Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vapuri tal-Gozo Channel — Ġarr ta’ vetturi u persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni u kemm hu n-numru ta’ vetturi li kull vapur tal-Gozo Channel hu awtorizzat li jġorr waqt li jkun qed jaqsam bejn Malta u Għawdex u jekk dan in-numru ta’ persuni u vetturi li jistgħu jinġarru inbidilx minn meta bdew joperaw f’Malta dawn il-vapuri? Jekk iva, kif inbidel in-numru ta’ persuni u vetturi li jistgħu jinġarru? Meta sar il-bdil, minn liema vapuri, u x’kienet ir-raġuni għal dan? Jista’ jgħid ukoll mill-vapuri li ssemmew, liema huma dawk li bħalissa qegħdin joperaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk id-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ. (irrispettivament mill-mod kif inhuma deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Għal kull wieħed, tista' tgħid min huma ċ-Chairpersons, CEOs eċċ, irrispettivament mill-mod kif inhuma deskritti, u f'kull każ tgħid: a) kull persuna kemm ilha fil-ħatra u b) meta tiġi fi tmiemha l-ħatra attwali ta' kull persuna?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ. (irrispettivament mill-mod kif inhuma deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull wieħed, jista' jgħid min huma ċ-Chairpersons, CEOs eċċ, irrespittivament mill-mod kif inhuma deskritti, u f'kull każ jgħid: a) kull persuna kemm ilha fil-ħatra u b) meta tiġi fi tmiemha l-ħatra attwali ta' kull persuna?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ. (irrispettivament mill-mod kif inhuma deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull wieħed, jista' jgħid min huma ċ-Chairpersons, CEOs eċċ, irrispettivament mill-mod kif inhuma deskritti, u f'kull każ jgħid: a) kull persuna kemm ilha fil-ħatra u b) meta tiġi fi tmiemha l-ħatra attwali ta' kull persuna?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, awtoritajiet, entitajiet, eċċ. (irrispettivament mill-mod kif inhuma deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull wieħed, jista' jgħid min huma ċ-Chairpersons, CEOs eċċ, irrispettivament mill-mod kif inhuma deskritti, u f'kull każ jgħid: a) kull persuna kemm ilha fil-ħatra u b) meta tiġi fi tmiemha l-ħatra attwali ta' kull persuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Entita Isem u Kunjom Rwol Bidu t’impjieg Data ta’ terminu t’impjieg IFE Ms. Joanne Grima CEO 05/10/2015 25/03/2025* NBC Mr. Mark Camilleri Chairperson 06/09/2021 14/06/2025 ELTC Ms. Sue Falzon CEO 09/03/2020 08/03/2026* MFHEA Dr. Rose Anne Cuschieri CEO 01/10/2018 30/09/2024* FES Mr. Michael Bondin CEO 01/01/2022 31/01/2025 NLA Mr. David Muscat CEO 01/09/2014 30/09/2025* FTS Dr. Neville Young CEO 01/06/2020 31/05/2028* Education Malta Mr. Charles Zammit Chairperson 01/06/2022 30/06/2027₁ MCAST Mr. James Calleja Principal & CEO 01/06/2018 31/05/2026* Sport Malta Mr. Mark Cutajar CEO 01/02/2016 28/02/2027* AIMS Dr. Luciano Busuttil CEO 20/01/2022 17/01/2025 Equestri Mr. Max Zammit CEO 01/03/2022 31/12/2024 NSC Dr. Jeffrey Pullicino Orlando Chairperson 01/01/2023 31/12/2026 MCST Mr. Silvio Scerri CEO 01/01/2023 31/12/2025 FITA Mr. Carlo Stivala Executive Head 01/05/2021 31/05/2024 Aġenzija ¯għa¿agħ Ms. Miriam Teuma CEO 01/12/2010 31/12/2024* *ġie mġedded kull 3 snin ₁ Kuntratt ta’ 5 snin

