Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qawra — Ċentru tas-Saħħa - pjanti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14457 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti oriġinali li kienu sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta’ ċentru tas-saħħa fil-Qawra? Jista' jqiegħed ukoll kopja tal-pjanti mibdula li ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar għall-istess ċentru tas-saħħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-pjanti oriġinali sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawk ġodda ser inkunu qed jaħdmu fuqhom wara li jsiru diskussjonijiet mal-klijent (Secondary Healthcare).

Kumitati tal-banda — Każini – Konvenji jew kuntratti ta’ xiri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14244, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-każini tal-banda li għalihom sar konvenju jew kuntratt ta' xiri tal-proprjetà tas-soċjetà rispettiva mill-Gvern u jaqsam l-informazzjoni skont jekk dan il-ftehim hux fi stat ta' konvenju jew kuntratt?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond kif gej: BAND CLUB STATUS Soċjetà Filarmonika Santa Marija, Mosta, Konvenju is-Soċjetà Filarmonika San Pietru fil-Ktajjen, Bir¿ebbuġa, Konvenju il-Każin Banda 12th May, Ħaż-¯ebbuġ, Konvenju is-Soċjetà Sant’Andrija, Ħal Lija Konvenju l-Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own, Birkirkara Konvenju Stella Maris, Sliema FTEHIM UTILE DOMINIUM Soċjetà ta’ De Paule, Raħal il-Ġdid Kuntratt Circolo San Giuseppe Sagra Familja, Kalkara Konvenju La Stella Levantina, Ħ’Attard Konvenju Marija Reġina Band Club, Marsa Konvenju Anici Band Club, Ħal Qormi Konvenju

Studenti neqsin mis-smigħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti neqsin mis-smigħ li matul din is-sena skolastika qegħdin jattendu f’kull livell ta’ edukazzjoni b’mod separat għal kull livell ta’ edukazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Home KG Primary Middle School Secondary State 4 0 57 16 25 Church 0 4 18 10 18 Independent 0 0 3 1 1

Studenti neqsin mill-vista

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti neqsin mill-vista li matul din is-sena skolastika qegħdin jattendu f’kull livell ta’ edukazzjoni b’mod separat għal kull livell ta’ edukazzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Home Childcare Centre KG Primary Middle School Secondary State 4 1 8 28 9 17 Church 0 0 1 10 2 4 Independent 0 0 0 5 0 3

Transport Malta — Garaxxijiet/spazji oħra għal garaging ta’ karozzi bil-Y plates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema garaxxijiet jew spazji oħra jistgħu jintużaw għal garaging ta’ karozzi bil-Y plates skont Transport Malta (TM)? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm tibdil dwar liema garaxxijiet jew spazji oħra jistgħu jintużaw għal garaging ta’ karozzi bil-Y plates skont TM matul l-aħħar sitt xhur? Jista’ wkoll jikkonferma jekk dak li qed titlob TM hux konformi ma' dak li titlob/tistabbilixxi l-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tottempera ruħha ma’ dak stipulat f’Leġislazzjoni Sussidjarja 65.33 u Leġislazzjoni Sussidjarja 499.68.

Awtorità tal-Ippjanar – Approvazzjoni għal garaxxijiet/spazji oħra għal garaging ta’ karozzi bil-Y plates

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema garaxxijiet jew spazji oħra qegħdin jiġu approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar għal garaging ta’ karozzi bil-Y plates? Jista' jgħid jekk kienx hemm tibdil dwar liema garaxxijiet jew spazji oħra jiġu approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar għal garaging ta’ karozzi bil-Y plates matul l-aħħar sitt xhur? Jista’ wkoll jikkonferma jekk dak li qed titlob l-Awtorità tal-Ippjanar hux konformi ma' dak li titlob/tistabbilixxi Transport Malta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar tippermetti li garaxxijiet jew spazji ta’ karozzi li jkunu żejda, jintużaw għall-ipparkjar ta’ karozzi bil-Y plates. F’żoni kummerċjali m’hemm l-ebda limitu ghan-numru ta’ karozzi, filwaqt illi f’żoni residenzjali hemm limitu ta’ ħames karozzi, u f’żoni ta’ konservazzjoni urbana hemm limitu ta’ karozza waħda. Ma kien hemm l-ebda tibdil f’dak li qed titlob l-Awtorità tal-Ippjanar għal ipparkjar ta’ karozzi bil-Y plates matul l-aħħar sitt xhur.

