Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz tal-Ferry – passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li qasmu minn Tas-Sliema għall-Belt Valletta u mill-Kottonera għall-Belt Valletta, u vice versa fiż-żewġ rotot matul is-sena 2023 separatament għal kull rotta f'kull direzzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2023, it-total ta’ passiġġieri li qasmu bejn Tas-Sliema u l-Belt Valletta kien jammonta għal 760,385 passiġġier, filwaqt li t-total ta’ passiġġieri li qasmu bejn il-Belt Valletta u l-Kottonera kien jammonta għal 497,998 passiġġier. L-istatistika disponibbli turi figuri konġunti fir-rigward tad-direzzjonijiet tat-traġitti rispettivi.

Servizz tal-Ferry – Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2024 kienx hemm żieda fil-prezz tas-servizz tal-ferry għal dawk li ma jagħmlux użu minn Tallinja card bejn il-Kottonera u l-Belt Valletta u Tas-Sliema u l-Belt Valletta, u vice versa u jekk iva, meta daħlet fis-seħħ din iż-żieda fil-prezz? Kemm kien il-ħlas għas-servizz qabel u wara din iż-żieda fil-prezz? Jista’ jgħid min awtorizza din iż-żieda fil-prezz?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Servizz ta’ Assistenza Personali — Użu tas-sussidju

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14455, tista' l-Ministru tispeċifika kif inhuma maqsuma skont l-età l-persuni li għandhom minn 36-il sena 'l fuq li preżentement qegħdin jibbenefikaw minn sussidju għal Direct Payment, għal Independent Community Living, u għal Assistenti Personali, bl-informazzjoni tingħata għal kull servizz?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-persuni li fil-preżent qed jibbenefikaw mis-sussidji għal Direct Payment, Independent Community Living u Assistenti Personali u li għandhom ’il fuq minn 36 sena, huma maqsumin skont l-età kif ġej: Ammont ta’ benefiċjarji ’l fuq minn 36 sena Etajiet Direct Payment 36 2 x 36 sena 5 x 37 sena 3 x 38 sena 1 x 39 sena 2 x 40 sena 3 x 41 sena 1 x 42 sena 1 x 43 sena 1 x 45 sena 1 x 46 sena 1 x 48 sena 1 x 49 sena 1 x 51 sena 1 x 52 sena 1 x 53 sena 1 x 54 sena 2 x 55 sena 1 x 57 sena 2 x 60 sena 1 x 61 sena 1 x 62 sena 2 x 64 sena 1 x 72 sena Independent Community Living 20 1 x 36 sena 1 x 37 sena 2 x 39 sena 1 x 41 sena 1 x 42 sena 4 x 46 sena 1 x 49 sena 1 x 51 sena 1 x 52 sena 1 x 55 sena 1 x 57 sena 1 x 59 sena 3 x 63 sena 1 x 64 sena Personal Assistant 52 1 x 36 sena 5 x 39 sena 2 x 40 sena 1 x 41 sena 2 x 42 sena 1 x 43 sena 1 x 44 sena 3 x 45 sena 1 x 46 sena 2 x 47 sena 3 x 48 sena 1 x 49 sena 1 x 50 sena 2 x 51 sena 1 x 52 sena 2 x 53 sena 1 x 54 sena 1 x 56 sena 1 x 57 sena 2 x 58 sena 3 x 59 sena 4 x 60 sena 1 x 61 sena 1 x 62 sena 1 x 63 sena 3 x 64 sena 1 x 66 sena 1 x 67 sena 2 x 70 sena 1 x 72 sena Total 108

San Pawl il-Baħar — Triq San Publiju - Proġett

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14113, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu, dwar proġett fi Triq San Publju, f’San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’irriżulta mill-ispezzjonijiet li saru mis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi ghar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14668.