Applikazzjonijiet għal servizz ta’ assistent personali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna applikat għas-servizz ta' assistent personali u kienet għadha qiegħda tistenna risposta jekk hux se tingħata sussidju mill-Gvern għas-servizz ta' assistent personali sal-aħħar tas-sena 2023? Tista' tgħid ukoll taħt liema skema (Direct Payment, Independent Community Living, Assistent Personali jew skema oħra) saret l-applikazzjoni?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar tas-sena 2023 kien hemm 117-il applikant għal sussidju għal servizz ta’ assistent personali u li kienu qed jistennew sabiex jiġu assessjati minn professjonisti tal-Aġenzija. Għaldaqstant f’dak l-istadju ma jkunx għadu ġie determinat għal-liema skema ser jiġu referuti. Dan jiġi determinat mill-assessjar, u li warajh, il-każ jgħaddi quddiem il-Bord. Ninfurmaha wkoll li matul il-perjodu bejn Jannar u Diċembru 2023 kien hemm 400 persuna li bbenefikaw mis-servizz ta’ assistent personali.

Sussidju għal servizz ta’ assistent personali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni sal-aħħar tas-sena 2023, li minkejja li ġew infurmati li se jkunu qed jingħataw sussidju għas-servizz ta' assistent personali, sal-istess perjodu kienu għadhom mhumiex jagħmlu użu minn dawn il-fondi allokati lilhom? X'kienet ir-raġuni għal dan? Tista' tgħid ukoll taħt liema skema (Direct Payment, Independent Community Living, Assistent Personali jew skema oħra) kien ikkonfermat is-sussidju?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar tas-sena 2023 kien hemm 48 persuna li għadhom fil-proċess li jsibu carer tal-għażla tagħhom u għaldaqstant għalkemm is-servizz ġie approvat lilhom, dawn għadhom ma bdewx jagħmlu użu mill-fondi allokati lilhom. Meta dawn isibu persuna biex taħdem magħhom, dawn ikunu jistgħu jibdew jagħmlu użu mis-servizz. Dawn huma maqsumin kif ġej: Direct Payment 34 Independent Community Living 9 Personal Assistant 5

Blue badge — Parkeġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il permess għal parkeġġ blue badge kien hemm fl-aħħar tas-sena 2023 u jaqsam dan l-ammont skont jekk dawn humiex parkeġġi communal, personalizzati, eċċ? Jista’ jgħid ukoll minn dawn, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u x'inhi l-età ta' dawn il-persuni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ahhar tas-sena 2023 kien hemm 2,145 parkeġġ riżervat għall-Blue Badge Holders u 1,478 parkeġġ personalizzat.

Persuni b'diżabilità mniżżla fir-reġistru tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni b'diżabilità li qegħdin imniżżla fir-reġistru tax-xogħol u allura li kienu eliġibbli biex jaħdmu fl-aħħar tas-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel u x'inhi l-età ta' dawn il-persuni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-infomazzjoni li għandha Jobsplus, fl-aħħar ta’ Diċembru 2023, kien hemm 229 persuna tirreġistra fuq bażi full-time u 204 persuni jirreġistraw għal xogħol part-time bħala xogħol ewlieni. Iktar informazzjoni tinsab fit-tabelli t’hawn taħt. Persuni b'diżabilit à li qed jirreġistraw għax-xogħol full-time fl-aħħar ta’ Diċembru 2023 Diċembru 2023 Taħt il-25 sena Bejn 25-39 sena Bejn 40-54 sena 55 sena ’l fuq Total Rġiel 25 36 64 49 174 Nisa 6 15 19 15 55 Total 31 51 83 64 229 Persuni b'diżabilit à li qed jirreġistraw għax-xogħol part-time fl-aħħar ta’ Diċembru 2023 (Part 3C1) Diċembru 2023 Taħt il-25 sena Bejn 25-39 sena Bejn 40-54 sena 55 sena ’l fuq Total Rġiel 53 34 29 8 124 Nisa 28 28 15 9 80 Total 81 62 44 17 204 L-aħħar ċifri tal-qagħad ippubblikati huma ta’ Diċembru 2023.

