B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18359 dwar xogħlijiet f'San Pawl tat-Tarġa, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u għaldaqstant tgħid meta hu ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol, inkluż l-asfalt?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-mistoqsija parlamentari 18359 ġiet imwieġba fl-intier tagħha. Għal din il-mistoqsija ġdida tagħha ninfurmaha li x-xogħlijet tlestew. It-toroq ukoll ġew asfaltati skont il-permessi maħruġin minn Transport Malta, ħlief fejn sar il-culvert minħabba li hemmhekk għad iridu jsiru xogħlijiet oħrajn minn Infrastructure Malta li kienet hi li għamlet ix-xogħlijiet.
Tista' l-Ministru tgħid meta ser jibda x-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq Burmarrad (it-triq li tagħti minn Triq il-Witja/Triq Toni Camilleri għal Triq is-Salina) wara li hawnhekk sar xi xogħol mill-Enemalta? Tista' tgħid ukoll meta hu ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħol min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fit-triq indikata, li jinvolvi bdil ta’ mejnijiet tal-ilma, beda u huwa mmirat li jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jinforma kemm-il serqa ġiet irrapportata matul is-sena 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, separatament għal kull sena, fil-lokalità tan-Naxxar? Jista' l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni skont is-serq minn fejn sar, pereżempju minn residenza, karozza, fuq persuni, eċċ.?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ serq irrapportat fin-Naxxar għas-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 separatament għal kull sena, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Din tinkludi s-serq skont il-kategorija kif mitluba mill-Onor. Interpellanta.
Category
2020
2021
2022
2023
ARMED ROBBERY
0
0
2
2
BAR RESTAURANT - CUSTOMERS
0
1
0
0
BAR RESTAURANT - PREMISES
1
1
1
1
BUILDING SITES
3
6
3
3
FACTORIES - EMPLOYEES
0
0
0
0
FACTORIES - PREMISES
0
0
0
2
FARMS AND FIELDS
5
3
2
1
GOVERNMENT BUILDINGS
0
0
1
3
HOTEL - CUSTOMERS
0
2
0
0
HOTEL - EMPLOYEES
1
0
0
0
HOTEL - PREMISES
0
0
1
0
MUGGING
0
0
0
1
OFFICES - PREMISES
1
0
0
3
OTHER THEFT
7
5
10
16
PICK-POCKETING
1
0
1
0
RESIDENCE - EXTERIOR
1
0
3
2
RESIDENCE - OCCUPIED
8
12
7
4
RESIDENCE - VACANT
4
4
2
2
RETAIL OUTLETS - CUSTOMERS
1
0
0
0
RETAIL OUTLETS - EMPLOYEES
0
1
1
0
RETAIL OUTLETS - PREMISES
2
1
3
3
RETAIL OUTLETS - SHOP LIFTING
4
2
1
1
SNATCH AND GRAB
1
0
0
1
STREETS AND PUBLIC AREAS
11
8
3
3
THEFT FROM BEACHES
2
1
0
0
THEFT FROM SEACRAFT
2
1
1
3
THEFT FROM VEHICLE - EXTERIOR
3
4
7
10
THEFT FROM VEHICLE - INTERIOR
13
8
12
13
THEFT OF SEA CRAFT
0
1
1
0
THEFT OF VEHICLE
4
7
7
7
European Disability Card — Dritt li taqbeż il-kju għall-vapur ta' Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna b'diżabilità li jkollha l-European Disability Card għandhiex dritt li taqbeż il-kju għall-vapur ta' Għawdex bħalma għandhom dritt il-persuni li għandhom il-blue badge?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija tagħti prijorita lill-passiġġiera li jkollhom il-European Disability Card, bħalma tagħmel mal-passiġġiera li jkollhom il-blue badge.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li terġa’ tinfetaħ l-għassa ta' San Pawl il-Baħar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-għassa prinċipali tad-Distrett hija dik tal-Qawra’ filwaqt li l-għassa tal-Pulizija f’San Pawl il-Baħar hija użata mill-Pulizija tal-Komunità.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18058 u jgħid kemm hemm studenti li għandhom 'non-verbal disorder' separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji eċċ)? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li t-terminoloġija użata hija skorretta, minħabba li bħala Stat li huwa firmatarju tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ aħna nimxu mat-tifsiriet ta’ x’tikkonstitwixxi diżabilità skont Artiklu 1 tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 18059, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm hemm studenti li għandhom il-kundizzjoni ADHD separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji eċċ)? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Primajra
Medja/Sekondarja
Total
Skejjel tal-Istat
297
331
628
Skejjel tal-Knisja
327
344
671
Skejjel Indipendenti
