Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa u l-Manikata – Talbiet approvati għal traffic lights u pedestrian crossings

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk iż-zebra crossings, pedestrian crossings, traffic lights eċċ li ġew approvati minn Transport Malta fil-lokalità tal-Mellieħa, inkluż fiż-żona tal-Manikata, matul l-aħħar sena? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans ta' fejn kienu approvati li jsiru u x'ġie approvat f'kull każ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra approvazzjoni ta’ zebra crossing u s-site plan.

Buġibba — Dgħajjes li kienu joperaw mill-moll

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ser ikunu qegħdin joperaw matul is-sajf 2024, dawk id-dgħajjes li sas-sajf li għadda kienu joperaw mill-moll ta' Buġibba, hekk kif bħalissa għaddej ix-xogħol fuq dan il-moll?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul il-perjodu ta’ xogħlijiet infrastrutturali ta’ titjib u tisbieħ li qed isiru fuq il-moll ta’ Buġibba, għall-benefiċċju tal-Operaturi ta’ Dgħajjes kummercjali, għall-industrija tat-Turiżmu, kif ukoll għall-pubbliku ġenerali, l-Awtorità rranġat u tejbet, u poġġiet għad-dispożizzjoni tal-operaturi tal-bastimenti kummerċjali li kienu joperaw mill-moll ta’ Buġibba, il-moll tas-Sirens kif ukoll dak tal-Fekruna għall-operat kummerċjali tagħhom. Qed jiġu kkunsidrati u studjati wkoll faċilitajiet oħra fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar biex jikkumplimentaw dawn iż-żewġ alternattivi f’każ ta’ xi problemi operattivi.

Energie Shake – Tqassim ta’ prodott alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jerġa’ jiġi lura għan-normal it-tqassim tal-prodott alternattiv għal Energie Shake b’mod li t-tqassim isir fi kwantitajiet ikbar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17811.

Energie Shake – Prodott alternattiv — Togħmiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema togħmiet (flavours) qed jitqassamu tal-prodott alternattiv għal Energie Shake? Jista' jassigura li l-pazjenti li minħabba raġuni jew oħra jistgħu jieħdu biss dan il-prodott b'togħma tal-vanilla jew naturali jingħataw il-prodott f'dawn it-togħmiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li qed jingħataw it-togħmiet tal-frawli u tal-vanilla.

Trasport pubbliku — Aċċessibilità għal persuni b’nuqqas ta’ vista

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15793 dwar l-aċċessibilità tat-trasport pubbliku għal persuni b'diżabilità, jista' l-Ministru jassigura li jsiru testijiet fuq il-karozzi tal-linja sabiex in-numri u l-informazzjoni fuq il-karozzi tal-linja jkunu viżibbli għal persuni li għandhom nuqqas ta' vista? Jista' jieħu l-passi neċessarji sabiex jiġi assigurat li n-numri u l-informazzjoni jkunu faċilment viżibbli għal persuni neqsin mill-vista hekk kif dawn il-persuni qegħdin isibuha diffiċli biex jaqraw din l-informazzjoni speċjalment meta tkun ix-xemx? Jista' jikkonsidra wkoll li jittieħdu miżuri oħra, bħal per eżempju meta l-karozza tal-linja tasal fuq l-istage jingħad in-numru tar-rotta tal-karozza tal-linja, sabiex tiġi ffaċilitata l-ħajja ta’ persuni neqsin mill-vista li jkunu qegħdin jistennew fuq il-bus stop?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill- Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentaru 15793. Qedin nieħdu nota tas-suġġerimenti msemmija.

Trasport pubbliku — Aċċessibilità għal persuni b'nuqqas ta’ vista

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15793 dwar l-aċċessibilità tat-trasport pubbliku għal persuni b'diżabilità, jista' l-Ministru jassigura li jsiru testijiet fuq il-karozzi tal-linja sabiex in-numri u l-informazzjoni fuq il-karozzi tal-linja jkunu viżibbli għal persuni li għandhom nuqqas ta' vista? Jista' jieħu l-passi neċessarji sabiex jiġi assigurat li n-numri u l-informazzjoni jkunu iktar viżibbli għal persuni neqsin mill-vista hekk kif dawn il-persuni qegħdin isibuha diffiċli biex jaqraw din l-informazzjoni speċjalment meta tkun ix-xemx? Jista' jikkonsidra wkoll li jittieħdu miżuri oħra, bħal per eżempju meta l-karozza tal-linja tasal fuq l-istage jingħad in-numru tar-rotta tal-karozza tal-linja, sabiex tiġi ffaċilitata l-ħajja ta’ persuni neqsin mill-vista li jkunu qegħdin jistennew fuq il-bus stop?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W121.

Informazzjoni fuq il-bus stops għal persuni neqsin mill-vista

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu miżuri sabiex l-informazzjoni dwar ir-rotot tal-linja u l-frekwenza tagħhom, li tinsab fuq il-bus stops, tkun iktar viżibbli u aċċessibbli għall-persuni neqsin mill-vista hekk kif qegħdin isibuha diffiċli biex jaqraw din l-informazzjoni minħabba li din tkun miktuba b'font żgħir ħafna?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment sabiex naraw b’liema mod ikun l-aħjar li nindirizzaw din is-sitwazzjoni hekk kif deskritt f’din il-mistoqsija parlamentari.

