B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15255, jista' l-Ministru jgħid kemm mit-total ta' studenti li preżentement qegħdin jattendu l-iskejjel primarji fis-sena skolastika 2023-2024 għandhom xi diżabilità? Jista' jgħid ukoll kemm-il student hemm għal kull diżabilità u jipprovdi wkoll l-informazzjoni skola skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi ta’ natura privata u sensittiva u b’hekk il-Ministeru mhux ser jippubblika tali informazzjoni.
Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid sal-aħħar tas-sena 2023, kemm kien hemm Ċentri ta’ Matul il-Jum, li fihom setgħu jattendu persuni b'diżabilità u tgħid liema kienu? Kemm kien hemm persuni li kienu jattendu f'kull wieħed minn dawn iċ-ċentri? Kemm kien hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija sal-aħħar tas-sena 2023? Tista’ tgħid ukoll il-persuni li qegħdin fuq il-waiting list, kemm ilhom jistennew biex jidħlu f'wieħed minn dawn id-day centres, sal-aħħar tas-sena 2023?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sal-aħħar tas-sena 2023, Aġenzija Sapport kienet qed tmexxi 11-il ċentru ta’ matul il-jum, waqt li klijenti oħra jattendu ċentri ta’ matul il-jum immexxija minn entitajiet oħra bi ftehim mal-Aġenzija (STAR u Spero), kif ġej:
Ċentru
Numru ta’ klijenti
Paola
38
Mtarfa
68
Ħal Far
69
Fleur De Lys
56
Mtarfa Resource Centre
37
Birgu
25
Swatar
22
Isla
18
Għawdex
20
Sliema
35
Baħar iċ-Ċagħaq
25
STAR
35
SPERO
40
Total
488
Fl-istess perjodu kien hemm 161 applikant fuq il-lista ta’ stennija għal servizz ta’ matul il-jum. It-tul ta’ żmien ta’ stennija jvarja skont il-każ. Dan jiddependi minn diversi fatturi bħal l-età tal-persuna, bżonnijiet mediċi u urġenza. Il-bżonnijiet ta’ kull applikant ivarjaw bejn prijorità għolja, medja u baxxa u din tiġi evalwata minn professjonisti minn żmien għal żmien. Matul dan l-assessjar kontinwu, f’każijiet fejn ma hemmx postijiet vakanti f’ċentri addattati skont il-bżonnijiet tal-applikant, niggwidaw lill-applikant għal servizzi alternattivi, filwaqt li qed issir ħidma biex persuni b’dizabilità li jattendu ċ-ċentri jiġu di-instituzjonalizzati permezz ta’ servizzi jew opportunitajiet oħra ffukati fuq għajxien indipendenti u inklussiv fil-komunità u programmi ta’ taħriġ sabiex isibu mpjieg. Għalhekk il-lista ta’ stennija ma tirrappreżentax l-istampa ċara għax l-istess applikanti, għalkemm qegħdin fil-lista ta’ stennija għal servizz ta’ matul il-jum, jistgħu jkunu qed jibbenefikaw minn servizzi oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ kollaborazzjoni hemm bejn l-Aġenzija Sapport u l-grupp SPERO? Tista' tgħid ukoll kemm kien hemm persuni li jagħtu taħriġ u tgħid kif intgħażlu dawk li jingħataw it-taħriġ, sal-aħħar tas-sena 2023?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li Aġenzija Sapport toffri servizz lil persuni li għandhom nuqqas ta’ vista permezz ta’ servizz ta’ matul il-jum outsourced - Spero. Il-persuni li jagħmlu użu mis-servizz jiltaqgħu fil-faċilitajiet tal-kumpanija li Aġenzija Sapport għandha l-kuntratt magħha għall-provediment ta’ dan is-servizz. It-taħriġ jinkludi programmi dwar ħiliet relatati mal-ħajja indipendenti, ħiliet relatati mat-teknoloġija tal-informatika u l-użu tal-Braille, ħiliet artistiċi u wkoll programmi soċjali. Bħalissa fi ħdan il-kumpanija hemm 4 ħaddiema li jagħtu t-taħriġ u minn żmien għal żmien jiġu mistiedna professjonisti li joffru taħriġ ieħor varjat. L-għażla tal-ħaddiema ssir mill-kumpanija li għandha l-kuntratt mal-Aġenzija.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Kiri ta’ bini mill-privat
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha ta’ kiri ta’ dawn il-proprjetajiet mikrija mill-Aġenzija Sapport mingħand terzi:
1. Continental Business Centre Level -1 Santa Venera
2. Continental Business Centre Level 3 Santa Venera
3. Continental Business Centre Level 0 Santa Venera
4. Cannon Road Offices Ħamrun
5. Scouts Association Santa Venera
6. Blue Haven Apartment - Community Hub Żurrieq
7. Sea Breeze - Marsascala Apartment Marsaskala
8. Tal-Virtu - Community Hub Rabat (Malta)
9. Baħar Iċ-Ċagħaq Day Centre- Casa Beata Caterina Burmarrad
10. Qrendi Pastoral Centre Qrendi
11. De Porres Pastoral & Cultural Centre Sliema
Tista’ tgħid ukoll kemm hu t-terminu ta’ żmien għal kull kirja u kemm hu l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena f’kull każ?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha mikrija mill-Aġenzija Sapport. Skont il-kuntratti li kienu saru, it-terminu ta’ żmien ta’ kull kirja huma kif indikat fit-tabella t'hawn isfel:
L-Isem tal-Propjeta’
Terminu ta’ żmien tal-kirja
Continental Business Centre Level -1 Santa Venera
8 Snin (16.01.2017 - 15.01.2025)
Continental Business Centre Level 3 Santa Venera
8 Snin (01.07.2018 - 30.06.2026)
Continental Business Centre Level 0 Santa Venera
3 Snin (01.06.2022 - 31.05.2025)
Cannon Road Offices Ħamrun
3 Snin (01.03.2022 - 28.02.2025)
Scouts Association Santa Venera
2 Snin (01.10.2023 - 30.09.2025)
Blue Haven Apartment - Community Hub Żurrieq
3 Snin (16.12.2023 - 15.12.2026)
Sea Breeze - Marsascala Apartment Marsaskala
N/A (Contract Ceased)
Tal-Virtu - Community Hub Rabat (Malta)
5 Snin (14.03.2022 - 13.03.2027)
Baħar Iċ-Ċagħaq Day Centre- Casa Beata Caterina Burmarrad
15 Snin (23.02.2018 - 22.02.2033)
Qrendi Pastoral Centre Qrendi
2 Snin (17.10.2022 - 17.10.2024)
De Porres Pastoral & Cultural Centre Sliema
10 Snin (23.12.2016 - 23.12.2026)
Il-ħlas ta’ kera dovut fis-sena huwa dak stipulat fil-kuntratti.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ kiri tal-G5 Offices f’Birkirkara mikri mill-Kummissjoni għall-Persuni b'Diżabilità? Tista’ tgħid ukoll kemm hu t-terminu ta’ żmien għal din il-kirja u kemm hu l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-kiri tal-G5 Offices f’Birkirkara mikri mill-Kummissjoni għall-Persuni b'Diżabilità. Dettalji jidhru fit-tabella t'hawn isfel:
Data meta ġie ffirmat
Terminu taż-żmien
Garaxx f’livell -1 u uffiċċji f’livelli 1 u 2 ta’ G5 Offices
11 ta’ Mejju 2017
120 xahar
L-Uffiċċji f’livell 3 ta’ G5 Offices
17 ta’ April 2023
56 xahar u 12-il ġurnata
L-uffiċċju f’Għawdex fl-Iskola Primarja f’Ta’ Sannat
20 ta’ Settembru 2023
12-il xahar
Il-ħlas ta’ kera dovut fis-sena huwa dak stipulat fil-kuntratti.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ kiri ta’ Għajnsielem Learning Hub, Għajnsielem mikri mill-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat? Tista’ tgħid ukoll kemm hu t-terminu ta’ żmien għal din il-kirja u kemm hu l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja tal-kuntratt ta’ kiri ta’ Għajnsielem Learning Hub. Skont il-kuntratt li kien sar, it-terminu tal-kuntratt huwa sad-19 ta’ Lulju 2031 u l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena huwa dak stipulat fil-kuntratt.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ kiri ta' Palazzo Francesco, f’Ħal Lija? Tista’ tgħid ukoll kemm hu t-terminu ta’ żmien għal din il-kirja u kemm hu l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fil-perjodu meta twaqqaf il-Ministeru għall-Inklużjoni f’Novembru 2020, ma kien hemm ebda binja disponibbli tal-Gvern li kienet aċċessibbli u li setgħet tintuża fl-immedjat. Kien għalhekk li nkisbet l-awtorizzazzjoni meħtieġa biex tkun tista’ tinkera l-propjeta’ f’Ħal Lija li minnha seta’ jibda jopera l-Ministeru, partikolarment l-uffiċċju tal-Ministru u l-istaff tas-Segretarjat.