80
48
128
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 18060, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm hemm studenti li għandhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji eċċ)? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Primajra
Medja/Sekondarja
Total
Skejjel tal-Istat
1107
437
1,544
Skejjel tal-Knisja
240
94
334
Skejjel Indipendenti
95
31
126
Jista' l-Ministru jinforma jekk, matul l-aħħar sena, sarx infurzar dwar trakkijiet li jgħaddu miż-żona tal-Manikata hekk kif din iż-żona hi ristretta għal trakkijiet? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kemm u meta nħarġu ċitazzjonijiet f'dan ir-rigward, jekk fil-fatt inħarġu ċitazzjonijiet ta' dan it-tip?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi hija il-prassi li waqt ir-ronda l-pulizija kif ukoll uffiċjali tal-Aġenzija LESA ikunu viġilanti għal kull tip ta’ kontravenzjoni li tkun tista’ qed iseħħ madwarhom, inkluż kontravenzjonijiet relatati ma’ trakkijiet li jgħaddu miż-żona tal-Manikata li hi ristretta għal trakkijiet jekk jiġu nnutati tali kontravenzjonijiet. Infurmat illi fil perjodu ta’ bejn Jannar 2023 u s-16 ta’ April 2024, ingħataw mija u wieħed u disgħin (191) taħrika dwar diversi kontravenzjonijiet lill-sewwieqa ta’ diversi tipi ta’ vetturi, li tnejn minnhom huma kontravenzjonijiet relatati ma’ trakkijiet li jgħaddu miż-żona tal-Manikata li hi ristretta għal trakkijiet.
Il-Manikata – Infurzar dwar trakkijiet li jgħaddu miż-żona
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar sena sarx infurzar dwar trakkijiet li jgħaddu miż-żona tal-Manikata hekk kif din iż-żona hi ristretta għal trakkijiet? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kemm u meta nħarġu ċitazzjonijiet f'dan ir-rigward, jekk fil-fatt inħarġu ċitazzjonijiet ta' dan it-tip?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija paramentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'manutenzjoni saret mill-Kunsill Lokali Mellieħa fiż-żona tal-Manikata, matul l-aħħar sena? Jista' jgħid ukoll x'tindif, knis, u ġbir ta' skart isir fiż-żona tal-Manikata mill-Kunsill Lokali Mellieħa u jgħid ukoll kull meta jsir dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li fl-aħħar sena, bħala xogħlijiet fit-toroq li jinvolvu l-Manikata kienu jinvolvu tibdil ta’ għadd ta’ tabelli u nżebgħu mill-ġdid sinjali tal-karreġġjata skont il-ħtieġa.
Saru wkoll ix-xogħlijiet segwenti:
· Bankina ġdida fi Triq il-Biedja qrib il-k/m Triq il-Knisja l-Qadima;
· Bini mill-ġdid ta’ ħajt fi Triq ir-Raħħala;
· Bini ta’ ħajt fi Trejqet l-Ghabex;
· Patching fi Triq l-Ghelejjel;
· Patching fi Triq il-Mellieha;
· Patching u bankina ġdida fi Triq ix-Xagħra l-Ħamra k/m Triq il-Biegħa; u
· Manutenzjoni fuq il-bankijiet ta’ Ġnien iż-Żerniq.
F’dawk li huma lampi tat-toroq, ġew indirizzati 21 rapport, filwaqt li ġew ordnati tliet fanali ġodda għal Triq il-Fuħħar, Triq l-Għelejjel, u oħra fi Triq l-Istasija. Intant ingħata kuntratt sabiex jinbidlu d-dwal kollha li hemm fuq l-arbli, kif ukoll il-cables fi Ġnien iż-Żerniq, li jinsab quddiem il-Knisja. Huwa mistenni li sal-aħħar t’ April 2024 dan ix-xogħol ikun twettaq mill-kuntrattur konċernat.
It-tindif ta’ toroq urbani fil-Manikata jsir nhar ta’ Tlieta u l-Ġimgħa skond ir-Rotta “K” mehmu¿a mal-kuntratt, filwaqt li l-ġbir tal-iskart domestiku bieb-bieb isir skond l-iskeda nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid x'manutenzjoni saret mill-Kunsill Lokali Mellieħa fiż-żona tal-Manikata, matul l-aħħar sena, minn xi entità, dipartiment, awtorità, eċċ li taqa' taħtu u minn min saret? Jista' jgħid ukoll x'tindif, knis u ġbir ta' skart isir fiż-żona tal-Manikata, Mellieħa minn xi entità, dipartiment, awtorità, eċċ li taqa' taħtu, u kull meta jsir dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-TZRA b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa wettqu diversi xogħlijiet fiż-żona tal-Manikata fosthom:
· manutenzjoni ta’ tagħmir u bankijiet fi Ġnien iż-Żernieq;
· installazzjoni ta’
gates
ġodda tal-azzar u
fence mesh
fi Ġnien iż-Żernieq;
· sinjali biex ma jintremiex żibel fiż-żona;
· installazzjoni ta’ ħames
traffic mirrors
għal sikurezza aħjar fi toroq;
· tirqim ta’ siġar tal-bajtar tax-xewk fi Triq il-Mellieħa;
· tindif biex jiġi evitat periklu ta’ nar fi Triq l-Għasafar.
