Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar — Stabbilimenti tal-catering - Applikazzjonijiet approvati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm stabbilimenti tal-catering ġew approvati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu matul din is-sena, fil-Mellieħa, in-Naxxar, u San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll f’liema kategoriji ta' catering ġew approvati dawn l-istabbilimenti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ liċenzji ta’ stabbilimenti tal-catering li ġew approvati matul din is-sena fl-inħawi tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar huwa kif isegwi: Mellieħa Naxxar San Pawl il-Baħar Ristoranti 1 1 3 Snack Bars 0 1 4 Take-Aways 2 1 1

Skema 'Komunitajiet iktar siguri u organizzati' — Kunsilli li applikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-Kunsilli Lokali li applikaw għall-iskema 'Komunitajiet iktar siguri u organizzati' li kienet varata mill-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll liema minn dawk il-Kunsilli li applikaw kellhom it-talba tagħhom milqugħa u x'kienu l-inizjattivi approvati?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Kunsill Lokali X’kienet l-inizjattiva li ġiet approvata għal din l-Iskema? Birkirkara CCTV cameras - Ċentru Ċiviku Ħal Lija CCTV cameras - Ġnien Ċentru Rikreattiv Pembroke CCTV cameras fi Triq Alamein, Triq Giorgio Mitrovich u Triq Suffolk. Kampanja edukattiva Swieqi Sezzjonijiet Informattivi - Dealing with substance users (parents) & security at home Il-Belt Valletta CCTV cameras & fence fi Ġnien Hastings Il-Birgu (Città Vittoriosa) CCTV cameras f'diversi toroq u bollards Fgura 2 e-bikes għall-użu tal-Pulizija tal-Komunità Ħal Tarxien CCTV cameras ġo diversi ġonna Ħal Għaxaq CCTV cameras ġo diversi toroq Ħamrun Kampanja ta' għarfien - pjattaformi diġitali Santa Luċija CCTV cameras fi Ġnien is-serenita' Santa Venera Tneħħija ta' oġġetti u irmunkar ta' vetturi Ħaż-Żebbuġ (Città Rohan) CCTV cameras & 2 e-bikes Is-Siġġiewi (Città Ferdinand) Xiri ta' scooters elettriċi Ħad-Dingli CCTV Cameras f'diversi spazji miftuħa Il-Qrendi CCTV Cameras fi Triq it-Tempesta u Misraħ San Mattew Ir-Rabat CCTV Cameras u tqassim ta' safety gadgets Ħal Safi CCTV Cameras fi Triq Menqa u Triq l-iskola Ir-Rabat (Città Vittoria) CCTV Cameras f'diversi toroq u spazji miftuħa Il-Fontana CCTV Cameras f'diversi toroq u spazji miftuħa Għajnsielem CCTV Cameras f'diversi toroq u spazji miftuħa L-Għarb CCTV cameras u boom barriers L-Għasri CCTV Cameras f'diversi toroq u spazji miftuħa Ta' Kerċem/Santa Luċija CCTV Cameras f'diversi toroq u spazji miftuħa Il-Munxar/Xlendi CCTV Cameras f'diversi toroq u spazji miftuħa In-Nadur CCTV Cameras f'ġonna u playingfield Il-Qala CCTV Cameras f'diversi toroq u spazji miftuħa San Lawrenz CCTV Cameras f'diversi toroq u spazji miftuħa Ta' Sannat CCTV Cameras f'diversi toroq u spazji miftuħa Ix-Xewkija CCTV Cameras f'diversi toroq u spazji miftuħa Iż-Żebbuġ CCTV Cameras f'diversi toroq u spazji miftuħa u tabelli multi lingwali San Gwann CCTV cameras f'diversi zoni, e-bikes, leaflets & ourdoor signs fuq l-ġbir ta' skart Ħ'Attard CCTV cameras f'diversi ġonna Ħal Balzan CCTV cameras f'diversi toroq Il-Mellieħa CCTV cameras f'diversi toroq L-Imġarr CCTV cameras, e-bikes, tqassim ta' gadgets u twaħħil ta' barriers Il-Mosta Safety barriers u e-bike

Investiment għal bajjiet biex jiżdiedu iktar faċilitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema bajjiet hu mistenni li jsir investiment fihom matul is-sena 2024 biex jiżdiedu iktar faċilitajiet fl-istess bajjiet? Jista’ jgħid ukoll għal liema xogħol diġà ġew sottomessi applikazzjonijiet ta' żvilupp jekk tali permessi huma meħtieġa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Skejjel tal-Istat — ingaġġ ta' LSEs

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10608 u 10892 u jgħid kemm-il persuna iktar hemm bżonn li tiġi ingaġġata mal-Gvern bħala LSE fl-iskejjel tal-Gvern, maqsumin skont il-livell primarju u dak sekondarju, sabiex tkun intlaħqet id-domanda għal-LSEs?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jkun hemm sejħiet regolari għall-ingaġġ ta’ LSEs.