Persuni b'diżabilità — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li jieħdu xi benefiċċju għax għandhom diżabilità, sal-aħħar tas-sena 2023 u x'tip ta' benefiċċju kienu/għadhom jieħdu? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel u x'inhi l-età ta' dawn il-persuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Silver-T Service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jopera s-servizz tas-Silver-T? Min u kif wieħed jista' jagħmel użu minn dan is-servizz?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tas-Silver T huwa servizz ta’ trasport għall-persuni ‘l fuq minn sittin (60) sena, li għandhom bżonn assistenza biex ikunu jistgħu jagħmlu l-qadi tagħhom ta’ kuljum. Dan is-servizz jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7:00 ta’ filgħodu sas-2:00 ta’ wara nofsinhar u huwa bla ħlas. Għal dan is-servizz Malta ġiet maqsuma fi ħdax-il reġjun u Għawdex reġjun għalih. Wieħed jista’ juża s-servizz, minn lokal għall-ieħor fl-istess reġjun, biex imur postijiet bħall-klinika, l-bank, il-kunsill lokali, supermarkets u postijiet oħra. Persuni anzjani li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz iridu jibbukjaw minn tlett ijiem qabel mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7:00 ta’ filgħodu u s-2:00 ta’ wara nofsinhar fuq in-numru tat-telefown 22788900.

Il-Belt Valletta – Servizz ta’ trasport ġewwa l-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jipprovdix servizz ta' trasport ġewwa l-Belt Valletta? Jekk iva, x'servizz joffri? Min u kif wieħed jista' jagħmel użu minn dan is-servizz?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li l-istess Kunsill beda din l-inizzjattiva ta’ trasport ġewwa l-istess lokalità sabiex l-anzjani jmorru appuntamenti ġo sptar jew kliniċi. Dwar dan infurmat li għal tali servizz, wieħed irid japplika billi jċempel sa jumejn qabel fuq 22479417 jew billi jżuru l-uffiċni tal-Kunsill Lokali. Wara li wieħed japplika, infurmat li fil-ġurnata u l-ħin miftihem, l-Kunsill Lokali jieħu ħsieb jikkordina sabiex isir t-trasport relattiv.