Il-Mellieħa — Palazz ta' Selmun - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14592 u jgħid x’inhu x-xogħol ta' restawr li mistenni jsir fil-Palazz ta’ Selmun, fil-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li dan ix-xogħol jibda u meta hu mistenni li jitlesta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Każini Sportivi — Proprjetà mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14593 u jgħid jekk il-Ministeru hux mistenni li jixtri proprjetà li hi użata bħala każin sportiv jew ċentru sportiv jew għal xi skop ieħor minn għaqda sportiva li iżda mhux proprjetà tal-istess għaqda biex imbagħad tinkera mill-istess għaqda, hekk kif sar fil-każ ta' soċjetajiet mużikali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament m’hemm l-ebda ħsieb li jsir dan.

Skejjel Primarji — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' studenti li bdew jattendu l-iskejjel primarji f’Malta u Għawdex fis-sena skolastika 2023-2024? Jista' l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni skola, skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti li bdew din is-sena skolastika fl-iskejjel primarji f’Malta u Għawdex kien ta’ 21,998 student.

Skejjel Primarji — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm preżentement hu t-total ta' studenti li qegħdin jattendu l-iskejjel primarji f’Malta u Għawdex? Jista' l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni skola, skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ studenti li jattendu fl-iskejjel primarji f’Malta u Għawdex hu ta’ 22,120 student.

San Pawl il-Baħar — Triq San Publiju - Proġett

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14511 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14113 dwar proġett fi Triq San Publju, f’San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’kienet ir-raġuni li qabel kienu ntalbu permessi DNO għall-istess xogħol?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minkejja li kellhom isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni, xorta intalbu permessi DNO.

Skema 'Irrestawra Darek'

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14230 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi u ċjoè: B'referenza għall-aħħar skema 'Irrestawra Darek', jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew approvati, wara li telgħet ix-xorti (telgħet il-polza) u jgħid ukoll minn liema lokalitajiet kienu dawk li ntgħażlu, lokalità, lokalità?

Response (CAMILLERI, CLINT)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14230 u 14955, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskop tal-polza ma kienx li jintgħażlu jew jiġu esklużi xi reġistrazzjonijiet. Fil-polza, il-172 reġistrazzjoni tpoġġew f’ordni li fih it-talbiet ser jibdew jiġu mixtarra mill-Awtorità tal-Ippjanar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-polza li turi il-lokalità ta’ kull reġistrazzjoni. Kull waħda minn dawn ir-reġistrazzjonijiet issa tiġi ċċekjata biex l-Awtorità tiżgura li l-propjetà tikkwalifika għal fondi skont il-linji gwida li tħabbru meta tnegħdiet l-iskema, u l-persuni li ssottomettew ir-reġistrazjoni jkunu nfurmati jew li t-talba hija invalida (eż għax il-propjetà tkun ġa bbenefikat minn fondi oħra simili fil-passat) jew li fil-prinċipju t-talba tikkwalifika u għalhekk il-persuna tkun mistiedna tikkuntatja Perit biex tiġi sottomessa applikazzjoni formali bit-dettalji meħtieġa ħalli aktar tard ikun jista’ jiġi deċiż jekk ix-xogħlijiet konċernati jikwalifikawx għal fondi. In-numru ta’ proprjetajiet li ser jibbenefikaw mill-iskema jvarja skont kemm jiġu approvati li jintużaw fondi f’talbiet preċedenti (dejjem skont l-ordni definit fil-polza tal-11 ta’ Diċembru 2023).

Naxxar — Triq il-Fortizza tal-Mosta - Rotot tal-linja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14507 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi, rigward rotot tal-linja li jservu ż-żona ta’ Triq il-Fortizza tal-Mosta, n-Naxxar, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jkun hemm bus shelters fi Triq il-Fortizza tal-Mosta, n-Naxxar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar illi fi Triq il-Fortizza tal-Mosta m’hemmx bus stop u għalhekk l-istess l-Kunsill qatt ma seta’ jikkunsidra li jinstalla jew ħass il-ħtieġa li jkun hemm bus shelters.

CDAU — Trasferiment

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4206, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm rigward it-trasferiment taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi l-pjanijiet sabiex is -CDAU jimxi għal post ieħor għadhom fi stadju ta’ diskussjoni.

