Naxxar — Triq il-Fortizza tal-Mosta - Rotot tal-linja
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14507 u 14956, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bus stops li jservu Triq il-Fortizza tal-Mosta, Naxxar u jekk ma hemmx, jgħid jekk hux possibli li jsiru bus stops f'din l-istess triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari bin-numru 14507 fejn kien speċifikat li l-ebda rotta tat-trasport pubbliku ma tgħaddi minn Triq il-Fortizza tal-Mosta, Naxxar, u li madanakollu, hemm rotot tas-servizz tat-trasport pubbliku li jgħaddu mill-viċinanzi u cioe’ minn Triq Murray u Triq San Pawl fin-Naxxar.
Inżid li qed tittieħed nota ta’ din il-proposta u ser tkun qed tiġi evalwata tali possibilità.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm bdil fl-użu ta' Dar Narċis ġewwa l-Faċilità San Vincenz de Paul matul l-aħħar sena? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm residenti jew pazjenti fl-istess dar li ġew imwaqqfa milli jużaw is-servizzi f'din id-dar? Jekk iva, jista' jgħid jekk dawn l-istess persuni ngħatawx alternattiva għas-servizzi li kienu jibbenefikaw minnhom f'Dar Narċis?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant, li l-iskop ewlieni tan-Narċis huwa li jipprovdi riabilitazzjoni għal persuni bejn it-18 u d-59 sena, speċjalment dawk il-persuni li jeħtieġu riabilitazzjoni aktar fit-tul, bl-għan ewlieni jkun li dawn eventwalment, jiġu rilaxxati f’ambjent komunitarju.
Narċis kien qed jipprovdi wkoll servizzi ta’ respite fuq bażi temporanja bħala l-funzjoni sekondarja tiegħu, madankollu dan is-servizz kien dipendenti fuq id-disponibilita’ tal-post peress li l-għan proprju huwa dak ta’ riabilitazzjoni.
Persuni li temmew il-kura tagħhom fin-Narċis jinkludu 3 individwi li ġew rilaxxati lura fil-komunita’ - persuna waħda rritornat id-dar b’suċċess u 2 persuni oħra rritornaw f’ambjent komunitarju, skont il-ħtiġijiet partikolari tagħhom.
Ir-rwol ta’ Narċis dan l-aħħar ġie rivedut u bħalissa se jiġi pprovdut biss mill-pjan terran u għalhekk is-sodod disponibbli se jiġu utilizzati minn klijenti li jeħtieġu riabilitazzjoni. Għalhekk is-servizz ta’ respite mhux se jibqa’ jingħata, pero l-persuni li jeħtieġu dan is-servizz se jkunu ggwidati lejn oqsma oħra li jistgħu jagħtu servizz bħal dan. Kellna persuna waħda li talbet respite fin-Narċis u minflok ġiet offruta alternattiva oħra f’Dar il-Kaptan.
Lokalitajiet fejn mhux permess li persuni jixorbu alkoħol f'postijiet pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet mhux permess li persuni jixorbu alkoħol f'postijiet pubbliċi jew ikollhom fil-pussess tagħhom alkoħol f'kontenituri mhux issiġġillati u/jew tal-ħġieġ, dan skont bye-law għal dik il-lokalità partikolari? Għal kull lokalità, jista' jgħid kemm-il persuna nqabdet tikser din il-bye-law u kemm-il taħrika nħarġet? Kemm minn dawn it-taħrikiet ġew imħallsa, kemm għadhom pendenti u kemm minnhom ġew ikkontestati u l-persuna ma nstabitx ħatja? Għal kull lokalità, jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li ħarġu kull waħda minn dawn it-taħrikiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Membru dwar lokalitajiet fejn hemm Bye Laws li jkopru kontravenzjonijiet ta’ xorb ta’ alkoħol f' postijiet pubbliċi u kontravenzjonijiet relatati, jinsabu fit-tabella t’hawn taħt, miġbura skont il-lokalità. It-tabella tkopri l-perjodu mis-17 ta’ Jannar 2017 sa 29 ta’ Jannar 2024. Hemm ukoll Bye Laws tal-Isla (SL 363.226) u l-Għarb, Għawdex (SL 363.229), fejn ma kienx hemm kontravenzjonijiet reġistrati fis-sistema elettronika, f’dan il-perjodu.
