Legislature:
Category:
Reset
Active:

Binjiet mhux residenzjali — Kirja tal-arloġġi tad-dawl - Sussidju

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet li mhumiex residenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet li mhumiex residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom. Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.

Binjiet mhux residenzjali — Applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl - Sussidju

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet li mhumiex residenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet li mhumiex residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom. Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.

Persuni bil-kundizzjoni tal-epilessija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni bil-kundizzjoni tal-epilessija f’pajjiżna? Jista' jagħti wkoll informazzjoni dwar l-età ta' dawn il-persuni u kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hawn 5,182 persuna bil-kundizzjoni tal-epilessija. Minnhom, 2,458 huma nisa u 2,724 huma rġiel. L-etajiet tagħhom huma hekk: Età Feminili Maskili 0 - 10 13 166 11 - 20 228 284 21 - 30 287 377 31 - 40 289 430 41 - 50 335 332 51 - 60 285 300 61 - 70 344 329 71 - 80 360 358 81+ 194 148

Blue Badge – Parkeġġi riżervati — Rapporti ta' abbuż

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 17385 u 17386, dwar rapporti ta' abbuż minn parking bays għall-persuni b'diżabilità u abbuż minn blue badge fis-sena 2023, tista' l-Ministru tgħid jekk dawn ir-rapporti sarux minn individwi jew inkella minn xi entità, dipartiment, awtorità oħra, eċċ? Jekk dawn saru minn xi entità, dipartiment, awtorità oħra eċċ., tista' l-Ministru tgħid minn min saru u kemm kien in-numru ta' rapporti f' kull każ?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-maġġoranza l-kbira tar-rapporti saru minn individwi. Il-kumplament huma maqsumin kif ġej: Aġenzija Sapport 16 LESA 1 Kunsill Lokali Ħamrun 1 Pulizija 3 Total 21

Blue badge – Rapporti ta' abbuż

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17386, dwar rapporti ta' abbuż minn blue badge fis-sena 2023, tista' l-Ministru tgħid xi rriżulta minn dawn ir-rapporti u x'azzjoni ttieħdet?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-170 rapport riferut fil-mistoqsija parlamentari 17386, kien hemm 16-il rapport fejn ma ngħatatx biżżejjed informazzjoni biex is-CRPD tkun tista’ tinvestiga l-każ, żewġ rapporti marbuta ma’ każijiet fejn ma setgħatx tittieħed azzjoni dwarhom, 37 rapport li wara l-investigazzjoni ħareġ li ma kien l-ebda abbuż u 115-il rapport fejn mill-investigazzjoni ħareġ li kien hemm abbuż. Minn dawn il-115-il każ, 8 każijiet ġew irrappurtati lill-entitajiet responsabbli, 3 każijiet fejn bdew jittieħdu proċeduri kriminali dwarhom fil-Qorti, 2 każijiet fejn is-servizz qed jiġi rivedut, 24 każ fejn is-servizz ġie revokat, 36 każ fejn ġiet ikkonfiskata Blue Badge ffalsifikata jew ikkupjata u 42 każ fejn l-Uffiċjali tal-Infurzar tas-CRPD widdbu lill-persuni individwali u tawhom informazzjoni utli sabiex jimxu mar-regolamenti tal-Blue Badge u l-ipparkeġġjar.

Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani — Spezzjonijiet fid-djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet fid-djar tal-anzjani mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani matul l-aħħar sena? Jekk iva, meta u fejn saru u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-ikel li qiegħed jingħata lill-anzjani?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani mhuwiex l-Awtorità kompetenti sabiex tagħmel spezzjonijiet fid-djar tal-anzjani. Hemm Awtorità regolatorja imwaqqfa għal dan il-għan.

Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani — Spezzjonijiet fid-djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet fid-djar tal-anzjani mill-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani? Jekk iva, meta saru u fejn saru u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-ikel li qiegħed jingħata lill-anzjani?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Persuni b'diżabilità permanenti – Blue badge

Question

Tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex jekk il-blue badge tinħareġ lil persuna b'diżabilità permanenti, il-blue badge tkun ukoll waħda permanenti, dan sakemm ma jkunx hemm xi raġuni għaliex il-persuna b'diżabilità ma tibqax tikkwalifika għal blue badge?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każ li applikant ikun persuna b’diżabilità permanenti, id-dokument tal-Blue Badge jinħareġ għall-perjodu massimu permissibbli bil-liġi (Att 560 tal-2017, Artikolu 13), jiġifieri għal perjodu ta’ 5 snin. Persuna b’diżabilità li l-Aġenzija għandha informazzjoni li d-diżabilità tagħha hi permanenti, ikollha l-Blue Badge imġedda b’mod awtomatiku wara li tissottometti applikazzjoni għal tiġdid, filwaqt li persuni li l-Aġenzija ma jkollhiex din l-informazzjoni dwarhom, jiġu msejħa għal assessjar minn professjonisti mediċi.

