Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel — evacuation chair għal persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15799 u jgħid f'liema skejjel hemm evacuation chair li jista' jintuża minn persuni b'diżabilità f'każ li jkun hemm nirien fis-sular ta' fuq tal-istess skejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Kunsill Lokali – Bins on wheels

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar għandux bins on wheels għall-użu tal-pubbliku? Jekk iva, fejn jinsabu? X’inhi l-frekwenza tat-tbattil ta’ dawn l-istess bins on wheels?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-istess Kunsill m’għandux bins on wheels għall-użu tal-pubbliku.

Statementing Moderating Panel – Tfal u żgħażagħ li għandhom bżonn LSA

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14892 dwar tfal u żgħażagħ li kienu qed jistennew li jidhru quddiem l-iStatementing Moderating Panel sabiex jiġi determinat jekk dawn għandhomx bżonn Learning Support Assistant (LSA), jista’ l-Ministru jgħid jekk sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ġewx proċessati d-990 applikazzjoni kollha li saru fl-2022 u l-1,030 applikazzjoni kollha li saru fl-2023? Jekk le, x’inhi r-raġuni għal dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-applikazzjonijiet li saru matul l-2022 ġew proċessati kollha, filwaqt li għaddej il-proċess kontinwu tal-applikazzjonijiet li saru matul l-2023. Ntenni, bħal ma ġie riferut f’PQs preċedenti li dawn l-applikazzjonijiet huma ta’ natura sensittiva u b’hekk kull każ jiġi evalwat bl-iżjed mod sensittiv.

Ċentri 3-16

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13048 dwar iċ-Ċentri 3-16, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u ċjoè jagħti informazzjoni dwar fejn jinsabu dawn iċ-ċentri u jgħid ukoll kemm hemm tfal li jattendu f'kull wieħed minn dawn iċ-ċentri?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13531 li diġa ġiet imwieġba fl-intier tagħha.

Ċentri 3-16 – Waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx waiting list għaċ- Ċentri 3-16? Jekk iva, għal liema ċentri hemm waiting list u kemm hi l-waiting list għal kull ċentru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Ċentri Total ta' studenti Talbiet Addizzjonali Attard 211 3 Birkirkara 230 3 Birzebbuga 105 / Fgura 243 / Għargħur 45 / Gudja 53 / Gzira 109 3 Hamrun GP 170 10 Luqa 114 / Marsascala – St Anne 179 / Marsascala - St Joachim 198 2 Mellieha 203 13 Mgarr 125 1 Mosta Annex 77 2 Mosta 189 1 Mqabba 79 / Naxxar 219 1 Paola 129 / Pembroke 164 4 Qawra 425 19 Qormi San Bastjan 150 2 Rabat B 109 4 San Ġiljan 110 / San Gwann 204 3 Siġġiewi 161 / Sliema 190 25 St. Paul's Bay 188 28 St. Venera 194 6 Tarxien 76 / Zabbar A 163 2 Zabbar 101 / Zebbug - Malta 161 / Zejtun 178 2 Zurrieq 197 6 Victoria - Gozo 92 4

Persuni b'diżabilità – Day centres

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu d-day centres għal persuni b'diżabilità li kienu qegħdin joperaw sal-aħħar tas-sena 2023? Kemm kienu n-numru ta' persuni b'diżabilità li kienu jagħmlu użu minn kull wieħed minn dawn iċ-ċentri? Tista' tgħid ukoll kemm huma dawk il-persuni b'diżabilità li qegħdin fuq il-waiting list biex jidħlu f'wieħed minn dawn iċ-ċentri?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16378.

