħ
in bulk
mhux possibbli li d-Dipartiment jiġbor l-informazzjoni mitluba dwar ċilindri tal-gass.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont li l-gvern daħħal mill-VAT fuq il-bejgħ ta' petrol(leaded u unleaded), tad-diesel u tal-pitrolju, sena b'sena, mill-2007 sal-2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux informazzjoni dwar kemm inġabret taxxa tal-VAT fuq il-petrol (leaded u unleaded), tad-diesel u tal-pitrolju peress li t-taxxa tal-VAT miġbura fuq dawn il-prodotti tiġi rrapurtata fid-denunzji mis-sidien tal-pompi globalment flimkien ma’ prodotti jew servizzi oħra li jissuplixxu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont li l-gvern daħħal mill-VAT fuq il-bejgħ ta' industrial oils u fuel, sena b'sena, mill-2007 sal-2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux informazzjoni dwar kemm inġabret taxxa tal-VAT minn fuq il-bejgħ ta’ industrial oils u fuel peress li t-taxxa tal-VAT miġbura fuq dawn il-prodotti tiġi rrapurtata fid-denunzji mill-bejjiegħa konċernati flimkien ma’ prodotti jew servizzi oħra li jissuplixxu.
residential rates għall-ċittadini mill-pajjiżi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38569, 38277, 38161 u 37570 u jgħid jekk il-gvern hux se jonora dak li qiegħed jingħad fl-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u partikolarment dak mistqarr li in so far as all EU citazens resident in Malta may indeed qualify for the residential rate without any discrimination on the basis of nationality' fil-verità qiegħed jiġi attwat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
residential rates għall-ċittadini mill-pajjiżi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38277, 38161 u 37570 u jgħid jekk il-gvern hux se jonora dak li qiegħed jingħad fl-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u partikolarment dak mistqarr li in so far as all EU citazens resident in Malta may indeed qualify for the residential rate without any discrimination on the basis of nationality' fil-verità qiegħed jiġi attwat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
residential rates għall-ċittadini mill-pajjiżi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38161 u 37570 u jgħid jekk il-gvern hux se jonora dak li qiegħed jingħad fl-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u partikolarment dak mistqarr li in so far as all EU citazens resident in Malta may indeed qualify for the residential rate without any discrimination on the basis of nationality' fil-verità qiegħed jiġi attwat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Servizz Ċivili u s-Settur Pubbliku — Capacity Building Reports
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Capacity Building Reports kollha li saru fis-Servizz Ċivili u s-Settrur Pubbliku fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-lum?
residential rates għall-ċittadini mill-pajjiżi ewropej
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37570 u jgħid jekk il-gvern hux se jonora dak li qiegħed jingħad fl-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u partikolarment dak mistqarr li in so far as all EU citazens resident in Malta may indeed qualify for the residential rate without any discrimination on the basis of nationality' fil-verità qiegħed jiġi attwat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Kunsill lokali ta' Ħal Lija — kwestjonijiet rigward impjieg
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37424 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36866, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din il-korrispondenza mingħand id-dipartiment? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li ilu li tlesta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-korrispondenza (li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament) kollha bejn id-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Kunsilli Lokali ta' Ħal Lija mill-1 ta' Jannar 2012 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Waqt li nirreferi mill-ġdid għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36866 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta’ ħatra ta’ Aġent Segretarju Eżekuttiv, datata 3 ta’ Awwissu 2011, kif ukoll kopja tal-korrispondenza elettronika li għaddiet bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija dwar il-proċess ta’ ħatra ta’ Segretarju Eżekuttiv.
Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant.
Intant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-korrispondenza l-oħra relatata li talbet bid-dettalji mogħtija separatament, tifforma parti mill-appendiċi tar-rapport li għadni kemm poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li d-dipartiment ġa qed jieħu passi skont il-liġi.
residential rates għall-ċittadini mill-pajjiżi ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jonora dak li qiegħed jingħad fl-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u partikolarment dak mistqarr li in so far as all EU citazens resident in Malta may indeed qualify for the residential rate without any discrimination on the basis of nationality' fil-verità qiegħed jiġi attwat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36498, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tweġiba li ngħatat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija għall-akkużi li saru fl-artiklu msemmi? Jista' jgħid kif il-Monitering Unit qiegħed isegwi l-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tweġiba tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija. Infurmat li l-Monitoring Unit għalaq il-każ.