Local Council / Offence
Grand Total
MARSA SL 363.191 Beverages in Glass Container and Consumption of Alcohol in Public Places
(Marsa Local Council) Bye-Laws
1,340
As a person you carried alcoholic beverages in any public place which were not in a sealed unopened container
1,120
As a person you consumed alcohol in the streets or public places other than in the designated areas
220
SAN GILJAN SL 363.113 Beverages in Glass Containers and Consumption of Alcohol in Public Places
(San Giljan Local Council) Bye Laws
388
As a commercial establishment that operates in the locality of San Giljan selling beverages, you failed to provide containers made of a material other than glass if such beverage is to be consumed in a public place
3
As a person you carried alcohol in in any public place other than in a sealed unopened container (San Giljan Local Council)
339
As a person you loitered in any public place while holding or having on your person any glass containers (San Giljan Local Council)
18
As a person you consumed alcohol in public places other than in the designated areas (San Giljan Local Council)
28
HAMRUN SL 363.217 Consumption of Alcoholic Beverages in Public Places
(Hamrun Local Council) Bye-Laws
254
As a person you carried alcoholic beverages which were not in a sealed recipient
94
As a person you loitered in any public space while holding or in possession of alcoholic beverages
160
SAN PAWL IL-BAHAR
SL 363.228 Consumption of Alcoholic Beverages in Public Places
(Local Council San Pawl il-Bahar) Bye Laws
248
As a person you consumed alcohol in public places other than in the designated areas (San Pawl il-Bahar Local Council)
227
As a person you loitered in any public place while holding or having on your person any alcoholic beverages (San Pawl il-Bahar Local Council)
20
As a person you loitered in any public place while holding or in possession of a glass container
1
RABAT-Gozo
SL 363.183 Beverages in Glass Containers and Consumption of Alcohol in Public Places
(Victoria Local Council)
46
You carried alcohol or any other drink in public places other than in a sealed unopened container (Victoria Gozo)
46
ZEBBUG-Gozo SL 363.237 Beverages in Glass Containers and Consumption of Alcohol in Public Places, and Catering Establishments in Outdoor Spaces
(Zebbug Gozo Local Council) Bye-laws
42
As a person you loitered in any public place while holding, carrying or having in your possession or on your person alcoholic beverages (Zebbug Gozo Local Council)
42
GZIRA SL 363.182 (Consumption of Alcoholic Beverages in Public Places
(Gżira Local Council)
3
You loitered in any public place holding or having on your person any alcoholic beverages
3
MSIDA SL 363.222 Beverages in Glass Containers and Consumption of Alcohol in Public Places
(Imsida Local Council) Bye-Laws
2
You carried alcohol or any other drink in public places other than in a sealed container
2
BIRZEBBUGA SL 363.193 Beverages in Glass Containers in Public
(Birzebbuga Local Council) Bye-Laws
1
As a person you carried alcohol or any other drinks in glass containers in any public place other than in a sealed unopened container (Birzebbuga Local Council)
1
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet jew żoni ser ikun hemm skwadra speċjali ta' pulizija, bħal per eżempju intelligence-led policing? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li dan is-servizz jibda jingħata għal kull lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi intelligence-led policing mhix skwadra speċjali tal-Korp tal-Pulizija.
Ninsab infurmat illi dwar skwadri speċjaliżżati ta’ pulizija f’lokalitajiet f’dawn il-gżejjer, l-Onorevoli Membru konxja li diġa hemm diversi lokalitajiet li huma koperti min tali skwadri u cioe’ mill-Crime Prevention and Community Policing Teams (CPT). Dan illum ġie estiż għal erba’ u erbgħin lokalita li jammontaw għal 85% tal-lokalitajiet f’pajjiżna. It-tabella turi wkoll il-kumplament ta’ lokalitajiet fejn huwa previst illi l-Pulizija tal-Komunita jibdew joperaw fiż-żmien li ġej.