Blue badges irritornati lura

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il blue badge ġiet irritornata lura matul is-snin 2022, 2021, u 2020, għaliex il-persuna b’diżabilità ma kenitx għadha eleġibbli għaliha, separatament għal kull sena? Tista’ tgħid ukoll kemm-il blue badge kien mistenni li tiġi rritornata minħabba li ġie deċiż li l-persuna b’diżabilità ma kenitx għadha eleġibbli għaliha matul is-snin 2022, 2021 u 2020 separatament għal kull sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn Marzu 2022 (meta s-servizz tal-Blue Badge għadda għand Aġenzija Sapport) u Diċembru 2022, kien hemm 114-il dokument li kien mistenni jiġi ritornat minħabba li l-persuna ma baqgħetx eliġibbli għal dan id-dokument legali. Minn dawn s’issa ġew ritornati 84. Ninfurmaha wkoll, li minkejja li l-Pandemija COVID-19 ġabet magħha tfixkil sħiħ fl-operat tal-ħruġ u l-ġbir tal-Blue Badges, l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità sabiex ittaffi l-effetti negattivi fuq l-applikanti, ħarġet Blue Badge temporanja għal sena lill-applikanti kollha li kellhom appuntamenti mediċi u tħassru, minħabba konsegwenza li dawn l-appuntamenti twaqqfu fl-20 ta’ Marzu 2020. Kull min ibbenefika minn din il-miżura ngħatalu appuntament wara t-2 ta' Ottubru 2020 minflok dak li kellu jseħħ għall-perjodu meta l-appuntamenti kienu sospiżi.

Tal-Pietà — Reserved parking għal persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il reserved parking għal persuni b'diżabilità hemm fil-lokaltà tal-Pietà? Jista' jgħid fejn jinsabu dawn ir-reserved parkings u jekk dawn humiex communal reserved parking bays inkella personalised parking bays? Jista' jgħid ukoll liema minn dawn ir-reserved parkings huma biss għal perjodu speċifikat, pereżempju tas-sajf, u għal kull każ jgħid għal liema perjodu huma dawn ir-reserved parkings?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar fejn jinsabu dawn il-parkeġġi.

San Pawl il-Baħar — Reserved parking għal persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il reserved parking għal persuni b'diżabilità hemm fil-lokaltà ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll fejn jinsabu dawn ir-reserved parkings u jekk dawn humiex communal reserved parking bays inkella personalised parking bays? Jista' jgħid liema minn dawn ir-reserved parkings huma biss għal perjodu speċifikat, pereżempju tas-sajf, u għal kull każ jgħid għal liema perjodu huma dawn ir-reserved parkings?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kunsill Lokali Naxxar – Xogħlijiet fi Triq Burmarrad

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsilli Lokali tan-Naxxar għandux ħsieb li jwettaq xogħlijiet fi Triq Burmarrad (it-triq li tagħti minn Triq il-Witja/Triq Toni Camilleri għal Triq is-Salina)? Jekk iva, liema xogħol hemm ippjanat u meta hu ppjanat li dan isir?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar li m’għandux pjanijiet ta’ xogħlijiet fl-imsemmija triq.

Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar — Xogħlijiet fi Triq Burmarrad

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsilli Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għandux ħsieb li jwettaq xogħlijiet fi Triq Burmarrad (it-triq li tagħti minn Triq il-Witja/Triq Toni Camilleri għal Triq is-Salina)? Jekk iva, liema xogħol hemm ippjanat u meta hu ppjanat li dan isir?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li m’għandux ħsieb jagħmel xogħlijiet fl-area msemmija ħlief dak normali ta’ rutina.

Triq Burmarrad — Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema xogħol sar u liema xogħol baqa' jsir fi Triq Burmarrad (it-triq li tagħti minn Triq il-Witja/Triq Toni Camilleri għal Triq is-Salina) wara li hawnhekk sar xi xogħol mill-Enemalta? Tista' tgħid ukoll meta hu ppjanat li jsir dan ix-xogħol? Tista' tara li b'mod immedjat tittieħed l-azzjoni neċessarja biex jitneħħa kull periklu li nħoloq wara li sar ix-xogħol mill-Enemalta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fit-triq indikata l-Enemalta lestiet xogħlijiet bħala parti mill-proġett li qed twettaq biex tpoġġi aktar minn 70 kilometru ta’ cables ġodda ta’ 11-il kilovolt f’lokalitajiet differenti biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Filwaqt li qegħdin jittieħdu u jiġu mħarsa l-miżuri kollha ta’ saħħa u sigurtà, ninsab infurmata li fil-jiem li ġejjin ser jibda xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-istess triq. Ladarba jitlesta dan ix-xogħol, it-triq imbagħad ser tiġi asfaltata minn Infrastructure Malta skont ir-rekwiżiti tal-permess maħruġ minn Transport Malta.