CDAU – Servizz ta’ speech and language pathologist

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14965 rigward is-servizzi offruti miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx lista ta' stennija għas-servizz ta' speech and language pathologist? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il tifel jew tifla qegħdin fuq din il-lista biex jibdew jingħataw dan is-servizz? Meta jiġi kkonfermat li tifel jew tifla jkollhom bżonn dan is-servizz, kemm idumu jistennew biex jingħataw dan is-servizz għall-ewwel darba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mhemmx lista ta’ stennija għas-servizz ta’ speech and language pathologist ġewwa CDAU. Kull riferta tiġi ipproċessata u jingħata appuntament fi żmien 15-il ġurnata ta’ xogħol.

CDAU – Servizz ta’ Psikjatrija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14965 rigward is-servizzi offruti miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx lista ta' stennija għas-servizz ta' psikjatrija? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il tifel jew tifla qegħdin fuq din il-lista biex jibdew jingħataw dan is-servizz? Meta jiġi kkonfermat li tifel jew tifla jkollhom bżonn dan is-servizz, kemm idumu jistennew biex jingħataw dan is-servizz għall-ewwel darba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li każijiet fejn jkun mitlub is-servizz ta’ psikjatrija, dawn jiġu mgħoddija lil CYPS. Għar-rigward tal-informazzjoni mitluba nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13448.

CDAU – Servizz ta’ infermiera

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14965 rigward is-servizzi offruti miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx lista ta' stennija għas-servizz ta' infermiera? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il tifel jew tifla qegħdin fuq din il-lista biex jibdew jingħataw dan is-servizz? Meta jiġi kkonfermat li tifel jew tifla jkollhom bżonn dan is-servizz, kemm idumu jistennew biex jingħataw dan is-servizz għall-ewwel darba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda tifel/tifla jistennew biex jingħataw xi forma ta’ servizz minn infermier.

CDAU – Test tas-smigħ

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14965 jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx lista ta' stennija għat-test tas-smigħ ġewwa l-Audiology Section 1 - ENT Outpatients tal-Isptar Mater Dei ta’ tfal li jiġu riferuti miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il tifel jew tifla qegħdin fuq il-lista biex isirilhom dan it-test?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda tifel u tifla fuq lista ta’ stennija fis-sezzjoni tal-awdjoloġija tal-isptar Mater Dei. Kull riferta li tiġi ivvetjata mill-Konsulent tingħata appuntament.

Persuni b'diżabilità — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15665 u jgħid kemm kienu l-persuni li jieħdu xi benefiċċju għax għandhom diżabilità, sal-aħħar tas-sena 2023 u x'tip ta' benefiċċju kienu/għadhom jieħdu? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel u x'inhi l-età ta' dawn il-persuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabelli ta’ hawn taħt: Diċembru 2023 Assistenza għal Diżabilit à (DA) Assistenza Miżjuda għal Diżabilit à Severa (ISDA) Assistenza għal Diżabilit à (SDA) Eta' Nisa Irġiel Total Nisa Irġiel Total Nisa Irġiel Total 15-19 6 5 11 13 46 59 112 237 349 20-24 7 14 21 25 61 86 104 194 298 25-29 9 13 22 40 66 106 147 235 382 30-34 8 28 36 32 64 96 177 212 389 35-39 10 22 32 32 62 94 168 221 389 40-44 9 26 35 38 64 102 170 230 400 45-49 20 45 65 44 52 96 176 194 370 50-54 15 39 54 37 42 79 166 153 319 55-59 22 36 58 35 32 67 149 128 277 60-64 13 22 35 32 38 70 146 140 286 65-69 11 1 12 22 12 34 82 44 126 70-74 5 - 5 13 3 16 42 19 61 75-79 2 - 2 5 2 7 30 14 44 80-84 1 - 1 1 - 1 11 7 18 85-89 1 - 1 2 1 3 2 1 3 90-94 - - - - - - 1 - 1 Total 139 251 390 371 545 916 1 ,683 2,029 3,712 Diċembru 2023 Pensjoni għall-Korriment (DP) Allowance għal tfal b’Diżabilit à (DCA) Eta' Nisa Irgiel Total Nisa Irgiel Total 0-4 - - - 89 207 296 5-9 - - - 231 668 899 10-14 - - - 238 686 924 15-19 - - - 54 129 183 20-24 - - - - - - 25-29 1 1 2 - - - 30-34 0 3 3 - - - 35-39 0 7 7 - - - 40-44 2 16 18 - - - 45-49 1 27 28 - - - 50-54 2 46 48 - - - 55-59 4 33 37 - - - 60-64 5 28 33 - - - 65-69 1 2 3 - - - 70-74 1 4 5 - - - 75-79 1 1 2 - - - 80-84 0 3 3 - - - 85-89 - - - - - - 90-94 - - - - - - Total 18 171 189 612 1,690 2,302

