San Pawl il-Baħar u l-Qawra – Bidliet strutturali/estensjonijiet fl-iskejjel primarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13386 u 13864 u jgħid jekk hux mistenni li jkun hemm ħtieġa ta' bidliet strutturali/estensjonijiet fl-iskejjel primarji ta' San Pawl il-Baħar u tal-Qawra rispettivament? Jekk iva, x'xogħol hu mistenni li jkun meħtieġ u meta hu mistenni li dan l-istess xogħol ikun jista' jinbeda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għad m’hemm l-ebda ħtieġa ta’ bidliet strutturali/estensjonijiet fl-iskejjel primarji msemija.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li jkun hemm diskussjonijiet kontinwi sabiex nissorveljaw il-bżonn ta’ dawn il-ħtiġijiet.
San Pawl il-Baħar — Rapporti ta’ fawran ta’ drenaġġ
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13527 dwar rapporti ta' fawran ta' drenaġġ, tista' l-Ministru, għal kull ilment, tinforma meta sar dan l-ilment u liema triq kien jikkonċerna l-ilment?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif diġà spjegajt, fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 13527, il-maġġoranza tal-każi ġraw b’riżultat ta’ rimi ta’ effluwenti li mhux permissibbli li jintremew fis-sistema tad-drenaġġ, bħal debris, wipes, ġebel u xaħmijiet.
Kreditu tat-taxxa għal terapija tat-tfal b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur ibbenefika mill-kreditu tat-taxxa għal terapija ta’ tfal b'diżabilità ghal kull sena minn mindu beda jingħata dan il-kreditu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li din hija miżura ġdida, l-informazzjoni tkun tista' tibda tingħata mis-sena d-dieħla, meta jinħadmu l-kontijiet tat-taxxa għas-sena 2023, kif diġà spjegat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13526.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13801 dwar l-ICL Appeals Board, tista' l-Ministru tgħid meta saru kull wieħed mit-13-il appell li ġew deċiżi u meta ġie deċiż kull wieħed minn dawn l-appelli?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Servizz ta’ Assistenza Personali – Użu tas-sussidju
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13800, tista' l-Ministru tispeċifika kif qed jiġu maqsuma l-applikazzjonijiet f'talbiet għal Direct Payment, Independent Community Living jew Assistenti Personali?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-applikazzjonijiet jiġu maqsuma skont l-ammont ta’ sigħat ta’ servizz li l-applikant ikun jeħtieġ. Tliet kategoriji: Direct Payment minn 1 sa 16-il siegħa fil-ġimgħa, Independent Community Living 'il fuq minn 16-il siegħa sa 30 siegħa fil-ġimgħa, jew Assistenti Personali aktar minn 30 siegħa fil-ġimgħa għal live-in carer 24/7.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13799 u 13800 rigward is-Servizz ta’ Assistenza Personali, tista' l-Ministru tgħid jekk it-48 persuna li hemm referenza għalihom fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13800 humiex inklużi fl-ammont ta' 373 persuna msemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13799?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-48 persuna li hemm referenza għalihom fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13800 huma fil-fatt inklużi fl-ammont ta' 373 persuna msemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13799. Dawn it-48 persuna għadhom fil-proċess li jsibu carer tal-għażla tagħhom u għaldaqstant għalkemm is-servizz ġie approvat lilhom, dawn għadhom ma bdewx jagħmlu użu minn dawn il-fondi.
Il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar — Inċidenti tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li fihom kien hemm korrimenti, u li ntalbet l-assistenza tal-pulizija biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni li nħolqot, fl-inħawi tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, separatament għal kull lokalità, matul is-sena 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku fejn il-Pulizija intervjeniet u assistiet minħabba li fihom kien hemm korrimenti, li seħħew fl-inħawi tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Ottubru 2023, kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt:
Xahar
Lokalità
Fatali
Feriti Gravi
Feriti ħfief
Total
Jannar
MELLIEĦA
0
0
2
2
MĠARR
0
0
2
2
NAXXAR
0
1
4
5
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
2
2
4
Jannar total
0
3
10
13
Frar
MELLIEĦA
0
0
2
2
MĠARR
0
1
0
1
NAXXAR
0
1
1
2
SAN PAWL IL-BAĦAR
1
0
2
3
Frar total
1
2
5
8
Marzu
MELLIEĦA
0
0
2
2
MĠARR
0
0
2
2
NAXXAR
0
6
4
10
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
3
3
6
Marzu total
0
9
11
20
April
MELLIEĦA
0
1
1
2
MĠARR
0
0
2
2
NAXXAR
0
2
1
3
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
2
6
8
April total
0
5
10
15
Mejju
MELLIEĦA
0
1
1
2
MĠARR
0
0
3
3
NAXXAR
0
0
2
2
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
0
4
4
Mejju total
0
1
10
11
Ġunju
MELLIEĦA