Trasport pubbliku — Karozzi tal-linja aċċessibbli għal persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karozzi tal-linja li qegħdin jintużaw bħalissa humiex kollha aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jekk iva, x'features għandhom dawn il-karozzi tal-linja li jagħmlu dawn il-karozzi aċċessibbli? Jista' jgħid jekk dawn il-karozzi tal-linja jiġux iċċekkjati sabiex ikun aċċertat li l-features kollha għal persuni b'diżabilità fil-fatt ikunu jaħdmu? Jekk iva, kull meta jsir dan? Jista' jgħid ukoll jekk in-numri u informazzjoni fuq il-karozzi tal-linja li juru r-rotta ġewx ittestjati għal viżibilità speċjalment għal persuni li għandhom nuqqas ta' viżta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif stipulat fil-kuntratt bejn il-Gvern u l-Operatur tat-Trasport Pubbliku, il-karozzi tal-linja kollha fis-servizz tat-trasport pubbliku jrid jkollhom features li jgħinu l-aċċesibbilta għal persuni b’diżabilità. Fost dawn il-features, wieħed jinnota is-segwenti: • Kull vettura hija tat-tip Low Floor, sabiex jiġi iffaċilitat l-imbark u li żbark ta’ persuni bi problemi ta’ mobbiltà, • Huma mgħammra b’rampi li jiffaċilitaw it-tlugħ u l-inżul ta’ wheelchairs mill-karozza tal-linja, • Għandhom post apposta li jakkomodaw wheelchairs abbord, • Kull karozza tal-linja għanda minn tal-inqas żewġt priority seats. Dawn is-seats huma intenzjonati għal persuni li għandhom diffikultajiet ta’ mobbilità, nisa tqal u nies anzjani. Inoltre, l-aċċess huwa mtejjeb peress li bejn l-entratura tal-karozza tal-linja u dawn is-seats ma hemm l-ebda tarġa, • Huma mgħammra b’Audio Announcment System maħsuba biex jgħin persuni b’nuqqas ta’ dawl ikunu jafu fejn jkun wasal il-vjaġġ. Inzid li Transport Malta għandha ħames uffiċjali li parti sostanzjali minn xogħolhom huwa li kull jum jispezzjonaw il-karozzi tal-linja. L-operatur tat-trasport pubbliku jiġi infurmat b’xi nuqqasijiet li jiġu innotati u jingħata perjodu ta’ żmien sabiex jirrimedja dawk in-nuqqasijiet. Wara, l-uffiċjali ta Transport Malta jerġgħu jispezzjonaw dawk il-vetturi sabiex jiġi aċċertat li dawk in-nuqqasijiet ikunu ġew indirizzati. Filwaqt li in-numri u informazzjoni fuq il-karozzi tal-linja li juru r-rotta ma ġewx ittestjati fis-sena mitlub u cioe’ għal viżibilità minn persuni li għandhom nuqqas ta' viżta, intenni li l-karozzi tal-linja huma mgħammra b’Audio Announcment System maħsuba biex jgħin lill-dawn il-persuni ikunu jafu fejn jkun wasal il-vjaġġ.

San Pawl il-Baħar — Applikazzjonijiet ma’ Project Green

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green? Jekk iva: (a) Kemm-il proġett ġie sottomess minn dan il-Kunsill Lokali? (b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta? (ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess? (d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati u kemm hu l-ammont li ġie approvat għall kull proġett? (e) Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti, photo montages, 3D Visuals, eċċ. ta' kull proġett sottomess? (f) Jekk proġetti sottomessi ma jkunux ġew ikkunsidrati minn Project Green, dawn jistgħu jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru? (g) Tista’ tgħid jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu ameljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament meħtieġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li Project Green irċeviet żewġ applikazzjonijiet mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għall-Community Greening Grant li kienu marbuta ma’ Ġnien l-Erbgħa Mwieżeb u Ġnien Olimpiku. Għalkemm iż-żewġ proposti ma kienux jissodisfaw il-kriterji kollha ta’ din l-iskema, l-Aġenzja iddiskutiet mal-Kunsill Lokali u ser tkun qed taħdem favur interventi fi Ġnien l-Erbgħa Mwieżeb biex dan ikun jista’ jitgawda b’mod aħjar mir-residenti. Barra minn hekk, Project Green approvat proġett li se jsir f’din il-lokalità u li kien propost taħt l-istess iskema minn Bird Life Malta. Art ta’ madwar 4,000 metru kwadru li hemm maġenb il-masġar tas-Simar fix-Xemxija, li bħalissa hija mitluqa u anke jsir abbuż b’rimi ta’ skart illegali fiha, tiġi riabilitata fi spazju li jkun aċċessibbli għall-pubbliku biex titgawda bħala picnic area sostenibbli.