Lokalitajiet f’Malta fejn joperaw Pulizija tal-Komunita
Attard
Kirkop
Msida
Sta Venera
Balzan
Kottonera
Mtarfa
Siggiewi
Birżebbugia
Lija
Paola
Sta Lucia
Dingli
Luqa
Pembroke
Swieqi
Fgura
Marsa
Pieta
Ta’ Xbiex
Floriana
Marsascala
Qrendi
Tarxien
G'Mangia
Marsaxlokk
Rabat
Valleta
Gżira
Mdina
Safi
Xgħajra
Ħamrun
Mellieħa
San Giljan
Zabbar
Iklin
Mosta
San Gwann
Zebbuġ
Kalkara
Mqabba
San Pawl il-Baħar
Zurrieq
Lokalitajiet fejn hu previst li jibdew joperaw Pulizija tal-Komunita
Birkirkara
Naxxar
Għargħur
Zejtun
Gudja
Ħal- Għaxaq
Qormi
Sliema
Il-Korp kommess li joffri servizz reġjonali fil-qasam tal-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika wara li ġie miftuħ hub ġdid ġewwa Santa Luċia. Waqt li dan ic-ċentru ser jaqdi il-ħtiġijiet relatati ma’ Vjolenza Domestika għar-reġjun tan-nofsinhar ta’ Malta, hemm proġett ieħor, u għaddejjin arranġamenti biex eventwalment jinfetaħ ċentru li jlaħħaq it-Tramuntana tal-pajjiż. Dan waqt li jkompli jiġi offrut is-servizz kontra l’Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika mill-Kwartieri Generali tal-pulizija.
Roads Policing ser tkun skwadra speċjaliżżata ġdida fil-Korp tal-Pulizija, iffukata sabiex tassisti fis-sigurtà tat-toroq tagħna. Din l-iskwadra ser tassisti wkoll sabiex, wara li jsiru l-emendi legali meħtieġa, jitnaqqas id-dewmien tal-ftuħ mill-ġdid tat-toroq wara xi inċident tat-traffiku.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ssottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green? Jekk iva:
(a) Kemm-il proġett ġie sottomess minn dan il-Kunsill Lokali?
(b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta?
(ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess?
(d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati u kemm hu l-ammont li ġie approvat għall kull proġett?
(e) Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti, photo montages, 3D Visuals eċċ. ta' kull proġett sottomess?
(f) Jekk proġetti sottomessi ma jkunux ġew ikkunsidrati minn Project Green, dawn jistgħu jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru?
(g) Tista’ tgħid jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu ameljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament meħtieġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li Project Green irċeviet applikazzjoni waħda mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għall-Community Greening Grant. Dan il-proġett ġie magħżul u se jsir fuq medda ta’ 2,000 metru kwadru ta’ spazju miftuħ li bħalissa jinsab mitluq f’żona residenzjali f’din il-lokalità. Dan is-sit se jiġi riġenerat fi ġnien u fih se jsiru wkoll tliet ġwiebi biex l-ilma maħżun fihom jintuża għat-tisqija tas-siġar u l-pjanti li se jitħawlu fl-istess ġnien. Aktar dettalji dwar dan il-proġett ser jitħabbru aktar ‘il quddiem.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni maqsuma skont is-sess tal-persuna dwar rapporti ta' suwiċidju u attentati ta' suwiċidju separatament għas-sena 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi skond ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, matul is-sena 2023 kien hemm 27 suwiċidju f’Malta u Għawdex. Minn dawn kien hemm 24 raġel u 3 nisa.
Kien hemm 49 raġel u 59 mara li ġew irrapurtati li għamlu attentat ta’ suwiċidju.