0
1
0
1
MĠARR
0
1
1
2
NAXXAR
0
1
5
6
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
3
4
7
Ġunju total
0
6
10
16
Lulju
MELLIEĦA
0
1
4
5
MĠARR
0
0
1
1
NAXXAR
0
0
2
2
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
1
6
7
Lulju total
0
2
13
15
Awwissu
MELLIEĦA
0
1
4
5
NAXXAR
0
2
1
3
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
5
6
11
Awissu total
0
8
11
19
Settembru
MELLIEĦA
0
2
2
4
MĠARR
0
1
1
2
NAXXAR
0
0
4
4
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
1
4
5
Settembru total
0
4
11
15
Ottubru
MELLIEĦA
0
2
1
3
MĠARR
0
2
3
5
NAXXAR
0
5
5
10
SAN PAWL IL-BAĦAR
0
2
4
6
Ottubru total
0
11
13
24
Total kollu
1
51
104
156
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol marbut mas-16-il proġett li kien tħabbar xhur ilu li ntgħażlu bħala parti minn Project Green u liema minn dawn ix-xogħlijiet inbdew fuq il-post fejn ix-xogħol suppost għandu jsir? Tista’ tgħid ukoll kemm sar investiment sa issa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol b’rabta mas-16-il proġett li se jsiru b’investiment ta’ €10 miljun taħt l-iskema Community Greening Grant wasal f’diversi fażijiet. Tlestiet il-konsultazzjoni mal-entitajiet konċernati waqt l-ippjanar kif ukoll l-istudji meħtieġa. Barra minn hekk, tlesta x-xogħol amministrattiv marbut mat-tfassil biex jinħarġu s-sejħiet għall-offerti u preżentament qed isir it-tfassil tagħhom.
Permezz ta’ din l-iskema maħruġa minn Project Green se nkunu qed naraw proġetti fuq medda ta’ 80,000 metru kwadru ta’ art mifruxin minn Għajnsielem sa Marsaxlokk. Minbarra f’dawn iż-żewġ lokalitajiet l-proġetti se jsiru f’Santa Venera, l-Imtarfa, Birkirkara, Mosta, Mellieħa, Ħal Għaxaq, Imsida, San Pawl il-Baħar, Gżira, Ħal Għargħur, Bormla, Raħal Ġdid, Żurrieq u Tal-Pietà. Fil-każ tal-proġett ta’ Santa Venera propost minn Hospice Malta nbdew ix-xogħlijiet fuq art, li oriġinarjament kienet maħsuba għall-iżvilupp, li se tinbidel fi ġnien ta’ madwar 2,700 metru kwadru fil-qalba ta’ waħda mill-aktar żoni urbani f’Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13348 u jgħid xi żviluppi ġodda kien hemm għal dak li jikkonċerna t-tisħiħ tal-ħidma koordinata bejn il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS), id-Dipartiment tas-Saħħa u l-iskejjel biex jiġi assigurat li jkun hemm passi preventivi biex jiġu mħarsa l-interessi tat-tfal, matul l-aħħar tnax il-xahar u x'titjib sar f'dan ir-rigward matul dan il-perjodu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li jsiru laqgħat u konsultazzjonijiet b’mod regolari bejn l-istakeholders konċernati sabiex dejjem jiġu mħarsa l-interessi tat-tfal.
San Pawl il-Baħar — Persuni Arrestati minħabba ġlied
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13532 dwar ġlied li nqala' f'San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-persuni li ġew arrestati minħabba ġlied li nqala’ fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar bejn Jannar u l-15 ta’ Novembru ta’ din is sena qegħdin jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt xahar b'xahar. F’kull każ inħarġu t-taħrikiet relatati.
Xahar fis-sena 2023
Numru ta’ persuni arrestati
January
1
February
3
March
5
April
3
May
1
June
2
July
2
August
3
September
1
October
Xejn
November sa 15/11
1
In-Naxxar – Persuni arrestati minħabba ġlied li nqala’
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew arrestati minħabba ġlied li nqala’ fl-inħawi tan-Naxxar matul din is-sena, maqsuma xahar b'xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawk arrestati kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda persuna li ġiet arrestata minħabba ġlied li nqala’ fl-inħawi tan-Naxxar bejn Jannar u s-27 ta’ Novembru ta’ din is-sena.
Il-Mellieħa – Persuni arrestati minħabba ġlied li nqala’
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew arrestati minħabba ġlied li nqala’ fl-inħawi tal-Mellieħa matul din is-sena, maqsuma xahar b'xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawk arrestati kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u s-27 ta’ Novembru 2023 kien hemm każ wieħed, fejn persuna ta’ nazzjonalità Maltija ġiet arrestata fix-xahar ta’ Marzu, minħabba ġlied li nqala’ fl-inħawi tal-Mellieħa.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13528 tista' l-Ministru, għal kull ilment imsemmi fit-tweġiba dwar irwejjaħ kbar ta' drenaġġ matul il-jum kif ukoll bil-lejl, tinforma meta sar dan l-ilment u liema triq kien jikkonċerna l-ilment?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-erba’ lmenti li kienu jikkonċernaw lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, kif spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 13528, kienu kollha fi Triq San Pawl u dwarhom il-Korporazzjoni ħadet l-azzjoni meħtieġa f’dawn id-dati: fil-5 ta’ Jannar, fit-28 t’April, fid-9 t’Awwissu u fl-10 t’Awwissu ta’ din is-sena.
