Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom il-kundizzjoni ADHD separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji eċċ)? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ġurnata tal-llum fl-iskejjel madwar Malta hemm 1,427 student li għandhom l-‘ADHD’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji eċċ)? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ġurnata tal-llum fl-iskejjel madwar Malta hemm 2,004 student li għandhom l-‘Awtiżmu’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom Down Syndrome separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji eċċ)? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ġurnata tal-llum fl-iskejjel madwar Malta hemm 71 student li għandhom l-‘Down Syndrome.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fir-rotta tal-linja numru 31 matul dawn l-aħħar tliet snin? Jekk iva, x'tibdil kien hemm u meta sar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tibdil li kien hemm fir-rotta 31 qed jiġi spjegat fil-punti segwenti:
1. Tibdil fil-frekwenza, fejn matul il-ġimghat il-frekwenza żdiedet għal tnax il-minuta fil-ħinijiet peak.
2. Minħabba t-tibdil fid-direzzjoni tat-traffiku ġewwa l-Mosta, fid-dħul tagħha ġewwa il-Mosta minn San Pawl il-Baħar, din ir-rotta qiegħda tgħaddi minn Triq il-Kbira għal Triq l-Indipendenza minflok Triq il-Kungress Ewkaristiku. Filwaqt fi triqtha lejn San Pawl il-Baħar din ir-rotta qiegħda tgħaddi minn Triq il-Kungress Ewkaristiku minflok minn Triq l-Indipendenza u Triq il-Kbira.
Skejjel — evacuation chair għal persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15799, 16554, 17071, 17377 u 17645 u jgħid f'liema skejjel hemm evacuation chair li jista' jintuża minn persuni b'diżabilità f'każ li jkun hemm nirien fis-sular ta' fuq tal-istess skejjel?
Jista' l-Ministru jgħid xi nstab mill-Fact Finding Board li nħatar sabiex jara s-sitwazzjoni fl-Iskola Guardian Angel? Jista' jgħid ukoll x'kienu r-rakkomandazzjonijiet u azzjonijiet meħtieġa li rriżultaw minn dan il-Bord?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport tal-Fact Finding huwa wieħed kunfidenzjali, filwaqt li r-rakkomandazzjonijiet tal-bord jiġu evalwati u fejn neċessarju implimentati.
Tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex persuni b'diżabilità li tkun ser tiskadilhom il-blue badge tagħhom, jiġu notifikati biex jerġgħu japplikaw għall-blue badge qabel ma tiskadi u dan sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn persuni b'diżabilità, bi żvista, jispiċċaw bil-blue badge skaduta minħabba li ma jkunux applikaw għat-tiġdid tagħha?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont l-Att 560 tal-2017, Artikolu 13, wieħed hu obbligat li japplika għal tiġdid tal-Blue Badge tliet xhur qabel id-data tal-iskadenza tad-dokument. Fil-fatt flimkien mal-Blue Badge tinħareġ notifika biex il-persuna tieħu ħsieb tapplika 3 xhur qabel tiskadi l-Blue Badge. Din l-informazzjoni tinsab ukoll fuq il-paġna tal-Blue Badge fis-sit elettroniku ta’ Aġenzija Sapport li tħaddem dan is-servizz, fuq l-applikazzjoni (kemm għal dokument ġdid kif ukoll għal tiġdid) u fil-pubblikazzjonijiet tal-Aġenzija, u kull fejn tingħata promozzjoni dwar dan id-dokument u l-użu tiegħu. Fil-preżent għaddej proċess sabiex tiġi aġġornata s-sistema biex din tippermetti li d-detenur tal-Blue Badge jirċievi avviż b’mod elettroniku dwar l-iskadenza tad-dokument.
Skejjel għal żgħażagħ b'diżabilità minn 16-il sena 'l fuq
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li jistgħu jattendu żgħażagħ b'diżabilità li għandhom minn 16-il sena 'l fuq u jekk hemmx waiting list għal dawn l-iskejjel? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li jinfetħu iktar skejjel għal żgħażagħ b'diżabilità li għandhom minn 16-il sena 'l fuq?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda waiting list għal żgħażagħ b’diżabilità minn 16-il sena 'l fuq għax l-iskejjel konċernati joffru s-sapport neċessarju sabiex jibqgħu għaddejin bil-proċess edukattiv tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żwiġijiet ċivili f'Malta u f’Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin u jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena:
i. Bejn koppji Maltin;
ii. Bejn koppji barranin;
iii. Bejn koppji magħmula minn persuna Maltija u persuna barranija; u
iv. Bejn koppji LGBTIQ+?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16230 u 11588.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' divorzju f'Malta u f’Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin u jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena:
i. Bejn koppji Maltin;
ii. Bejn koppji barranin;
iii. Bejn koppji magħmula minn persuna Maltija u persuna barranija; u
iv. Bejn koppji LGBTIQ+?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Waqt li nirreferri l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15224, ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ma tinżammx kif qed jiġi mitlub minnha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' separazzjoni f'Malta u f’Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin u jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena:
i. Bejn koppji Maltin;
ii. Bejn koppji barranin;
iii. Bejn koppji magħmula minn persuna Maltija u persuna barranija; u
iv. Bejn koppji LGBTIQ+?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder' separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji eċċ)? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin preżentement f'Malta? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont jekk dawn il-persuni humiex ġejjin minn pajjiż fl-Unjoni Ewropea, mill-Ingilterra jew minn pajjiżi oħra?
Binjiet domestiċi u residenzjali – Kirja tal-arloġġi tal-ilma — Susssidju
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet domestiċi u residenzjali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet domestiċi u residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom.
Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.
Binjiet domestiċi u residenzjali – Applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tal-ilma — Sussidju
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet domestiċi u residenzjali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet domestiċi u residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom.
Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.
Binjiet domestiċi u residenzjali – Kirja tal-arloġġi tad-dawl — Sussidju
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet domestiċi u residenzjali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet domestiċi u residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom.
Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.
Binjiet domestiċi u residenzjali — Applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl - Sussidju
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet domestiċi u residenzjali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl f'binjiet domestiċi u residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom.
Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.
Binjiet mhux residenzjali — Kirja tal-arloġġi tal-ilma - Sussidju
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet li mhumiex residenzjali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq il-kirja tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet li mhumiex residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom.
Kif tħabbar fil-Baġit, din l-għajnuna addizzjonali se nkomplu nagħtuha anke din is-sena għax li ma kienx għal din il-politika ta’ stabbiltà, kieku l-familji Maltin u Għawdxin illum qegħdin iħallsu d-doppju f’kontijiet tad-dawl. Mingħajr dan is-sapport, l-ispiża tal-konsum tal-elettriku għal koppja tirdoppja minn €403 għal €822 fis-sena. Għal familja t’erbgħa, din l-ispiża titla’ minn €672 għal €1,275 fis-sena.
Binjiet mhux residenzjali — Applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tal-ilma - Sussidju
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet li mhumiex residenzjali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għalkemm m’hemmx sussidju fuq l-applikazzjoni/installazzjoni tal-arloġġi tal-ilma f'binjiet li mhumiex residenzjali, bit-traħħis tal-kontijiet b’riżultat tad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ttieħdu f’dawn l-aħħar 10 snin, flimkien mal-għajnuna addizzjonali li l-Gvern ta f’dawn l-aħħar tliet snin minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali, il-familji u n-negozji f'pajjiżna ffrankaw aktar minn €1.4 biljun mill-ispiża tal-enerġija tagħhom.