Tfal b’diżabilità — Kreditu tat-taxxa għal terapija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur ibbenefika mill-kreditu tat-taxxa għal terapija ta’ tfal b'diżabilità matul is-sena 2023?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dwar din l-iskema tkun tista’ tingħata s-sena d-dieħla, meta jinħadmu l-kontijiet tat-taxxa għas-sena 2023.

San Pawl il-Baħar — Rapporti ta’ fawran ta’ drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien hemm rapporti ta' fawran ta' drenaġġ, matul din is-sena fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Tista’ tgħid ukoll meta u fejn kien rappurtat dan il-fawran?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li matul din is-sena kien hemm madwar 50 rapport ta’ żbroff ta’ drenaġġ ikkawżati minn imblukkar fin-network u li l-maġġoranza tagħhom ġraw b’riżultat ta’ rimi ta’ effluwenti li mhux permessibbli li jintremew fis-sistema tad-drenaġġ bħal debris, wipes, ġebel u xaħmijiet. Apparti li kontinwament tipprovdi informazzjoni lill-pubbliku dwar x’inhu permessibbli li jintrema fis-sistema tad-drenaġġ, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’investiment biex ittejjeb sostanzjalment l-infrastruttura tad-drenaġġ u li huwa meħtieġ biex jindirizza t-tkabbir fil-popolazzjoni ta’ din iż-żona u biex nassiguraw li jkun hemm infrastruttura adegwata li kapaċi tilqa’ għad-domanda li dejjem tiżdied.

San Pawl il-Baħar — Irwejjaħ ta’ drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'qed iwassal biex f’partijiet sħaħ ta' San Pawl il-Baħar, bħal Triq il-Mosta, Triq San Pawl u l-inħawi tal-Veċċja (fost oħrajn), ikun hemm irwejjaħ kbar ta' drenaġġ matul il-jum kif ukoll bil-lejl?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rċeviet ħames ilmenti dwar tappieri tad-drenaġġ fl-inħawi inkwistjoni. F’erba’ każijiet il-Korporazzjoni qabdet u ssiġillat it-tappieri, filwaqt li fil-ħames każ ir-riħa kienet ġejja minn kaptella ta’ konnessjoni privata u ma setgħetx tissiġillaha.

Provvista ta’ New Water

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li għaliha l-provvista ta' new water li ġej mill-inħawi taċ-Ċumnija, limiti tal-Mellieħa, mhux qed ikun ipprovdut fil-ħinijiet kollha? Tista' tgħid ukoll jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma irċevietx rapporti dwar dan u jekk iva, x'passi ttieħdu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’koordinazzjoni mal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, il-provvista tan-new water hi miftuħa għall-aċċess skont skeda li l-bdiewa huma infurmati dwarha. Permezz ta’ dan, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tassigura li jkun hemm tqassim aħjar u titjib fl-aċċessibbiltà għal dan l-ilma. Il-Korporazzjoni qed tinvesti f’sistema ġdida li se sservi wkoll biex titnaqqas il-ħela u tassigura użu iktar sostenibbli ta’ din ir-riżorsa.

Awtorità tal-Ippjanar — Change of use policy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar biddlitx xi policies tagħha dwar il-ħruġ ta' permessi għal change of use fil-lokalitajiet residenzjali għal dak li jikkonċerna d-daqs ta' proprjetajiet li jistgħu jintużaw għal skopijiet kummerċjali (bħal supermarkets)? Jista’ jgħid ukoll kemm hu d-daqs li hu permissibbli biex proprjetà tintuża għal dan il-għan?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar ma biddlitx policies tagħha dwar il-ħruġ ta' permessi għal change of use fil-lokalitajiet residenzjali għal dak li jikkonċerna d-daqs ta' propjetajiet li jistgħu jintużaw għal skopijiet kummerċjali. Ħwienet żgħar ta’ 50 metru kwadru u oħrajn ta’ konvenjenza (bħal stationery, grocer u bazaar) ta’ 75 metru kwadru huma permissibbli f’lokalitajiet residenzjali. Ħwienet akbar huma permissibbli biss jekk fiż-żona hemm numru konsiderevoli ta’ ħwienet ta’ daqs akbar minn dak indikat, u dan skont il-provedimenti tal-Partial Review of Subsidiary Plans: General Policy relating to Regeneration/Consolidation Initiatives tas-sena 2013. F’dawk li huma ‘supermarkets’ ta’ daqs akbar minn 500 metru kwadru, il-pjanijiet lokali jiskoraġġixxu li dawn jiġu kkunsidrati b’mod pożittiv fil-lokalitajiet residenzjali. Madankollu, jekk jirriżulta illi ma hemmx siti alternattivi f’żoni kummerċjali oħrajn fl-istess lokalità fejn jista’ jiġi akkomodat ‘supermarket’, wieħed ikun jista' jibda jikkonsidra tali proposti każ b’każ, liema proċess ikun qiegħed jevalwa l-livell ta’ impatt li jista' jinħoloq għar-residenti tal-madwar.