Kunsill Lokali ta' Ħal Lija — Servizz ta' Perit, Avukat u Accountant
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 37180, ladarba l-Prim Ministru huwa tal-opinjoni li mhemmx għalfejn jinħarġu tenders għas-servizzi msemmija minkejja li f'Leġislazzjoni Sussidjarja 363.01 Regolamenti dwar il-Kunsilli Lokali (Finanzi) hemm mitkub li 'ordnijiet, kuntratti, ftehim jew oġġetti li jeċċeddu €1,164.69 iżda ma jeċċedux €4,658.75 jeħtieġu għall-anqas tliet kwotazzjonijiet uffiċjali iffirmati jew il-ħruġ t'offerta pubbliku skont ir-Regolament dwar il-Kunsilli Lokali (Finanzi)', jista' l-Prim Ministru jispjega għalfejn mhux qed jinġabru tliet kwotazzjonijiet uffiċjali għax-xogħol li qiegħed isir mill-perit, avukat u accountant f'dan il-kunsill? La m'hemm ebda tender għal dawn is-servizzi, jista' jispjega kif fit-tweġibiet għall-mistqosijiet parlamentari 35237, 35236 u 35235, il-Kunsill ta' Ħal Lija wieġeb li għandu perit, avukat u accountant?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija li ma kienx ġabar kwotazzjonijiet għas-servizzi ta’ perit, avukat u accountant għar-raġunijiet segwenti.
Jirriżulta li l-Kunsill Lokali baqa’ jagħmel użu mis-servizz tal-perit anke wara li skadielu t-
tender
għar-raġuni li l-ħlas kull sena dejjem kien anqas mill-ammont rikjest biex tinħareġ
tender.
Għaldaqstant il-Kunsill ma ħassx il-bżonn biex tinħareġ talba għal kwotazzjonijiet għal dan is-servizz.
Dwar is-servizz ta’ avukat jirriżulta li l-Kunsill unanimament kien qabel biex iqabbad avukat b’urġenza biex jirrapreżentah f’kawża fil-Qorti li għadha għaddeja sal-lum. Għaldaqstant il-Kunsill ma ħariġx kwotazzjonijiet għal dan is-servizz.
Dwar is-servizz ta’ accountant jirriżulta li l-Kunsill kien talab l-għajnuna ta’ accountant biex dan jagħti parir dwar accounts peress li għal żmien twil is-Segretarju Eżekuttiv kien qed jagħmel dan ix-xogħol. Jirriżulta li peress li l-ħlas dejjem kien ta’ €116.00 u drabi anke anqas għal dawn l-aħħar għaxar snin, il-Kunsill qatt ma ħass il-ħtieġa biex jinġabru kwotazzjonijiet għal dan is-servizz.
Madankollu, jien tajt struzzjonijiet lill-Monitoring Unit fi ħdan id-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex jeżamina l-każ u jieħu l-passi neċessarji jekk jirriżultalu li kien hemm xi nuqqas.
Industrial Projects and Services Ltd. — chairman u kap eżekuttiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Contracts of Service u jekk inhu l-każ tal-Letters of Appointment rispettivament taċ-chairman u separatament tal-Kap Eżekuttiv tal-Industrial Projects and Services Ltd.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-‘Letter of Appointment’. F’dawn il-ħatriet ma jsirx ‘contract of service’.
Tista' l-Ministru tgħid jekk għall-Konferenza Stampa tal-OLAF fi Brussels (17 t'Ottubru 2012) il-Public Broadcasting Servises bagħtetx ġurnalisti tagħha? Tista' tgħid, fl-istess każ, għaliex il-mistoqsijiet saru minn ġurnalista ta' kumpanija privata li qal li qiegħed hemm f'isem TVM? Tikkonferma li dan il-ġurnalista kellu rwol ta' korrispondent tal-Public Broadcasting Services?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna li qed tirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kien qiegħed jagħmel il-mistoqsijiet għall-programm Bondi+ li jintwera fuq l-istazzjon tal-PBS. Bħal Producers/Preżentaturi kollha li jipproduċu programmi għall-istazzjonijiet tal-PBS dawn jirrappreżentaw l-istazzjonijiet tal-PBS.