Edukaturi Barranin — Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15798 u jgħid f'liema skejjel jingħata taħriġ lill-edukaturi barranin li jaħdmu direttament ma' persuni b'diżabilità?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li kull LSE jingħata t-taħriġ neċessarju irrispettivament jekk humiex edukaturi barranin jew le, u jekk jaħdmux direttament ma’ persuni b’diżabilità jew le.

Mediċina Thalidomide – Kumpens għall-vittmi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il applikazzjoni ġiet sottomessa għall-kumpens lill-vittmi tat-Thalidomide? Kemm-il applikazzjoni ġiet approvata u kemm ser ikun il-kumpens għal kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet? Meta ser ikun qed isir il-ħlas ta' dan il-kumpens? Tista' tgħid ukoll jekk iż-żmien li fih wieħed seta' japplika għal dan il-kumpens għalaqx u jekk iva, tista' tgħid jekk hemmx ħsieb li dawn l-applikazzjonijiet jerġgħu jinfetħu?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li wara li f’Novembru 2021 il-Ministeru għall-Inklużjoni kien ħareġ sejħa pubblika għal kull min potenzjalment seta’ sofra xi diżabilità kawża tat-teħid tal-mediċina Thalidomide mill-omm, 38 persuna avviċinaw il-Ministeru bid-dettalji tagħhom. Wara li kull persuna tat il-kunsens tagħha biex il-bord mediku jkun jista’ jaċċessa r-rekords mediċi rispettivi, saru l-pre-assessments u eventwalment l-eżamijiet mediċi. Min-numru tal-applikanti, s’issa 25 persuna kienu konfermati li d-diżabilità li għandhom għandha rabta diretta mat-teħid tal-pillola Thalidomide. Il-kumpens li se jkun wieħed ex-gratia se jkun ibbażat fuq formula maqbula mill-kabinett li tieħu inkonsiderazzjoni fost l-oħrajn il-persentaġġ tad-diżabilità u l-età tal-persuna. L-ammonti relattivi ta’ kumpens bħalissa qed jinħadmu. Il-perjodu tal-applikazzjonijiet issa huwa magħluq.

Sensory Integration Therapy Centre – Servizz ta’ Feeding

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġie sospiż is-servizz ta’ feeding fis-Sensory Integration Therapy Centre (SITC)? Jista' jgħid jekk dan is-servizz ġiex sospiż minħabba nuqqas ta' provvisti? Jekk iva, liema kienu dawn il-provvisti? Jista' jgħid ukoll jekk dan is-servizz reġax beda’ jingħata? Jekk iva, meta? Jekk le, meta hu ppjanat li dan is-servizz jerġa’ jibda jingħata?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li s-servizz ta’ Feeding fis-Sensory Integration Therapy Centre ġie sospiż fit-12 ta’ Frar. Dan is-servizz tkompla mit-23 ta’ Frar 2024.

Mediċini Aripiprazol u Circadin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċini Aripiprazol (mistura jew pilloli) u Circadin humiex inklużi fil-formularju tal-Gvern? Jekk le, jista' jgħid għaliex dawn il-mediċini m’humiex inklużi fil-formularju? Jista' jikkonsidra li dawn il-mediċini jiġu inklużi fil-formularju tal-Gvern?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-mediċina Aripiprazol ser tidħol fil-formularju iktar tard din is-sena għall-kundizzjoni skont lis-skeda ħamsa. Il-mediċina Circadin mhiex fil-formularju, pero hemm proċess kif il-mediċini jidħlu fil-formularju.

