Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali tat-Tnax-il Distrett — Għoti ta’ proprjetà jew art - Proċess ta’ devoluzzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17226 dwar għoti ta’ proprjetà jew art lill-kunsilli lokali tat-Tnax-il Distrett Elettorali, jista’ l-Ministru jgħid għal kull proprjetà jew sit, liema minn dawn għandhom il-proċess ta’ devoluzzjoni lest u liema jinsabu fi stadju avvanzat? F’każ li l-proċess ta’ devoluzzjoni lest, meta tlesta l-proċess?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li id-devoluzzjonijiet tal-uffiċċji amministrattivi lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar u tas-sit fejn ser jinbena ċ-Ċentru Ċiviku mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar tlestew. Qegħda tiġi finalizzata d-devoluzzjoni tat-Torri tal-Kaptan lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar.

IVF – Proċeduri bejn koppji Maltin u barranin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17151 u jgħid, mill-proċeduri tal-IVF li saru matul is-sena 2023, kemm-il koppja kienet ta' nazzjonalità Maltija, kemm-il koppja kienet magħmula minn persuna waħda ta' nazzjonalità Maltija, u kemm-il koppja kienet ta' nazzjonalità barranija? Kemm minn dawn saru fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei u kemm saru fi kliniċi privati? Kemm minn dawn kienu ta' suċċess, fis-sens li wasslu għall-wild ta' tarbija/trabi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

IVF – Proċeduri bejn koppji tal-istess sess

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17152 u jgħid, mill-proċeduri tal-IVF li saru matul is-sena 2023, kemm-il koppja kienet tal-istess sess? Kemm minn dawn saru fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei u kemm saru fi kliniċi privati? Kemm minn dawn kienu ta' suċċess, fis-sens li wasslu għall-wild ta' tarbija/trabi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Blue badges irritornati lura

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 17227 u tgħid x'inhi l-proċedura biex blue badge tiġi rritornata wara li l-persuna b'diżabilità tkun mietet? Tista' tgħid ukoll kemm-il blue badge ġiet irritornata lura matul is-sena 2023 minħabba li l-persuna b'diżabiltà kienet mietet fl-istess u kemm kien mistenni li jiġu rritornati lura fl-2023 minħabba li l-persuna b’diżabilità tkun mietet?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħala d-data processor tal-iskema tal-Blue Badges, qabel ma għaddiet għand Aġenzija Sapport, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD), kienet daħlet fi ftehim mad-Dipartiment tas-Saħħa biex tiġi proċessata lista ta’ nies li kellhom Blue Badge u mietu. Dan l-eżerċizzju jsir darba fix-xahar u l-lista tgħaddi għand Aġenzija Sapport. Apparti minn hekk sar ukoll ftehim ta’ tqassim ta’ data bejn l-Aġenzija Sapport u Identità Malta dan biex ikompli jgħin fil-proċess biex jiġu rritornati Blue Badges ta’ persuni li ġew nieqsa. Sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, is-CRPD għadha tibgħat ittra fuq l-indirizz irreġistrat tal-persuna li tkun inħarġitilha l-Blue Badge sabiex din tiġi rritornata. Aġenzija Sapport tinżamm aġġornata dwar dan il-proċess. Fis-sena 2023 kien mistenni li jiġu rritornati 419-il Blue Badge ta’ persuni li mietu. Sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija , ġew irritornati 188-il dokument tal-Blue Badge ta’ persuni li ġew nieqsa. Barra minn hekk, kien hemm 18-il każ fejn il-familjari għamlu rapport mal-Pulizija li ma nstabitx il-Blue Badge.

Skejjel — evacuation chair għal persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15799, 16554, 17071 u 17377 u jgħid f'liema skejjel hemm evacuation chair li jista' jintuża minn persuni b'diżabilità f'każ li jkun hemm nirien fis-sular ta' fuq tal-istess skejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel għandhom proċeduri stabiliti skont il-Health & Safety Unity, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Ix-Xemxija – Tneħħija ta’ vettura

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17378 dwar tneħħija ta’ vettura minn Triq Piscopo Macedonia, Xemxija, jista' l-Ministru jgħid liema entità, dipartiment, eċċ. neħħa dan il-mutur? Jista’ jgħid ukoll meta tneħħa dan il-mutur u fejn tpoġġa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-vettura li kienet fi Triq Piscopo Macedonia, Xemxija u li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Membru, tneħħiet mill-pulizija fit-18 ta’ Marzu 2024 u bħalissa qiegħda fil-kumpless ġewwa Ta’ Kandja.