Skont il-kuntratt, it-terminu huwa sas-7 ta’ Jannar 2026 u l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena huwa dak stipulat fil-kuntratt.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt inkwistjoni.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ kiri tal-E&SV Building, f’Birkirkara u għalxiex jintuża dan il-bini? Tista’ tgħid ukoll kemm hu t-terminu ta’ żmien għal din il-kirja u kemm hu l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l- kopja tal-kuntratt ta’ kiri tal-E&SV Building. Dan il-bini jintuża bħala uffiċini għall-istaff tas-Segretarju Permanenti, u d-Direttorati kollha tal-Ministeru. Sular mill-bini jintuża bħala uffiċini għall-impjegati tal-Guardianship Board u anke mill- board innifsu. Il- binja tintuża wkoll biex fiha jiltaqa' l-Board tal-ENGAGE u għal konferenza stampi mill-Ministeru jew minn NGOs kif meħtieġ. Skont il-kuntratt li kien sar, it-terminu tal-kuntratt huwa sas-7 ta’ Jannar 2026 u l-ħlas ta’ kera dovut fis-sena huwa dak stipulat fil-kuntratt.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Lista' tal-proprjetajiet mikrija
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet kollha mikrija mill-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat jew xi entità, dipartiment eċċ. li jaqa' taħt l-istess Ministeru?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li lista tal-proprjetajiet kollha mikrija mill-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u l-entitajiet li jaqaw taħt l-istess Ministeru jinstabu fit-tabella t’hawn isfel:
Entità
Proprjetajiet mikrija
Aġenzija Sapport
Tirreferi għar-risposta ppreżentata f'PQ W59
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat
Tirreferi għar-risposti ppreżentati f’PQ W61, PQ W62, PQ W63
Uffiċċju tal- Kummissarju għall- Organizzazzjonijiet Volontarji
L-OCVO jikri l-proprjetà kif imsemmija fil-kuntratt tagħha mal-kerrej, bħala l-Media Centre Complex, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, Pietà. Fir-rigward tal-istess proprjetà, l-indirizz uffiċjali attwali tagħhom huwa OCVO, Sajjan Lane, Triq Nazzjonali, Ħamrun.
Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat
Volunteer Centre, 181, Melita Street, Valletta; Volunteer Centre, 17, Tiq San Bartholomeo, Rabat, Malta; Volunteer Centre, 63, Triq Herba, Birkirkara u Storage Garage, 858, St. Joseph High Street, Hamrun
Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Per
suni b'Diżabilit
à
Tirreferi għar-risposta ppreżentata f'PQ W60
Xemxija – Trakkijiet li joħorġu minn siti ta' kostruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex trakkijiet li qed joħorġu minn siti ta' kostruzzjoni, inkluż is-sit tal-ex Mistra Village Hotel, fix-Xemxija, għal toroq residenzjali u Telgħet ix-Xemxija, inkluż fl-inħawi tal-knisja tax-Xemxija, ma jibqgħux iwaqqgħu materjal mit-trakkijiet fl-istess inħawi, peress li dan jista’ jkun ta' periklu għas-sewwieqa, minbarra li jikkawża wkoll ħmieġ fl-inħawi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Xemxija – Trakkijiet li joħorġu minn siti ta' kostruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex trakkijiet li qed joħorġu minn siti ta' kostruzzjoni, inkluż is-sit tal-ex Mistra Village Hotel, fix-Xemxija, għal toroq residenzjali u Telgħet ix-Xemxija, inkluż fl-inħawi tal-knisja tax-Xemxija, ma jibqgħux iwaqqgħu materjal mit-trakkijiet fl-istess inħawi, peress li dan jista’ jkun ta' periklu għas-sewwieqa, minbarra li jikkawża wkoll ħmieġ fl-inħawi?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f'pajjiżna sarx xi studju dwar diżabilitajiet li rriżultaw minħabba l-injezzjonijiet tal-Covid 19? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux xi studji, f’Malta, dwar effett long term fuq il-persuni li salvaw wara li kienu pazjenti tal-Covid? Jekk le, jista' l-Ministru jikkunsidra li jsiru studji f'dan ir-rigward? Jista’ wkoll jagħti dettalji dwar kemm kien in-numru totali ta' pazjenti li fil-fatt kellhom il-Covid, u kemm ġew dikjarati li mietu bil-Covid?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 15101 u 15102.
Għar-rigward tal-aħħar mistoqsija, ninsab infurmat li t-total ta’ każijiet irraportati li kellhom il-COVID-19 mill-bidu tal-pandemija sal-20 ta’ Frar 2024, huwa ta’121,392.
Ninsab infurmat ukoll li t-total ta’ każijiet ta’ mwiet mill COVID-19 mill-bidu tal-pandemija sal-20 ta’ Frar 2024 huwa ta’ 882.