Naxxar — Applikazzjonijiet ma’ Project Green

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Kunsill Lokali tan-Naxxar issottomettiex applikazzjoni/applikazzjonijiet ma’ Project Green? Jekk iva: (a) Kemm-il proġett ġie sottomess minn dan il-Kunsill Lokali? (b) Fiex kienet tikkonsisti kull proposta? (ċ) Kemm kienet l-istima għal kull proġett sottomess? (d) Kemm minn dawn il-proġetti ġew approvati minn Project Green biex ikunu attwati u kemm hu l-ammont li ġie approvat għall kull proġett? (e) Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti, photo montages, 3D Visuals eċċ. ta' kull proġett sottomess? (f) Jekk proġetti sottomessi li ma jkunux ġew ikkunsidrati minn Project Green, dawn jistgħu jiġu rikonsidrati fil-futur biex ikunu jistgħu jsiru? (g) Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux laqgħat mal-Kunsill Lokali rispettiv biex jiġi diskuss kif dawn il-proposti jiġu ameljorati biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament meħtieġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li Project Green irċeviet applikazzjoni waħda għall-Community Greening Grant mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar. Għalkemm din l-applikazzjoni ma’ kenitx fost is-sittax-il proġett li ġew approvati taħt din l-iskema, l-Aġenzija rat potenzjal fil-proġett propost u għalhekk saru laqgħat mal-Kunsill Lokali u l-imsieħba konċernati biex il-proposta kompliet tiġi żviluppata u ġiet sottomessa applikazzjoni għal finanzjament minn fondi Ewropej. L-applikazzjoni ġiet aċċettata mill-Awtorità tal-Ġestjoni u dan il-park f’Baħar iċ-Ċagħaq se jkun wieħed minn diversi proġetti li ser jiġu ffinanzjati minn fondi Ewropej. Il-proġett se jkun jinkludi picnic area, walking trails, playground u teatru miftuħ. Project Green ser tikkonserva s-siġar indiġeni li jinsabu fil-post filwaqt li ser jitħawlu aktar siġar u arbuxelli għall-benefiċċju tal-komunità u l-bijodiversità taż-żona.

Il-Mellieħa — Xogħlijiet għal upgrade tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan li juri liema xogħlijiet għal upgrade tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl saru jew ser isiru fil-lokalità tal-Mellieħa? Tista’ l-Ministru tinforma jekk kienx hemm jew hux ser ikun hemm għeluq ta' toroq minħabba dawn ix-xogħlijiet? Jekk iva, liema toroq ingħalqu jew ser ikunu magħluqa u minn meta sa meta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Mellieħa diġà sar ħafna xogħol u anke din is-sena se jsiru aktar xogħlijiet biex inkomplu nsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’din il-lokalità u ż-żona tal-madwar. Fl-aħħar sentejn, fil-Mellieħa ġew ikkumisjonati 3 substations ġodda, 2 feeders ġodda u sar tisħiħ fi 3 meded ta’ 11-il kilovolt cables oħra. Komplejna nsaħħu wkoll is-sistema li mis-substations twassal l-elettriku f’inħawi differenti tal-lokalità fejn fl-istess perjodu sar xogħol fuq 20 cables ġodda. Fis-sena 2024 se jsiru 7 cables ġodda. Ix-xogħol isir skont il-permessi maħruġa minn Transport Malta.

San Pawl il-Baħar — Xogħlijiet għal upgrade tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan li juri liema xogħlijiet għal upgrade tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl saru jew ser isiru fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Tista’ tgħid ukoll jekk kienx hemm jew hux ser ikun hemm għeluq ta' toroq minħabba dawn ix-xogħlijiet? Jekk iva, liema toroq ingħalqu jew ser ikunu magħluqa u minn meta sa meta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’San Pawl il-Baħar diġà sar ħafna xogħol u anke din is-sena se jsiru aktar xogħlijiet biex inkomplu nsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’din il-lokalita u ż-żona tal-madwar. Fl-aħħar sentejn, ġew ikkumissjonati 3 substations ġodda, kif ukoll 6 cables ġodda fis-sistema li mis-substations twassal l-elettriku f’inħawi differenti tal-lokalità. Fis-sena 2024, ix-xogħlijiet ser jissuktaw b’ritmu mgħaġġel fejn ser jiżdiedu 5 substations ġodda u qed jiġi studjat numru ieħor ta’ reinforcements miċ-ċentru tad-distribuzzjoni ta’ Buġibba. Ix-xogħol isir skont il-permessi maħruġa minn Transport Malta.