Personalised parking bays għal persuni b'diżabilità — Suspett ta’ abbuż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għandu jsir meta jkun hemm suspett li l-personalised parking bay għal persuna b'diżabilità tkun ingħatat lil persuna li ma għandhiex bżonn dan il-parkeġġ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16363.

IVF — Proċeduri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17147 u jgħid kemm-il proċedura tal-IVF saret matul is-sena 2023? Kemm minn dawn saru fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei u kemm saru fi kliniċi privati? Kemm minn dawn kienu ta' suċċess fis-sens li wasslu għall-wild ta' tarbija/trabi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 524.01 din l-informazzjoni se tkun inkluża fir-Rapport Annwali tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun li se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-futur qrib.

IVF – Proċeduri bi sperm donor

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17148 u jgħid kemm-il proċedura tal-IVF saret permezz ta’ sperm donor matul is-sena 2023? Kemm minn dawn saru fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei u kemm saru fi kliniċi privati? Kemm minn dawn kienu ta' suċċess, fis-sens li wasslu għall-wild ta' tarbija/trabi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 524.01 din l-informazzjoni se tkun inkluża fir-Rapport Annwali tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun li se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-futur qrib.

IVF – Proċeduri b’egg donor

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17149 u jgħid kemm-il proċedura tal-IVF saret permezz ta’ egg donor matul is-sena 2023? Kemm minn dawn saru fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei u kemm saru fi kliniċi privati? Kemm minn dawn kienu ta' suċċess, fis-sens li wasslu għall-wild ta' tarbija/trabi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 524.01 din l-informazzjoni se tkun inkluża fir-Rapport Annwali tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun li se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-futur qrib.

IVF — PGT testing

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17150 dwar il-PGT testing fil-proċess tal-IVF, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-arranġamenti neċessarji biex jitwaqqaf laboratorju ġdid għal PGT testing f’pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll kif ġew megħjuna l-koppji li talbu PGT testing minn mindu daħħlet fis-seħħ il-liġi dwar PGT testing f’Lulju 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess ta’ tendering ta’ procurement sabiex fi ftit xhur oħra jkollna l-apparat kollu tal-ART Clinic ġewwa Mater Dei mibdul għal wieħed modern. Infurmat ukoll li minn Lulju 2022 sal-lum, dawk il-koppji li talbu PGT testing, ġew megħjuna billi qed jingħataw rifużjoni tal-ispejjeż tat-trattament kollu, flimkien ma' rifużjoni tal-ispejjeż tal-mediċina preskritta.

Kunsilli Lokali tas-Seba’ Distrett — Għoti ta’ proprjetà jew art

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17225 dwar għoti ta’ proprjetà jew art lill-kunsilli lokali tas-Seba’ Distrett Elettorali, jista’ l-Ministru jagħti l-indirizz ta’ din il-proprjetà u għal liema użu ser tintuża din il-proprjetà?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li hemm proċess biex proprjetà li tinsab f’numru 16, Triq l-Isptar fir-Rabat, Malta tkun devoluta lill-Kunsill Lokali sabiex isservi bħala hub għall-esebizzjonijiet għall-NGOs Rabtin.

Personalised jew communal parking bays – Proċedura għat-tneħħija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex personalised jew communal parking bay titneħħa wara li dan il-parkeġġ ma jibqax użu għalih pereżempju minħabba li l-persuna b'diżabilità ma tkunx għadha toqgħod hemmhekk jew inkella tkun mietet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16363.