CDAU — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’servizzi diversi jingħataw miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li s-CDAU joffru dawn is-servizzi: (a) Neurodevelopmental Paediatician. (b) Fizjoterapija. (c) Occupational therapy. (d) Speech and Language Pathologist. (e) Psikjatrija. (f) Infermiera. It- tfal kollha jigu irriferuti l-Mater Dei Audiology Sectiom l - ENT Outpatients biex issirilhom test tas-smiegħ.

Għaqdiet volontarji registrati — 2023

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata tal-għaqdiet volontarji kollha reġistrati sal-aħħar tas-sena 2023? Tista’ tgħid ukoll kemm kien it-total tal-għaqdiet volontarji reġistrati sal-aħħar tas-sena 2023?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sal-aħħar tas-sena 2023 kien hemm total ta’ 1862 għaqda volontarja reġistrata. Ninfurmaha wkoll li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista aġġornata tal-għaqdiet volontarji kollha reġistrati sal-aħħar tas-sena 2023.

Persuni mhux Maltin li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14243, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji mitluba fil-mistoqsija parlamentari, u ċjoè jagħti tagħrif dwar fuq liema kriterji indikati fil-Kap 188 (Att dwar iċ-Ċittadinanza), ingħataw iċ-ċittadinanzi indikati fit-tweġiba, maqsuma xahar b’xahar, u liema kienet iċ-ċittadinanza maqsuma xahar xahar u pajjiż pajjiż, tal-persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija fil-perjodu ndikat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

In-Naxxar – Vjal il-Labour – Knis u tindif

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-iskeda tal-knis u tindif ieħor fi Vjal il-Labour, fin-Naxxar? Jista' jgħid jekk dan il-knis u tindif huwiex qed isir regolarment?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Vjal il-Labour fin-Naxxar titnaddaf (knis u qtugħ ta’ ħaxix ħażin) regolarment mill-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni darbtejn fil-ġimgħa.

Appelli għall-blue badge pendenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il appell għal blue badge hemm pendenti (fuq il-lista ta’ stennija)? Meta hu mistenni li dawn l-appelli jiġu konklużi u l-applikant ikun infurmat bid-deċiżjoni tal-appell?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-bord tal-appelli tal-Blue Badge jiltaqa’ darba fix-xahar, normalment nhar ta’ Ġimgħa, u medjament jara sitta u għoxrin (26) każ f’kull laqgħa. Sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija hemm ħamsin (50) applikant fuq il-lista ta’ stennija. Wara kull laqgħa, l-ittra ta’ deċiżjoni tintbagħat lill-Pulizija għall-firma u timbru neċessarji, f’inqas minn ġimgħa minn meta tkun saret il-laqgħa u l-ittra tintbagħat lill-appellanti fl-istess ġimgħa jew il-ġimgħa ta’ wara.

CDAU – Servizzi – Lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal xi servizz fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), maqsuma servizz servizz, sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x’inhuma l-etajiet ta’ dawn il-persuni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mill-aspett tal-assessjar mill-Pediatric Unit, m'hemm l-ebda lista ta’ stennija. It-tfal li jiġu assessjati għandhon minn 0 sa 16-il sena.

Statementing Moderating Panel – Tfal u żgħażagħ li għandhom bżonn LSA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal jew żgħażagħ li qed jistennew li jidhru quddiem l-iStatementing Moderating Panel sabiex jiġi determinat jekk dawn ikollhomx bżonn Learning Support Assistant (LSA) fl-aħħar tas-sena 2022 u fl-aħħar ta-sena 2023 separatament? Għal kull sena, jista’ jgħid kemm-il talba għal statementing report kien hemm u kemm minn dawn ġew statemented?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li matul l-2022 kien hemm total ta’ 990 applikazzjoni u ngħataw 808 statement of needs. Filwaqt li matul l-2023 kien hemm total ta’ 1,030 applikazzjoni u ngħataw 840 statement of needs.