Infakkar lill-Onor. Iterpellant li f’Lulju tal-2019, il-Ministeru għas-Saħħa ippublika l-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali u din il-materja ġiet indirizzata fl-istrateġija.
Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-istrateġija tas-Saħħa Mentali li qed tiġi implimentata bħalissa huwa li jitnaqqsu l-każijiet ta’ suwiċidju. Professjonisti fis-Saħħa Mentali qed jiġu mħarrġa fuq riskju ta’ suwiċidju. Bħala parti minn programm tal-EU, Joint Action ImpleMENTAL, qed titħejja Strateġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju. Inħatar ukoll Advisory Board magħmul minn professjonisti tas-Saħħa, u rappreżentanti ta’ diversi entitajiet fosthom tal-edukazzjoni, l-pulizija, l-ħabs, l-università, NGOs u oħrajn li qed jagħtu l-kontribut tagħhom biex inaqqsu l-każijiet ta’ suwiċidju.
Servizz importanti li qed jingħata hu permezz tal-helpline 1579 li jopera 24 siegħa kuljum. Dan jofri l-ewwel għajnuna fejn persuni li għandhom bżonn jitkellmu fuq l-isfidi mentali tagħhom u d-diffikultajiet relatati mal-ħajja bħas-solitudni, anzjeta jew kontemplazzjoni ta’ suwiċidju jistgħu jiddiskutuwhom ma’ tim ta’ professjonisti fil-psikoloġija.
Matul l-2023, il-Helpline irċieva total ta’ 7,636 telefonata. Dawk li ċemplu ġew ipprovduti b’appoġġ emozzjonali immedjat, kif ukoll pariri u gwida prattika. Oħrajn ġew assistiti biex jaċċessaw is-servizzi tas-saħħa mentali u aġenzji oħra tal-gvern, skond il-bżonn.
Qed jiġi offrut ukoll is-Servizz tal-Crises Resolution Home Treatment (CRHT) fejn persuni li jippreżentaw fl-Emerġenza ta’ l-isptar Mater Dei bi krizi mentali, jiġu referuti għas-servizz ta’ CRHT. Permezz ta’ dan is-servizz, l-għajnuna professjonali tingħata mmedjata u ntensiva għal numru ta’ ġimgħat. Il-persuni jiġu segwiti f’dan il-Unit u fi djarhom fejn jingħataw sapport intensiv sabiex bl-għajnuna tal-professjonisti, jsibu l-ħiliet biex itejbu saħħithom, jissuperaw s-sitwazzjonijiet diffiċli fil-ħajja tagħhom u jkomplu jgħixu fil-kommunita’ mingħajr il-bżonn li jkunu rikoverati l-isptar. Fis-sena 2023 dan it-tim segwa 323 persuna, 22 persuna biss kellhom bżonn jiġu rikoverati fl-isptar Monte Karmeli.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14597 dwar dawl adegwat fi Triq it-Tamar, f'San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li l-partijiet mudlama ta' din it-triq ikun fihom dawl adekwat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-istess Kunsill ser ikun qieghed jindirizza din is-sitwazzjoni.
Persuni mhux Maltin li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14243 u 14781, jista' l-Ministru jagħti tagħrif, xahar b'xahar, dwar kemm minn dawk li ngħataw iċ-ċittadinanza ħadu ċ-ċittadinanza għax iżżewġu lil Malti jew Maltija? Jista' wkoll jagħti tagħrif, xahar b'xahar, dwar kemm ingħataw iċ-ċittadinanza fuq bażi ta' mertu, permezz ta' skemi ta' investiment, u kemm fuq skemi oħra separatament għal kull raġuni għaliex ingħatat din iċ-ċittadinanza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-mistoqsija numru 15611 ninsab infurmat li l-informazzjoni mogħtija fir-risposti 14243 u 14781 tikkonsisti f’dik l-informazzjoni li tingħata lill-Eurostat li Malta hi obbligata li tagħti skont ir- REGULATION (EC) No 862/2007 OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL of 11 July 2007 on Community statistics on migration and international protection u liema nformazzjoni tiġi pubblikata minn din l-Entita tal-Kummissjoni Ewropea mingħajr ebda dettalji dwar il-bażi tal-akkwist.