Matul ix-xaħar ta’ Marzu, id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni intervjeniet f’manutenzjoni ta’ bankijiet kif ukoll tal-bandi fil-Manikata. Apparti minn hekk, peress li l-Manikata jifforma parti mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, isir tindif regolari minn ħaddiema tad-Diviżjoni skont l-arranġament mal-istess Kunsill.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rotot tat-trasport pubbliku, u l-frekwenza tagħhom, li jservu ż-żona tal-Manikata, il-Mellieħa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rotot li jservu ż-żona tal-Manikata huma kif jidher fil-punti segwenti:
§ Rotta 44 – Manikata, Mgarr, Mosta, Birkirkara, Belt Valletta
§ Rotta 101 – Ċirkewwa, Mellieħa, Manikata, Għajn Tuffieħa, Mġarr
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tar-rotot.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17773 u jgħid jekk sarux spezzjonijiet fid-djar tal-anzjani mill-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani? Jekk iva, meta saru u fejn saru u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-ikel li qiegħed jingħata lill-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. B’referenza għal din it-tabella, l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani bejn Jannar u Marzu tal-2024 għamlet total ta’ 254 spezzjonijiet fid-djar tal-anzjani. Minn dawn il-254 spezzjoni l-Awtorità rrimarkat 272 nuqqas li 20 minnhom kienu jirrigwardaw is-servizz tal-ikel fid-djar tal-anzjani.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jinbnew jew jinfetħu iktar night shelters? Jekk iva, fejn hemm ħsieb li jinbnew jew jinfetħu dawn in-night shelters? Jista' jgħid ukoll f'liema stadju jinsab il-pjan għal kull night shelter?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed tinkludi ftehim għal sodod għall-użu ta’ servizz ta’ Night Shelter f’kull ftehim għal xiri ta’ sodod li qed tagħmel. Dan sabiex dan is-servizz ikun aktar aċċessibbli għall-anzjani.
San Pawl il-Baħar — Reserved parking għal persuni b'diżabilità
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17686, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm hu t-total ta' reserved parkings għal persuni b'diżabilità fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid fejn jinsabu r-reserved parkings li huma personalised parking bays? Jista' jgħid ukoll liema minn dawn huma biss għal perjodu speċifikat, pereżempju tas-sajf, u għal kull każ jgħid għal liema perjodu huma dawn ir-reserved parkings?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tassigura li x-xogħol għas-servizzi li qed isir fiż-żona ta' San Pawl tat-Tarġa jimxi b'pass imgħaġġel u li x-xogħol joħloq l-inqas inkonvenjent possibli għar-residenti? Tista’ tgħid ukoll x'passi qegħdin jittieħdu biex tiġi mħarsa s-saħħa tar-residenti u tgħid meta hu ppjanat li jitlesta dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fin-Naxxar, l-Enemalta qed tqiegħed cables ġodda biex tkompli ssaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Ninsab infurmata li dan ix-xogħol ta’ rinfurzar f’din iż-żona jinsab fl-istadji finali tiegħu u t-toroq li diġà tlesta x-xogħol fihom qed jiġu asfaltati. F’toroq oħrajn qed jinbena culvert taħt l-art u kif jitlesta, dawn it-toroq ukoll se jingħataw l-asfalt skont il-permessi maħruġin minn Transport Malta. F’kull xogħlijiet li jsiru, l-Enemalta tara li jittieħdu u jiġu mħarsa l-miżuri kollha ta’ saħħa u sigurtà.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-applikazzjoni li saret mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar, Reġjun Tramuntana, fir-rigward ta' fondi mill-Awtorità tal-Ippjanar għaċ-ċentru ċiviku? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt (agreement) rigward dan il-proġett, liema kuntratt sar fi Frar 2023?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talbiet pendenti quddiem Transport Malta għal zebra crossings, pelican lights, eċċ. fiż-żona tal-Manikata? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plans fejn hemm propost dan ix-xogħol u x'hemm propost f'kull każ?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta rċeviet applikazzjoni għal erba’ pedestrian crossings fil-Manikata.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.