San Pawl il-Baħar – xogħol li se jitwettaq mill-Ministeru għat-Turiżmu
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8502 fejn intqal li “Ix-xogħol fuq dan il-proġett mistenni jibda wara s-sajf.”, jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda l-proġett fi Triq San Publju, f’San Pawl il-Baħar?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-proġett diġà beda.
San Pawl il-Baħar — Triq San Publiju - linji tat-toroq ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar awtorizzax li jsiru linji tat-toroq ġodda fi Triq San Publju (fil-parti bejn Triq San Ġużepp u Triq San Franġisk), f'San Pawl il-Baħar, hekk kif jidher li ser isir xi xogħol jew proġett f'din iż-żona? Fiex jikkonsisti x-xogħol jew proġett li minħabba fih saru dawn il-linji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-linji tat-toroq ġodda kkonċernati saru bl-awtorizzazzjoni tal-istess Kunsill sabiex ikun jista’ jsir il-‘hoarding’ minħabba l-proġett ta’ tisbiħ fiż-żona.
San Pawl il-Baħar u l-Qawra – Bidliet strutturali/estensjonijiet fl-iskejjel primarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13386 u jgħid jekk hux mistenni li jkun hemm ħtieġa ta' bidliet strutturali/estensjonijiet fl-iskejjel primarji ta' San Pawl il-Baħar u tal-Qawra rispettivament? Jekk iva, x'xogħol hu mistenni li jkun meħtieġ u meta hu mistenni li dan l-istess xogħol ikun jista' jinbeda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13389 u jgħid kemm hemm skejjel li ma humiex tal-Istat li huma liċenzjati biex fihom isir it-tagħlim, liema huma u fejn jinsabu? Minbarra l-iskejjel li jagħtu tagħlim fil-livell primarju u sekondarju, jista' jgħid kemm hawn skejjel tal-lingwi li huma mogħitja liċenzja biex jagħtu dan it-tagħlim? Jista’ jgħid ukoll kemm hawn istituzzjonijiet li qed jagħtu edukazzjoni fil-livell post sekondarju u terzjarju u kemm minn dawn huma Maltin u kemm ma humiex Maltin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13388 u jgħid jekk il-Ministeru biddilx il-pjanijiet tiegħu għal dak li jikkonċerna l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa? Jekk iva, jista’ jgħid fiex ser ikunu qed jikkonsistu dawn il-bidliet fil-pjanijiet għal din l-estensjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li apparti l-pjanijiet għal estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa kif approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar, għaddejjin konsultazzjonijiet għall-bini mill-ġdid tal-iskola primarja u mistenni wkoll xi estensjonijiet fiż-żona ppjanata għall-parkeġġ.
Investiment għal bajjiet biex jiżdiedu iktar faċilitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13595 u jgħid liema bajjiet hu mistenni li jsir investiment fihom matul is-sena 2024 biex jiżdiedu iktar faċilitajiet fl-istess bajjiet? Jista’ jgħid ukoll għal liema xogħol diġà ġew sottomessi applikazzjonijiet ta' żvilupp jekk tali permessi huma meħtieġa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed issir analiżi mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jiġu identifikati liema bajjiet jista’ jsir titjib fil-faċilitajiet tagħhom.
Min-naħa tat-TZRA ser tagħmel xi xogħlijiet ta’ tisbiħ fil-Bajja taż-Żejtun u ser jibda l-proġett tal-upgrading tal-belveder ta’ Triq San Patrizju, Birżebbuġa magħruf bħala Wied il-Buni. Il-permess meħtieġ diġà ħareġ u s-sejħa għall-offerti tinsab fis-suq.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-ICLA Board? Tista’ tgħid kemm minn dawn il-membri huma persuni b'diżabilità u kemm minnhom qed jtibbenefikaw mis-servizz ta' assistent personali?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw l-ICLA Board huma dawn:
Chairperson
Sur Anatole Baldacchino
Membri
Dott. Agnes Vella
Sur Joseph Bugeja
Dott. Elayne Azzopardi
Sa Doreen Mamo
Segretarja
Sa Mary Rose Farrugia
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li għall-fini ta’ protezzjoni tad-data, mhux etikament ġust li nimmarka dawk il-membri li għandhom xi forma ta’diżabilità. Barra minn hekk ma hemm l-ebda membru tal-Bord li jagħmel użu mis-servizz ta’ assistent personali.