In-Naxxar — Xogħlijiet għal upgrade tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan li juri liema xogħlijiet għalupgrade tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl saru jew ser isiru fil-lokalità tan-Naxxar? Tista’ tgħid ukoll jekk kienx hemm jew hux ser ikun hemm għeluq ta' toroq minħabba dawn ix-xogħlijiet? Jekk iva, liema toroq ingħalqu jew ser ikunu magħluqa u minn meta sa meta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fin-Naxxar għaddej b’ritmu tajjeb ħafna. Fl-aħħar sentejn, sar ħafna xogħol fejn fost oħrajn ġiet ikkumisjonata substation ġdida u sar xogħol ta’ rinfurzar b’cable ġdid. Fis-sistema li mis-substations twassal l-elettriku f’inħawi differenti tal-lokalità saru 4 cables ġodda u bħalissa għaddejjin bil-proċess li jiżdiedu 20 cable ieħor. F’Diċembru li għadda nħarġet sejħa għall-offerti biex jiġi kummissjonat ċentru tad-distribuzzjoni ġdid li minnu qed jinħarġu 9 feeders ġodda biex inkomplu nsaħħu d-distribuzzjoni tal-elettriku mhux biss fin-Naxxar imma anke fil-lokalitajiet tal-madwar. Ix-xogħol isir skont il-permessi maħruġa minn Transport Malta.

Blue badge holders — EU disability card

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' blue badge holders u persuni li għandhom l-EU disability card separatament fl-aħħar tas-sena 2023? Minn dawn, kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel u x'inhi l-età ta' dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Diċembru 2023, kien hemm 14,360 persuna li kellha l-Blue Badge u 27,306 persuna li kellha l-Karta Ewropea tad-Diżabilità. Dawn kienu maqsumin kif ġej: Numru Totali F’Diċembru 2023 Irġiel Nisa Etajiet Blue Badge 14,360 7,703 6,657 Irġiel Nisa 0-18 670 296 19 - 35 433 289 36 - 60 1,287 1,217 60+ 5,313 4,855 EU Disability Card 27,306 13,907 3,399 Irġiel Nisa 0-18 1,340 597 19 - 35 1,313 868 36 - 60 2,735 2,361 60+ 8,519 9,573

San Pawl il-Baħar — Triq San Publiju - Proġett

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14904, jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-applikazzjonijiet DNO (jew applikazzjonijiet oħra mal-Awtorità tal-Ippjanar) relatati mal-proġett fi Triq San Publju, f’San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid jekk dawn l-applikazzjonijiet ġewx deċiżi u x'kienet id-deċiżjoni għal kull wieħed minn dawn id-DNOs? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti relatati mal-istess applikazzjonijiet? Jista' jgħid ukoll jekk ix-xogħol li ser isir hux skont l-istess permessi nkella hux ser isir xogħol ieħor li ma jeħtieġx applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar? Jekk ser isir xogħol ieħor li ma jeħtieġx applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar, jista' jagħti tagħrif dwar fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14512, ninfurmaha li fl-2021, l-Awtorita Maltija għat-Turiżmu kienet applikat għal DNO (DN00531/21) li ġiet approvata fl-14 ta’ Ottubru 2021 biex tagħmel tisbiħ mill-bankina li tinsab biswit Triq San Publiju kantuniera ma’ Triq San Frangisk, ġewwa San Pawl il-Baħar. Eventwalment ittieħdet deċiżjoni li jsiru iktar emendi fuq il-proġett. Ix-xogħlijiet li li qed jiġu implimentati huma xogħlijiet ta’ manutenzjoni u jikkonsistu f’tibdil ta’ railings, tibdil ta’ dawl, għamara urbana ġdida kif ukoll tibdil fil-pavimentar.