Transport Malta – Taħriġ tas-sewqan speċjalizzat għal persuni b'diżabilità

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13045 jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub għal dak li jikkonċerna taħrig partikolari għal instructors li jagħtu lezzjonijiet (taħrig) għat-tagħlim tas-sewqan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 13045, ninfurmah li Transport Malta qatt ma għamlet jew ħarġet sejħa għat-taħriġ biex għalliema tas-sewqan ikunu speċjalizzati li jistgħu jgħallmu lil persuni b'diżabilità biex ikunu jistgħu jġibu l-liċenzja tas-sewqan.

Buġibba – Xogħol fil-pjazza

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq il-Pjazza ta' Buġibba? Jista’ jgħid ukoll kemm hu mistenni li jdum għaddej ix-xogħol sakemm jitlesta u jekk hemmx xi bidliet fil-pjanti li fuqhom hu mistenni li jsir ix-xogħol f'dan il-post?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-upgrading tal-Pjazza ta’ Buġibba bħalissa jinsab fil-fażi tat-tender document drafting. Il-proġett huma mistenni li jidba fix-xhur ta’ wara s-sajf 2024. Dan il-proġett, li se jitwettaq flimkien ma’ Infrastructure Malta, huwa mistenni li jdum għaddej madwar erbatax-il xahar. Il-pjanti sa issa għadhom l-istess li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar. Peress li s-sit huwa wieħed ċentrali, mhux eskluż li dawn il-parametri ikollhom xi tibdil.

San Pawl il-Baħar u l-Qawra – Bidliet strutturali/estensjonijiet fl-iskejjel primarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux mistenni li jkun hemm ħtieġa ta' bidliet strutturali/estensjonijiet fl-iskejjel primarji ta' San Pawl il-Baħar u tal-Qawra rispettivament? Jekk iva, x'xogħol hu mistenni li jkun meħtieġ u meta hu mistenni li dan l-istess xogħol ikun jista' jinbeda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Mosta – Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fiċ-ċentri tas-saħħa tinżammx statistika tal-lokalitajiet li minnhom ikunu ġejjin il-persuni li jżuru l-istess ċentri tas-saħħa? Jekk iva, jista' jgħid in-numru ta' persuni li żaru ċ-ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul din is-sena, xahar, b'xahar? Jista' jgħid ukoll minn liema lokalitajiet kienu ġejjin il-persuni li żaru dan iċ-ċentru tas-saħħa partikolari, bin-numru ta' persuni minn kull lokalità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi iva fiċ-ċentri tas-saħħa tinżamm statistika tal-lokalitajiet li minnhom ikunu ġejjin il-persuni li jżuru l-istess ċentri tas-saħħa. Fit-tabelli hawn taħt mehmuża tinsab l-informazzjoni mitluba minnha. Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta Numru ta' persuni li żaru ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul l-2022 Jannar 14,570 Frar 13,820 Marzu 15,450 April 13,390 Mejju 15,740 Ġunju 14,820 Lulju 16,340 Awwissu 15,590 Settembru 13,920 Ottubru 15,700 Novembru (sat-12.11.23) 5,890 Lokalitajiet Numru ta’ Pazjenti li marru ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta Jan - Nov 2023 Mosta 42,203 San Pawl il-Baħar 34,582 Naxxar 19,658 Mellieħa 6,917 Mġarr 5,206 Għargħur 3,723 Attard 3,692 Birkirkara 8,571 Oħrajn 30,669