Persuni mhux Maltin li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14243, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-informazzjoni mogħtija għal din il-mistoqsija parlamentari tinkludix il-persuni kollha li ngħataw iċ-ċittadinanza matul ix-xahar ta' Diċembru 2023? Jekk le, jista' jgħid kemm kienu dawk il-persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza matul ix-xahar ta' Diċembru 2023 u kemm hu t-total ta' persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza matul is-sena 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li t-total ta’ persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija fix-xahar ta’ Diċembru issa tela’ għal 221. Għalhekk it-total għas-sena kollha issa jammonta għal 2642.

San Pawl il-Baħar – Triq it-Tamar – Dawl adegwat

Question

Jista’ l-Ministru jara li fi Triq it-Tamar, San Pawl il Baħar, ikun hemm dawl adegwat matul it-triq kollha, hekk kif partijiet minn din it-triq jinsabu fi dlam ċappa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi Triq it-Tamar hija triq li fiha sar ħafna żvilupp ta’ bini ġdid fi żmien riċenti. Infurmat li l-Kunsill Lokali ħa ħsieb li fejn żvillupat, it-triq ġiet mgħammra b’dawl adegwat. Intant infurmat ukoll mill-istess Kunsill li fil-parti mudlama kien hemm dawl li minħabba żvilupp ta’ binja kbira dan kellu jinqala’. Madanakollu, infurmat li l-Kunsill qiegħed f’diskussjoni biex id-dawl jerġa' jiġi nstallat.

Ix-Xemxija — Heritage Malta - Roman Baths

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta, jew xi entità oħra li taqa' taħt il-Ministeru, għamlitx xi studju/rapport dwar ir-Roman Baths li hemm fix-Xemxija (qrib ta' fejn kien hemm l-ex Mistra Village Hotel) u dan biex l-inħawi jiġu protetti waqt ix-xogħol li qed isir fuq is-sit tal-ex Mistra Village Hotel? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tirrileva li ma hemmx evidenza li l-fdalijiet arkeoloġiċi riferuti fil-mistoqsija parlamentari huma ta’ banjijiet Rumani. Madanakollu, infurmat li x-xogħlijiet li qed isiru fis-sit tal-ekx Mistra Village Hotel, liema sit qiegħed f’distanza ta’ iktar minn 50 metru mis-sit imsemmi f’din l-interpellanza, huma koperti b’permess u qed jiġu sorveljati arkeoloġikament taħt id-direzzjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.

Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali – Spezzjoni fuq sit f’San Pawl il-Baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali għamilx spezzjonijiet fuq xogħol li kien qed isir fi Triq San Publiju kantuniera ma' Triq San Franġisk, f’San Pawl il-Baħar? Jekk iva, jista’ jgħid xi nstab fuq il-post u x'kienu r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sit inkwistjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali spezzjonat is-sit relattiv nhar is-6 ta’ Diċembru 2023 hekk kif ġiet notifikata bis-sejba. Infurmat ukoll li s-Sovrintendenza ltaqgħet mal-perit responsabbli mix-xogħlijiet u tat istruzzjonijiet sabiex il-feature jiġi investigat iktar u jkun jista’ jiġi determinat in-natura tiegħu biex b’hekk tittieħed deċiżjoni ta’ kif il-feature ikun jista’ jiġi inkorporat.

Permessi għal personalised parking bays

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qabel jinħareġ il-permess għal personalised parking bay iridx jiġi aċċertat li l-persuna, li fuq isimha jkun ser joħroġ il-permess, hijiex persuna li tagħmel użu minn siġġu tar-roti (wheelchair)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-Avviż Legali 174 tal- 2018, l-użu ta’ siġġu bir-roti (wheelchair) huwa wieħed fost il-kriterji sabiex jinħareġ il-permess għal parkeġġ personalizzat.

Transport Malta – Tibdil fil-policy dwar il-personalised reserved parking bays

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar ħames snin kienx hemm tibdil fil-policy dwar il-permessi maħruġa minn Transport Malta għal personalised reserved parking bays? Jekk iva, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti dan it-tibdil?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy addottata minn Transport Malta hija konformi mal-Avviż Legali 174 tas-sena 2018. Transport Malta flimkien mal-Aġenzija Sapport taġġorna l- policies tagħha skont il-ħtieġa tal-persuni b’diżabilita’ u dan sabiex filwaqt li ma jkunx hemm abbuż, il-persuna bid-diżabilita’ tingħata l-attenzjoni li jixirqilha.