San Pawl il-Baħar – Applikazzjonijiet ta’ mollijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet saru mal-Awtorità tal-Ippjanar fir-rigward ta' mollijiet fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar matul l-aħħar sitt snin? Jista’ jgħid ukoll fejn jinsabu dawn il-mollijiet, min issottometta dawn l-applikazzjonijiet u f'isem min saru l-istess applikazzjonijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi provduta skont kif jidher fil-punti segwenti: § PA/03759/19 - Site at, Ghajn Razul, San Pawl il- Bahar (Veccja ,Xemxija) – Proposed re-construction of pier.- Applicant : Mr Joseph Bugeja obo Transport Malta § PA/08978/19 - Quay and slipway, off Triq San Frangisk, San Pawl il- Bahar – Proposed repair of slipway and quay surfaces. - Applicant : Mr Joseph Bugeja obo Transport Malta § PA/09324/18- Quay & Slipway, off Triq San Publiju , San Pawl il- Bahar- Re-construction of damaged quay and slipway. -Applicant : Mr Joseph Bugeja obo Transport Malta § PA/04179/20 -Site at slipway, Triq il- Qawra , San Pawl il- Bahar- Dismantling , reconstruction and repair works on an existing damaged slipway. - Applicant: Mr Joseph Bugeja obo Transport Malta

San Pawl il-Baħar – Pjazza Sir Luigi Preziosi – Rapporti dwar qtugħ ta’ dawl dekorattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha rċevietx rapporti dwar qtugħ ta' dawl dekorattiv fi Pjazza Sir Luigi Preziosi (fiż-żona tal-Good Samaritan Hospital), San Pawl il-Baħar, liema dawl qiegħed kontinwament jinqata'? Jekk iva, tista’ tgħid ukoll matul l-aħħar sena, meta rċeviet dawn ir-rapporti, mingħand min, u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fil-21 ta’ Marzu 2024 Enemalta irċeviet rapport mill-Kunsill Lokali dwar dawl mitfi fi Triq il-Kaħli u l-manutenzjoni saret dakinhar stess.

San Pawl il-Baħar – Pjazza Sir Luigi Preziosi – Rapporti dwar qtugħ ta’ dawl dekorattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar irċeviex rapporti dwar qtugħ ta' dawl dekorattiv fi Pjazza Sir Luigi Preziosi (fiż-żona tal-Good Samaritan Hospital), San Pawl il-Baħar, liema dawl qiegħed kontinwament jinqata'? Jekk iva, jista’ jgħid ukoll matul l-aħħar sena, meta rċieva dawn ir-rapporti u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li rċieva rapport u għaddieh lill-Korporazzjoni Enemalta u lid-Dipartiment tax-Xogħolijiet Pubbliċi dakinnhar stess, fejn tal-aħħar, ikkonfermaw li min-naħa tagħhom saret il-manutenzjoni fl-istess ġurnata. Il-Korporazzjoni Enemalta irraportaw ukoll li saru t-tiswijiet neċessarji. Dan kien l-ewwel rapport għal din is-sena dwar din il-pjazza.

IVF – PGT testing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għal PGT testing fil-proċess tal-IVF saret? Meta saret kull waħda minn dawn it-talbiet? Jista' jgħid ukoll jekk, f'kull każ, din it-talba ġietx aċċettata u jekk iva kif kienet megħjuna l-koppja?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ħamsa ġew approvati għall-PGTM. L-applikazzjoni li saret f’Novembru 2022 ġiet rimborżata. L-applikazzjonijiet li saru f’Diċembru 2022, Lulju 2023, Awwissu 2023 u Frar 2024 kollha għadhom attivi. Applikazzjoni li saret f’Lulju 2023 ġiet rifjutata qabel ġiet awtorizzata.

Prodott Energie Shake

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 16981 dwar il-prodott Energie Shake, jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf milli jiġi mqassam dan il-prodott mill-POYC? Jista' jgħid liema prodott alternattiv qiegħed jingħata minflok il-prodott Energie Shake u meta beda jingħata? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li dan il-prodott alternattiv li issa qiegħed jingħata, jinbidilx għal wieħed differenti jew inkella ta' ammont (litri kull prodott) differenti? Jekk iva, meta ser jibda jitqassam dan il-prodott?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17811.

Blue badges irritornati lura

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17228 dwar blue badges li kienu mistennija jiġu rritornati lura minħabba li l-persuna b'diżabilità ma tkunx għadha eleġibbli għaliha, tista' l-Ministru tinforma xi proċess qed jintuża biex dawk il-blue badges li ma ġewx irritornati lura, fil-fatt jiġu rritornati lura?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi d-detenturi ta' Blue Badge valida li ma jkunux għadhom eliġibbli għaliha jiġu nfurmati bil-posta sabiex jirritornaw il-Blue Badge li tkun għadha valida. F'każ li l-Blue Badge tkun skaduta, dan l-eżerċizzju ma jseħħx peress illi Blue Badge ġġib data ta' validità li ddekorriet, tiġi awtomatikament skaduta bl-operat ta' Artikolu 8 (3) tal-Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għal Persuni b’Diżabilità (Kap 560). Għat-termini tal-istess artikolu, il-perjodu ta' validità ta' Blue Badge m'għandux jeċċedi ħames snin.