CDAU – Servizz ta’ Neurodevelopmental Paediatrician

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14965 rigward is-servizzi offruti miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx lista ta' stennija għas-servizz ta' Neurodevelopmental Paediatrician? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il tifel jew tifla qegħdin fuq din il-lista biex jibdew jingħataw dan is-servizz? Meta jiġi kkonfermat li tifel jew tifla jkollhom bżonn dan is-servizz, kemm idumu jistennew biex jingħataw dan is-servizz għall-ewwel darba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda lista ta’ stennija biex jaraw it-tfal in-Neurodevelopmental Paediatricians. Ir-riferrals ġodda jingħataw is-sevizz ta’ dawn il-pedjatri fi ftit ġranet wara li jiġu referuti.

CDAU – Servizz ta’ Fiżjoterapija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14965 rigward is-servizzi offruti miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx lista ta' stennija għas-servizz ta' fiżjoterapija? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il tifel jew tifla qegħdin fuq din il-lista biex jibdew jingħataw dan is-servizz? Meta jiġi kkonfermat li tifel jew tifla jkollhom bżonn dan is-servizz, kemm idumu jistennew biex jingħataw dan is-servizz għall-ewwel darba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li s-servizz tal-Fiżjoterapija m’għandux listi ta’ stennija u kull każ ġdid jiġi ikkuntatjat u jirċievi appuntament fl-ewwel 15-il ġurnata ta’ xogħol kif imniżżel fil-linji gwida tax-xogħol tagħna.

CDAU – Servizz ta’ Occupational Therapy

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14965 rigward is-servizzi offruti miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx lista ta' stennija għas-servizz ta' occupational therapy? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il tifel jew tifla qegħdin fuq din il-lista biex jibdew jingħataw dan is-servizz? Meta jiġi kkonfermat li tifel jew tifla jkollhom bżonn dan is-servizz, kemm idumu jistennew biex jingħataw dan is-servizz għall-ewwel darba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li s-servizz tal-Occupational Therapy ġewwa s-CDAU għandu 50 każ ġdid fuq il-lista ta’ stennija. Dawn idumu madwar 6 sa 8 ġimgħat biex jibdew is-servizz. Is-servizz għandu wkoll 43 każ ta’ re-referrals qed jistennew appuntament. Dawn huma tfal li diġa kienu jużaw is-servizz u waqqfu jattendu jew ma kellhomx iżjed bżonn is-servizz.

Ċitazzjonijiet maħruġa għal kontravvenzjonijiet relatati mal-ambjent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet għal kontravvenzjonijiet relatati mal-ambjent għas-snin 2020, 2021, 2022 u 2023, separatament għal kull sena u jaqsam dan it-tagħrif, lokalità lokalità, separatament għal kull sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant dwar kontravvenzjonijiet relatati mal-ambjent mis-sena 2020 sas-sena 2023 kienu kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista tinkludi biss informazzjoni tal-entitajiet tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, u ċjoè il-Korp tal-Pulizija u l-Aġenzija LESA. Din tinkludi taħrikiet maħruġa permezz ta' cameras imqabbda mal-control room tal-Aġenzija LESA.

Skejjel Primarji – Studenti b’diżabilità

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15254, jista' l-Ministru jgħid kemm mit-total ta' studenti li bdew jattendu l-iskejjel primarji fis-sena skolastika 2023-2024 għandhom xi diżabilità? Jista' jgħid ukoll kemm-il student kien hemm għal kull diżabilità u jipprovdi wkoll l-informazzjoni skola skola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali informazzjoni hi ta’ natura privata u b’hekk mhux ser tiġi ppubblikata.