Ix-Xemxija – Trakkijiet li joħorġu minn siti ta' kostruzzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex trakkijiet li qed joħorġu minn siti ta' kostruzzjoni, inkluż is-sit tal-eks Mistra Village Hotel, fix-Xemxija, għal toroq residenzjali u Telgħet ix-Xemxija, inkluż fl-inħawi tal-knisja tax-Xemxija, ma jibqgħux iwaqqgħu materjal fl-istess inħawi, peress li dan jista’ jkun ta' periklu għas-sewwieqa, minbarra li jikkawża wkoll ħmieġ fl-inħawi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rriżultaw li għandhom mard trasmess sesswalment matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022, u 2023 separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll liema kien il-mard li rriżulta matul dawn is-snin u x'kienu n-numri għal kull marda?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' delitti li ġew irrappurtati matul is-snin 2022 u 2023, separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll dwar kemm kienu rrappurtati delitti matul is-snin 2022 u 2023, separatament għal kull sena għal kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' delitti li ġew irrappurtati fis-sena 2022, kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt li tinkludi figuri separati għal kull lokalità f’Malta u f'Għawdex. Il-crime report għas-sena 2023 ser ikun ippublikat fi żmien li ġej.
Delitti rrapurtati matul is-snin 2022 għal kull lokalità
f’Malta u f'Għawdex
Malta u Għawdex
Lokalita
2022
Għawdex
FONTANA
14
GHAJNSIELEM
106
GHARB
34
GHASRI
7
KERCEM
27
MUNXAR
43
NADUR
90
QALA
27
RABAT
238
SAN
15
SANNAT
33
XAGHRA
103
XEWKIJA
63
ZEBBUG
129
Għawdex Total
929
Malta
ATTARD
222
BALZAN
65
BIRGU
70
BIRKIRKARA
568
BIRZEBBUGIA
417
BORMLA
234
DINGLI
44
FGURA
276
FLORIANA
176
GHARGHUR
67
GHAXAQ
108
GUDJA
177
GZIRA
333
HAMRUN
527
IKLIN
56
ISLA
76
KALKARA
67
KIRKOP
65
LIJA
44
LUQA
222
MARSA
357
MARSASKALA
332
MARSAXLOKK
117
MDINA
23
MELLIEHA
379
MGARR
110
MOSTA
453
MQABBA
35
MSIDA
485
MTARFA
26
N/A
31
NAXXAR
331
PAOLA
446
PEMBROKE
73
PIETA'
154
QORMI
579
QRENDI
52
RABAT
262
SAFI
50
SAN GILJAN
1007
SAN GWANN
276
SAN PAWL IL-BAHAR
1369
SANTA LUCIJA
49
SANTA VENERA
248
SIGGIEWI
152
SLIEMA
645
SWIEQI
176
TA' XBIEX
103
TARXIEN
177
VALLETTA
456
XGHAJRA
55
ZABBAR
377
ZEBBUG
308
ZEJTUN
326
ZURRIEQ
172
Malta Total
14005
Total kollu
14934
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewwa pajjiżna jingħatax trattament għall-kundizzjoni ta’ Muscular Dystrophy? Jekk le, jista’ jgħid jekk il-Gvern Malti jkoprix l-ispejjeż relatati biex dan it-trattament jingħata barra minn pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern Malti jkoprix spejjeż relatati oħra bħal mediċini, tagħmir u kura oħra relatati ma’ din il-kundizzjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ġewwa pajjizna jingħata trattament għal muscular dystrophy.
Minħabba li dan it-trattament jingħata hawn Malta, ma jintbaghtux persuni barra min Malta.
Għall-aħħar mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16058.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14513, 14668 u 14968 dwar proġett fi Triq San Publiju, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid x'baqa' pendenti sabiex il-proġett ikun jista' jitkompla hekk kif sal-ġurnata li fiha qiegħda issir din il-mistoqsija parlamentari dan il-proġett għadu ma tkompliex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li tkompliet l-investigazzjoni tal-feature min-naħa tal-applikant taħt id-direzzjoni tas-Sovrintendenza. Infurmat ukoll li fil-21 ta’ Diċembru 2023, l-Perit intalab iqabbad archaeology monitor u kif ukoll li jissottometti Programme of Works u Works Method Statement. Infurmat li sussegwentament fit-2 ta’ Jannar 2024, il-Perit ikkonferma li ħa jkun qed jipprovdi dawn id-dettalji kollha, imma s’issa s-Sovrintendenza ma rċeviet l-ebda dokumentazzjoni.
Intant infurmat ukoll li s-Sovrintendenza waqqfet biss xogħlijiet li jaffettwaw direttament dan il-feature, u mhux il-kumplament tax-xogħlijiet.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14513, 14668 u 14968 dwar proġett fi Triq San Publiju, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid x'baqa' pendenti sabiex il-proġett ikun jista' jitkompla hekk kif sal-ġurnata li fiha qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari dan il-proġett għadu ma tkompliex?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġaladarba jkun hemm ftehim mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, il-proġett ikun jista’ jitkompla.