Enemalta — digital meters mhux kompatibbli mal-Smart Meter System
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta xtratx digital meters li mhumiex kompatibbli mal-ismart meter system? Jekk iva, kemm minn dawn il-meters inxtraw? Kemm swew flus? X'se jsir minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni Enemalta ma xtrat ebda digital meters li m’humiex kompatibbli mal-ismart meter system wara li ġie ffirmat il-kuntratt tal-IUBS mal-kumpanija IBM.
Fleur-de-Lys — pelican lights ħdejn roundabout mhux mixewgħla
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pelican lights ħdejn ir-roundabout ta' Fleur-de-Lys għadhom ma nxtelgħux? Jekk jilħqu jinxtegħlu sakemm tkun imwieġba din il-mistoqsija, jista' jgħid għaliex dan id-dewmien kollu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li min-naħa ta’ Transport Malta sar ix-xogħol infrastrutturali meħtieġ biex din il-pelican crossing titħaddem, pero' jonqos xi trinek li jridu jsiru minn enti oħra biex jitwassal l-elettriku fuq il-post. Peress li l-enti konċernata ma' taqax taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Persuni li għandhom l-età tal-irtirar imma għandhom jaħdmu
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nisa/rġiel ta' età aktar minn 61 sena għadhom jaħdmu mal-gvern? Jista' jagħti numru skont l-età? X'persentaġġ ta' dan in-numru jagħmel mit-total ta' dawk 61+ li għadhom fis-suq tax-xogħol F'liema gradi qegħdin? X'kienu r-raġunijiet li tħallew ikomplu meta oħrajn ma ngħatawx iċ-ċans li jagħmlu dan meta l-politika tal-gvern hi li n-nies ikomplu jaħdmu wara l-età tal-irtirar? Kemm minn dawk 61+ li għadhom fis-suq tax-xogħol qed jaħdmu f'family business? Jista' jagħti l-informazzjoni maqsuma taħt nisa u rġiel? X'inhu l-persentaġġ mit-total?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 153 impjegat fis-Servizz Pubbliku li l-età tagħhom hi ‘l fuq minn 61 sena u għadhom jaħdmu. Dan it-total huwa magħmul minn 33 mara u 120 raġel.
Dettalji tal-gradi ta’ dawn l-impjegati jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-etajiet ta’ dawn l-impjegati huma mqassmin kif ġej:
Eta’
Numru ta’ Impjegati
80
1
77
2
76
3
75
2
74
3
72
1
71
2
70
3
69
5
68
18
67
12
66
18
65
29
64
25
63
24
62
5
Total
153
Dan it-total jirrapreżenta 1.57% ta’ dawk l-impjegati kollha, li skont statistika tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) huma
full-time
u
part-time
, għandhom ‘il fuq minn 61 sena u għadhom jaħdmu.
Ir-raġuni ewlenija għaliex dawn l-impjegati jitħallew jaħdmu wara l-eta’ tal-irtirar hi sabiex fl-assenza ta’ uffiċjal ieħor, tiġi salvagwardjata l-kontinwità. Raġunijiet oħra jinkludu n-nuqqas t’impjegati f’setturi partikolari, bħal fil-qasam tas-saħħa, u persuni li jagħmlu xogħol speċjalizzat f’oqsma partikolari; kontinwità sakemm il-post jimtela’ minn persuna adatta; kif ukoll persuni ta’ fiduċja li għadhom jistgħu joffru s-servizzi tagħhom lill-Gvern.
Dwar kemm hemm impjegati ‘l fuq minn 61 sena li għadhom fis-suq tax-xogħol u qegħdin jaħdmu
f’Family Business
, ninsab infurmat li l-ETC ma żżomx statistika f’dan ir-rigward.
Kunsill lokali ta' Ħal Lija — kwestjonijiet rigward impjieg
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36866, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din il-korrispondenza mingħand id-dipartiment? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li ilu li tlesta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-korrispondenza (li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament) kollha bejn id-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Kunsilli Lokali ta' Ħal Lija mill-1 ta' Jannar 2012 sal-lum?
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx cost/benefit analysis fuq il-binja tal-ex Sptar St Luke's biex din il-binja tintuża għal xi proġett li għandu pjanijiet għalih il-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Enterprise qed tipprepara development brief dwar użu alternattiv u aktar vijabbli ekonomikament tas-sit tal-Isptar l-antik ta’ San Luqa.