Kumitati tal-banda — Każini - Kuntratti ta’ kiri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14244, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-każini tal-banda li għalihom sar kuntratt tal-kiri wara li l-każin tas-soċjetà rispettiva, inxtara mill-Gvern? Jista' wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-kuntratti?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li napprezza l-interess tal-Onor. Interpellant fis-suġġett inkwistjoni, wieħed irid jifhem li hemm proċess li għadu għaddej.

Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra, Naxxar — Trasport għall-iskejjel primarji

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13350, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm hemm studenti fl-iskejjel primarji tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, il-Qawra u n-Naxxar, li jitwasslu l-iskola permezz ta’ trasport ipprovdut mill-Ministeru, maqsuma skola skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Skola Total ta’ studenti Mellieħa 150 San Pawl il-Baħar 231 Qawra 4 Naxxar 117

Il-Mellieħa – Palazz ta’ Selmun — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol ta' restawr li mistenni jsir fil-Palazz ta’ Selmun, fil-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li dan ix-xogħol jibda u meta hu mistenni li jitlesta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Każini sportivi – Proprjetà mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux mistenni li jixtri proprjetà li hi użata bħala każin sportiv jew ċentru sportiv jew għal xi skop ieħor minn għaqda sportiva li iżda mhux proprjetà tal-istess għaqda biex imbagħad tinkera mill-istess għaqda, hekk kif sar fil-każ ta' soċjetajiet mużikali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Proprjetà mikrija — NGOs

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru hux mistenni li jixtri proprjetà li hi użata minn xi għaqda volontarja (NGO) li mhijiex proprjetà tal-istess għaqda biex imbagħad tinkera mill-istess għaqda, hekk kif sar fil-każ ta' soċjetajiet mużikali?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern, permezz tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, joffri spazji sabiex NGOs ikunu jistgħu jagħmlu użu minnhom mingħajr l-ebda ħlas. Dawn il-binjiet huma: 1. Volunteer Centre, 181, Triq Melita, Valletta 2. Volunteer Centre, 17, Triq Bartolomew, Rabat – Malta 3. Volunteer Centre, 63, Triq Herba, Birkirkara – Malta 4. Volunteer Centre, Triq Il-Madonna Tar-Rummiena, Ix-Xewkija - Għawdex Barra minn hekk, il-Gvern jgħin lil dawn l-għaqdiet billi jipprovdi tramite l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat ammont ta’skemi ta’ fondi li jqarrbu żewġ (2) miljun ewro fis-sena. Il-portal volunteers.mt, jiġbor numru ta' servizzi li qed jiżdiedu maż-żmien, immirati kemm għall-voluntiera u anki għall-għaqdiet volontarji. Miċ-ċentri tal-volontarjat, tingħata wkoll assistenza u kull informazzjoni mitluba fuq bażi one-to-one dwar dawn l-iskemi ta’ fondi kif ukoll dwar servizzi oħra fosthom Voluntiera Malta, li tinkoraġġixxi l-volontarjat, skemi għal parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-volontarjat kif ukoll is-sit ‘SimplyGiving’ li huwa sit dedikat sabiex jgħin għaqdiet żgħar jiġbru l-fondi. Fil-mument mhux mistenni li jinxtraw propjetajiet li huma użati minn xi għaqdiet volontarji (NGO).

Proprjetà mikrija — NGOs relatati mal-kultura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux mistenni li jixtri proprjetà li hi użata minn xi għaqda volontarja (NGO) relatata mal-kultura li mhijiex proprjetà tal-istess għaqda biex imbagħad tinkera mill-istess għaqda, hekk kif sar fil-każ ta' soċjetajiet mużikali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ma jidhirlix li nista' nwieġeb domandi li qegħdin daqshekk fl-ipotetiku.

San Pawl il-Baħar – Triq it-Tamar – Dawl adegwat

Question

Tista’ l-Ministru tara li fi Triq it-Tamar, San Pawl il-Baħar, ikun hemm dawl adegwat matul it-triq kollha, hekk kif partijiet minn din it-triq jinsabu fi dlam ċappa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Skema 'Irrestawra Darek' – Persuni li ntgħażlu bil-polza

Question

B'referenza għall-aħħar skema 'Irrestawra Darek', jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew approvati, wara li telgħet ix-xorti (telgħet il-polza) u jgħid ukoll minn liema lokalitajiet kienu dawk li ntgħażlu, lokalità, lokalità?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.