Il-Mellieħa — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-lokalità tal-Mellieħa fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rrapurati mal-Pulzija li seħħew fil-lokalità tal-Mellieħa fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, kien kif jidher fl-ewwel tabella li tinkludi dettalji tat-toroq fejn seħħ l-inċident. Ma’ dawn kien hemm ukoll inċidenti li ġew indirizzati mill-Aġenzija LESA fl-istess perjodu, kif jidhru fit-tieni tabella. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

In-Naxxar — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-lokalità tan-Naxxar fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rrapurati mal-Pulizija li seħħew fil-lokalità tan-Naxxar fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, kien kif jidher fl-ewwel tabella li tinkludi dettalji tat-toroq fejn seħħ l-inċident. Ma’ dawn kien hemm ukoll inċidenti li ġew indirizzati mill-Aġenzija LESA fl-istess perjodu, kif jidhru fit-tieni tabella. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

L-Imġarr, Malta — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-lokalità tal-Imġarr, Malta fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rrapurati mal-Pulzija li seħħew fil-lokalità ta’ l-Imġarr fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u sa 31.03.2024, kien kif jidher fl-ewwel tabella li tinkludi dettalji tat-toroq fejn seħħ l-inċident. Ma’ dawn kien hemm ukoll inċidenti li ġew indirizzati mill-Aġenzija LESA fl-istess perjodu, kif jidhru fit-tieni tabella. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rrapurati mal-Pulzija li seħħew fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u sa 31.03.2024, kien kif jidher fl-ewwel tabella li tinkludi dettalji tat-toroq fejn seħħ l-inċident. Ma’ dawn kien hemm ukoll inċidenti li ġew indirizzati mill-Aġenzija LESA fl-istess perjodu, kif jidhru fit-tieni tabella. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra.

Bord tal-Periti — Applikazzjonijiet għal warrant li għadhom pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal warrant li għadhom pendenti quddiem il-Bord tal-Periti? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li applikazzjonijiet għal warrant pendenti hemm għaxra (10) bi kwalifiki lokali, waqt kwalifiki internazzjonali hemm sitta (6) pendenti.

Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa – Persuni akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata l-Qorti b’rabta ma’ abbuż fl-għoti tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2023 u t-18 ta’ April 2024 kien hemm mitejn u disa u sittin (269) persuna li ġiet akkużata l-Qorti b’rabta ma’ abbuż fl-għoti tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa.

Skola Guardian Angel — Tfal li twaqqfu milli jkomplu jattendu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm tfal li twaqqfu milli jkomplu jattendu l-Iskola Guardian Angel? Jekk iva, kemm kien hemm tfal, x'kienet ir-raġuni għaliex twaqqfu milli jkomplu jattendu din l-iskola u jekk dawn it-tfal ingħatawx alternattiva sabiex ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda student li l-istudenti ma ġewx imkeċċija imma ngħataw programm alternattiv li hu iktar addattat għall-bżonnijiet tagħhom. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL3563 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 234 nhar it-Tlieta, 23 ta' April 2024)

Il-Mellieħa – Pjazez, ġonna u żoni pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-pjazez, ġonna eċċ. inkluż żoni pubbliċi oħra li huma tal-Gvern jew tal-Gvern Lokali fil-lokalità tal-Mellieħa? Jista’ jagħti informazzjoni dwar jekk fuq dawn is-siti hemmx kontestazzjoni dwar l-ownership tagħhom minn sidien privati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tippreċiża l-mistoqsija tagħha u tispeċifika għal liema sit jew siti qed tirreferi.

L-Imġarr – Pjazez, ġonna u żoni pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-pjazez, ġonna eċċ. inkluż żoni pubbliċi oħra li huma tal-Gvern jew tal-Gvern Lokali fil-lokalità tal-Imġarr? Jista’ jagħti informazzjoni dwar jekk fuq dawn is-siti hemmx kontestazzjoni dwar l-ownership tagħhom minn sidien privati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Membru tippreċiża l-mistoqsija tagħha u tispeċifika għal liema sit jew siti qed tirreferi.

In-Naxxar – Pjazez, ġonna u żoni pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-pjazez, ġonna eċċ. inkluż żoni pubbliċi oħra li huma tal-Gvern jew tal-Gvern Lokali fil-lokalità tan-Naxxar? Jista’ jagħti informazzjoni dwar jekk fuq dawn is-siti hemmx kontestazzjoni dwar l-ownership tagħhom minn sidien privati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tippreċiża l-mistoqsija tagħha u tispeċifika għal liema sit jew siti qed tirreferi.

San Pawl il Baħar – Pjazez, ġonna u żoni pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans tal-pjazez, ġonna eċċ. inkluż żoni pubbliċi oħra li huma tal-Gvern jew tal-Gvern Lokali fil-lokalità ta' San Pawl il Baħar? Jista’ jagħti informazzjoni dwar jekk fuq dawn is-siti hemmx kontestazzjoni dwar l-ownership tagħhom minn sidien privati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tippreċiża l-mistoqsija tagħha u tispeċifika għal liema sit jew siti qed tirreferi.

Night shelters għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn huma n-night shelters għall-anzjani ġewwa Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx lista ta' stennija għal dawn in-night shelters? Jekk iva, jista' jipprovdi dettalji dwar kemm hi l-lista ta' stennija u għal liema night shelters?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa s-servizz ta’ Night Shelter jista’ jingħata mill-postijiet imsemmija hawn taħt: Casa Paola Dar Pinto Casa Francesco Golden Care Dar San Ġużepp Casa Leone Central Home The Imperial Villa Messina Casa Serena Casa Arkati Ghigo Community Residence Roseville Dar Annunzjata Casa San Paolo Safi Zammit Clapp Mtarfa Home Żejtun Home Mellieha Home St. Thomas Community Living Dar Padova – Għawdex Bħala lista ta’ stennija, hemm persuna waħda li qed tistenna post Ħal Safi.