Il-Mellieħa – Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru biddilx il-pjanijiet tiegħu għal dak li jikkonċerna l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa? Jekk iva, jista’ jgħid fiex ser ikunu qed jikkonsistu dawn il-bidliet fil-pjanijiet għal din l-estensjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel mhux tal-Istat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li ma humiex tal-Istat li huma liċenzjati biex fihom isir it-tagħlim, liema huma u fejn jinsabu? Minbarra l-iskejjel li jagħtu tagħlim fil-livell primarju u sekondarju, jista' jgħid kemm hawn skejjel tal-lingwi li huma mogħitja liċenzja biex jagħtu dan it-tagħlim? Jista’ jgħid ukoll kemm hawn istituzzjonijiet li qed jagħtu edukazzjoni fil-livell post sekondarju u terzjarju u kemm minn dawn huma Maltin u kemm ma humiex Maltin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra, Naxxar — Trasport għall-iskejjel primarji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12792 u jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel primarji tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, il-Qawra u n-Naxxar, li jitwasslu l-iskola permezz ta’ trasport ipprovdut mill-Ministeru u kemm jintużaw vetturi għal dan it-trasport?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jintużaw 25 vettura biex jgħatu servizz ta’ trasport lil 502 student fl-iskejjel imsemmija.

Transport Malta – Taħriġ tas-sewqan speċjalizzat għal persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13035 u jgħid jekk Transport Malta (TM) għamlitx xi sejħa biex instructors tas-sewqan jingħataw taħriġ speċjalizzat biex ikunu jistgħu jgħallmu lil persuni b'diżabilità biex ikunu jistgħu jġibu l-liċenzja tas-sewqan? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa, kemm kien hemm instructors li fil-fatt applikaw għal dan it-taħriġ, u kemm minnhom temmew it-taħriġ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li nirreferu lill-Onor. Interpellant għal PQ13045, ninfurmah li Transport Malta qatt ma għamlet jew ħarġet sejħa għat-taħriġ biex għalliema tas-sewqan ikunu speċjalizzati li jistgħu jgħallmu lil persuni b'diżabilità biex ikunu jistgħu jġibu l-liċenzja tas-sewqan.

Pensjonijiet ta’ persuni b'diżabilità – Tibdil fil-liġijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13037 u jgħid jekk sarx jew hux mistenni li jsir fil-futur qarib tibdil fil-liġijiet dwar il-pensjoni ta' persuni b'diżabilità, biex dawk il-persuni b'diżabilità severa (li sal-lum jistgħu jaħdmu u fl-istess ħin jingħataw il-benefiċċji) li jilħqu l-età pensjonabbli fil-fatt ikomplu jirċievu l-istess benefiċċji, minkejja li jkunu qed jieħdu l-pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li waħda mill-miżuri tal-manifest elettorali Malta Flimkien tindirizza propju il-materja msemmija. Fil-fatt matul din il-leġiżlatura ser jiddaħħal tibdil sabiex meta tali persuni jirtiraw u jibdew jieħdu pensjoni kontributorja, ikollhom żieda fil-pensjoni sabiex din tilħaq il-Paga Minima Nazzjonali jew żieda ta’ mhux anqas minn 10% tal-Assistenza għal Diżabilità Severa fuq il-pensjoni, liema tiġi l-ogħla.

Żona ta’ San Pawl il-Baħar – CCTV cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru wettaqx xi studji partikolari għal dak li jikkonċerna l-ħtieġa ta' CCTVs fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha) u jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar x'kienu r-riżultati ta' dawn l-istudji? Jista' jgħid ukoll jekk il-Kunsill Lokali għamilx talbiet biex il-Ministeru jipprovdi tali CCTVs? Jista' jgħid jekk tali CCTV cameras għandhomx bżonn ta' permessi mill-Ministeru qabel jiġu installati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fil-baġit għas-sena 2024 il-Gvern qed jerġa’ jalloka investiment qawwi fis-sigurtà, inkluż sigurtà megħjuna bit-teknoloġija. L-għażla tal-ewwel lokalitajiet imsemmija fil-baġit saret wara analiżi tal-krimini anke hekk kif provdut fil-crime reports. Minn barra hekk hemm diversi Kunsilli Lokali li investew f'mezzi teknoloġiċi, inkluż cameras sabiex jattakkaw l-abbuż wara li ħadu fondi mill-Aġenzija LESA.

Malta u Għawdex – CCTV cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux sistema ċentralizzata li magħha huma mqabbda s-CCTV cameras kollha li hawn madwar Malta u Għawdex? Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jipprepara biex f'Malta jkollna sistema ċentralizzata b'dan il-mod?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13381.