Blue Badge — Miżuri kontra abbużi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'miżuri qegħdin jittieħdu biex ma jkunx hemm abbuż minn blue badges u kif qed jiġi assigurat li ma jkunx hemm użu tal-blue badge minn persuni oħra għajr dawk li fuqhom tkun inħarġet il-blue badge?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Blue Badge tista’ tintuża minn persuna li m’hijiex id-detentur tagħha, imbasta din tintuża fil-preżenza tad-detentur. Barra minn hekk, sabiex jitnaqqas l-abbuż marbut mal-użu ta’ Blue Badge minn persuni li m’humiex intitolati għaliha, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità toffri taħriġ; · lir-rekluti kollha tal-Korp tal-Pulizija, · lill-uffiċċjali li huma parti, jew sa jkunu parti, mill-Uffiċċjali tal-Komunità fi ħdan il-Korp tal-Pulizija · il-membri tal-korp li qed isegwu l-kors sabiex isiru Surġenti · il-membri tal-korp li qed isegwu l-kors sabiex isiru Spetturi · Uffiċċjali tal-Komunità fi ħdan il-LESA Jingħata wkoll taħriġ lil operaturi ta’ parkeġġi privati, kif ukoll lil membri tal-infurzar ta’ Transport Malta. Ingħata taħriġ ukoll lill-ħaddiema tal-Gozo Channel Company Limited fejn l-uffiċċjali tal-infurzar tal-Kummissjoni għamlu shadowingfiż-żona tal-imbark tal-karozzi. Il-Kummissjoni, fil-funzjoni ta’ infurzar tagħha, tadotta approċċ edukattiv. Dan billi teduka u twissi lil min ikun qiegħed juża il-Blue Badge mhux skont il-liġi, kemm waqt ir-rondi li isiru mill-uffiċjali tagħha, kif ukoll meta tikkomunika ma’ persuni li allegatament ikunu qed jabbużaw mill-Blue Badge.

Communal parking bays – Rapporti dwar abbuż

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport sar dwar abbuż minn communal parking bays jew personalised parking bays għal persuni b'diżabilità fis-sena 2023 u lil liema entità saru?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17386.

Blue Badge – Rapporti dwar abbuż

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport sar dwar abbuż minn blue badge għal persuni b'diżabilità fis-sena 2023 u lil liema entità saru?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul l-2023, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità rċeviet 170 rapport dwar abbuż minn Blue Badge.

Blue Badge – Suspett ta’ abbuż

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għandu jsir meta jkun hemm suspett li l-blue badge tkun ingħatat lil persuna li ma għandhiex bżonn il-blue badge?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi f’każ ta’ tali suspett wieħed jista’ jikkuntatja lit-Taqsima tal-Infurzar tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

Blue badges irritornati lura

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura biex blue badge tiġi rritornata wara li l-persuna b’diżabilità ma tkunx għadha eleġibbli għaliha? Tista' tgħid ukoll kemm-il blue badge ġiet irritornata lura matul is-sena 2023 għaliex il-persuna b’diżabilità ma kenitx għadha eleġibbli għaliha? Kemm-il blue badge kien mistenni li tiġi rritornata minħabba li ġie deċiż li l-persuna b’diżabilità ma kinitx għadha eleġibbli għaliha matul is-sena 2023?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Meta persuna ma tkunx għadha eliġibbli għall-Blue Badge, Aġenzija Sapport tibgħat ittra lill-persuna (jew lill-gwardjani tagħha) sabiex tinfurmaha li m’għadhiex eliġibbli għal dan id-dokument legali u sabiex tirritorna d-dokument tal-Blue Badge. Fis-sena 2023 ġew irritornati 51 dokument tal-Blue Badge għar-raġuni deskritta hawn fuq. Matul l-istess sena kienu mistennija li jiġu rritornati 142 Blue Badges minħabba li l-persuni m’għadhomx eliġibbli għaliha. Bħalissa għaddej proċess sabiex jinġabru d-dokumenti li ma ġewx ritornati.

Skejjel — evacuation chair għal persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15799, 16554 u 17071 u jgħid f'liema skejjel hemm evacuation chair li jista' jintuża minn persuni b'diżabilità f'każ li jkun hemm nirien fis-sular ta' fuq tal-istess skejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.