Biss ninforma lill-Onor Interpellant ukoll li kif mitlub bil-liġi, il-quddiem se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra rapport, mħejji mir-Regolatur, maħtur taħt id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, li jkun fih informazzjoni għas-sena 2023, li tirrigwarda l-akkwist taċ-ċittadinanza taħt ir-Regolamenti dwar l-Għoti taċ-Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appell għal personalised parking bay hemm pendenti (fuq il-lista ta’ stennija)? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li dawn l-appelli jiġu konklużi u l-applikant ikun infurmat bid-deċiżjoni tal-appell?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ jeżisti l-ebda proċess ta’ appell għall-Personalised Parking Bays u għaldaqstant ma hemm l-ebda appell pendenti. Inżid li l-Awtorità taġixxi skont rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Sapport liema rakkomandazzjoni ssir abbażi ta’ kriterji maqbula bejn l-Awtorità u l-Aġenzija.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14965, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal kull wieħed mis-servizzi offruti fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), kif imsemmja fl-istess tweġiba, maqsuma servizz servizz, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll x’inhuma l-etajiet ta’ dawn il-persuni maqsuma f'age brackets differenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mhemm l-ebda lista ta’ stennija għall-assessjar mill-pedjatri.
Statementing Moderating Panel – Tfal u żgħażagħ li għandhom bżonn LSA
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14892, jista' l-Ministru jagħti l-etajiet (maqsuma f'age brackets) għaċ-ċifri mogħtija fl-istess tweġiba fir-rigward tal-persuni li kienu/qed jistennew li jidhru quddiem l-iStatementing Moderating Panel sabiex jiġi determinat jekk dawn kellhomx/ikollhomx bżonn Learning Support Assistant (LSA)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li r-reviews isiru b’mod kontinwu fejn kull xhar ikun hemm tibdil fl-ammonti ta’ referrals. Għal privatezza u s-sigurta tal-individwi, tali nformazzjoni ma tistax tiġi ppublikata.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9185, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender għal manutenzjoni estensiva tas-Selmun Palace Hotel fil-Mellieħa nħariġx? Jekk iva, jista' jagħti dettalji dwar dan it-tender u jekk dan ġiex aġġudikat? Jekk le, jista’ jgħid meta hu mistenni li jinħareg dan it-tender?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Selmun Palace Hotel – Pjan biex tiġi żviluppata mill-ġdid
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-Gvern fir-rigward tas-Selmun Palace Hotel fil-Mellieħa, u jekk hemmx ħsieb li din il-binja tinbiegħ sabiex din tiġi żviluppata mill-ġdid?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk isirux spezzjonijiet matul il-lejl sabiex jiġi assigurat li d-dwal tat-toroq ikunu mixgħula? Tista’ tgħid ukoll x’inhi r-raġuni li diversi żoni bħal parti kbira mill-Wardija, Triq Ta’ Ġiorni ġewwa San Ġiljan u parti minn Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar (iż-żona tar-roundabout), fost oħrajn, ilhom mitfija għal diversi ġimgħat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li spezzjonijiet matul il-lejl isiru regolarment mit-tekniċi tal-Enemalta. Fir-rigward tal-ilmenti msemmija dwar iż-żoni indikati fil-Wardija u San Pawl il-Baħar ninsab infurmata li l-ħsarat kienu kkawżati minħabba l-maltemp u riħ qawwi li għamel u ttieħdet azzjoni dwarhom. Fil-każ ta’ Triq Ta’ Giorni f’San Ġiljan instabu ħsarat f’lampa li rriżulta li ġiet installata rregolarment u kienet qed taffettwa lampi oħrajn fl-inħawi. Għaldaqstant, din il-lampa ġiet skonnettjata filwaqt li l-Kunsill Lokali kien notifikat biex jirregolarizza l-installazjoni tagħha.
Naxxar — Triq il-Fortizza tal-Mosta - Rotot tal-linja
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14507 dwar rotot tal-linja li jaqdu lir-residenti ta’ Triq il-Fortizza, Naxxar, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mappa li turi minn fejn tgħaddi kull rotta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mappa li turi minn fejn jgħaddu rotot 49, 103 u 260 hekk kif indikat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 14507 u li joperaw fuq rotot kif isegwi:
• Rotta 49 topera bejn l-Għadira u il-Belt Valletta,
• Rotta 260 topera bejn il- Għargħur u il-Belt Valletta via l-Isptar Mater Dei,
• Rotta 103 topera bejn Pembroke u il-Mosta.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Sejħiet għal Allied Health Professional (Occupational Therapy)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, matul l-aħħar sitt xhur ħariġx sejħiet għal Allied Health Professional (Occupational Therapy)? Jekk iva, jista’ jgħid jekk wieħed mill-kriterji sabiex tikkwalifika għal dan ix-xogħol kinitx li trid tkun Third Country National? Jekk iva, kemm kien hemm Maltin li applikaw, iżda minħabba li kienu Maltin ma kkwalifikawx għal dan ix-xogħol?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab informat li f’dawn l-aħħar sitt (6) xhur, il-Ministeru (Saħħa) ħareġ żewġ sejħiet għall-Allied Health Professional (Occupational Therapy). Waħda mis-sejħiet kienet miftuħa għall-applikanti Maltin kif ukoll Ewropej u l-oħra kienet għall-applikanti li huma Third Country Nationals. Din ta’ l-aħħar inħarget għax ma kienx hemm biżżejjed applikanti fl-ewwel sejħa. Qed jiġi kkjarifikat li skont ir-regolamenti l-applikanti tal-ewwel sejħa jiġu ngaġġati b’mod indefinit. Filwaqt li l-applikanti għall-sejħiet għal Third Country Nationals jiġu ingaġġatti b’mod definit. Iż-żewġ applikanti Maltin li applikaw fit-tieni sejħa ma’kienux eliġibli skont il-kriterji tas-sejħa.
Ninsab infurmat ukoll li dalwaqt ser tinħarreġ sejħa oħra li jkunu jistgħu japplikaw għaliha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina bl-isem ‘Blinatumomab’ li tintuża għall-kura tal-kanċer hix liċenzjata biex tingħata ġewwa pajjiżna? Jekk iva, jista' jgħid liema pazjenti qegħdin jingħataw din il-mediċina? Jekk le, jista' jgħid hemmx ħsieb li din il-mediċina tiġi liċenzjata biex tingħata ġewwa pajjiżna?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li il-mediċina bl-ingredjent attiv ‘Blinatumomab’ hija lliċenzjata b’mod iċċentraliżat mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini. B’dan il-mod hija aċċessibli minn kull pajjiż Ewropew.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14594 tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-NGOs li jagħmlu użu minn kull wieħed mill-erba' spazji msemmija fl-istess tweġiba? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda tal-użu ta’ kull wieħed minn dawn l-ispazji?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta’ dawk l-NGOs li jagħmlu użu minn kull wieħed mill-erba’ spazji msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru vetturi mit-toroq madwar Malta u Għawdex matul is-sena 2023, maqsuma lokalità, lokalità? Jista' jgħid ukoll kemm baqa' vetturi abbandunati, mkissra eċċ. fit-toroq li għalkemm ġew irrappurtati, għadhom ma nġabrux, maqsuma lokalità, lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru vetturi mit-toroq madwar Malta u Għawdex matul is-sena 2023, maqsuma lokalità, lokalità? Jista' jgħid ukoll kemm baqa' vetturi abbandunati, mkissra eċċ. fit-toroq li għalkemm ġew irrappurtati, għadhom ma nġabrux, maqsuma lokalità, lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.