Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ftuħ ta’ skejjel għal żgħażagħ b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu skejjel li fihom jistgħu jattendu żgħażagħ b’diżabilità li għandhom 16-il sena jew aktar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19010.

Ċentru ta’ Riżorsi għall-Edukazzjoni ta’ Żgħażagħ – Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-Ċentru ta’ Riżorsi għall-Edukazzjoni ta’ Żgħażagħ, fil-Wardija, hux se jkun qed jilqa’ fih l-istudenti kollha li huma mistennija japplikaw sabiex jibdew jattendu l-istess ċentru fis-sena skolastika 2024-2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li dan il-proċess huwa wieħed kontinwu u għaldaqstant għadu għaddej.

Skola Guardian Angel — Programm alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18761 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18211, jista' l-Ministru jgħid xi programm alternattiv ingħataw l-istudenti tal-Iskola Guardian Angel? Jista' jgħid ukoll jekk dan il-programm hux qiegħed jingħata fl-Iskola Guardian Angel? Jekk le, fejn qed jingħata dan il-programm?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm alternattiv qed jingħata mill-Hand in Hand u huwa ffukat fuq terapija lejn mġieba pożittiva bl-għan li jitnaqqas ir-riskju li jiġu affettwati b’mod negattiv kemm l-istudenti u wkoll dawk ta’ madwarhom. Dan il-programm jinkludi wkoll interazzjoni soċjali, kurrikulu akkademiku, kapaċità ta’ attivitajiet indipendenti, u kif ukoll bżonnijiet sensorjali .

San Pawl tat-Tarġa – Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18359 u 18794 dwar xogħlijiet f'San Pawl tat-Tarġa, tista' l-Ministru tgħid x’xogħlijiet saru u f'liema toroq sar dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li fit-tweġibiet li tajtha għall-mistoqsijiet parlametnari 18359 u 18794 diġà spjegajt x’inhuma x-xogħlijiet fejn jidħlu servizzi tal-Enemalta, inżid li dawn saru f’partijiet minn dawn it-toroq: Triq E. Bradford, Triq De Saavedra, Triq Hans Christian Anderson, Triq San Pawl, Triq Sir Harry Luke u Triq Tackeray.

Triq Burmarrad — Xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18795 dwar xogħlijiet fi Triq Burmarrad, tista' l-Ministru tipprovdi site plan fejn tindika fejn saru x-xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'din it-triq, kif ukoll tgħid meta sar dan ix-xogħol? Tista' tipprovdi wkoll programm tax-xogħlijiet, inkluż id-dati, rigward ix-xogħol ippjanat f'din it-triq?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fit-triq indikata jinvolvu prinċipalment il-bdil ta’ mejnijiet eżistenti u nbdew fit-tielet ġimgħa t’April, minn ġo parti minn Trejqet il-Kostinjus u se jibqgħu sejrin lejn in-naħa tat-Telgħa t’Alla u Ommu. Ix-xogħlijiet jinsabu għaddejjin skont il-pjan u huwa mmirat li jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin. Id-dokument mitlub ma jistax jiġi pubblikat minħabba li huwa ta’ natura sensittiva, biex tkun imħarsa s-sigurtà tal-infrastruttura.

Serq irrappurtat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet irrappurtata matul is-sena 2023 separatament għal kull lokalità f'Malta u f’Għawdex? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont is-serq minn fejn sar, pereżempju minn residenza, karozza, fuq persuni, eċċ.?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15060.

Serq irrappurtat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet irrappurtata matul is-sena 2024 separatament għal kull lokalità f'Malta u f’Għawdex? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont is-serq minn fejn sar, pereżempju minn residenza, karozza, fuq persuni, eċċ.?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

San Pawl il-Baħar — Serq irrappurtat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet irrappurtata fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar matul is-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, separatament għal kull sena? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont is-serq minn fejn sar, pereżempju minn residenza, karozza, fuq persuni, eċċ.?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ serq irrapportat f’San Pawl il-Baħar għas-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 separatament għal kull sena, kien kif jidher fit-tabella li qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din tinkludi s-serq skond il-kategoriji kif mitlub mill-Onor. Interpellanta.

Il-Mellieħa — Serq irrapurtat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet irrappurtata fil-lokalità tal-Mellieħa matul is-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, separatament għal kull sena? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont is-serq minn fejn sar, pereżempju minn residenza, karozza, fuq persuni, eċċ.?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ serq irrapportat fil-Mellieħa għas-snin 2020, 2021, 2022 u 2023, separatament għal kull sena, kien kif jidher fit-tabella li qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din tinkludi s-serq skond il-kategoriji kif mitlub mill-Onor. Interpellanta.

Ċentru ta' Riżorsi Guardian Angel — Persuni li jiffurmaw parti mit-tmexxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw parti mit-tmexxija taċ-Ċentru ta' Riżorsi Guardian Angel? Jista' jgħid ukoll x'inhu r-rwol ta' kull persuna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’mod temporanju, l-iskola msemmija qed titmexxa mic-Centre Coordinator bl-assistenza tal-Prinċipali. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li għaddejin il-proċeduri neċessajri sabiex jiġu maħtura l-Kap u l-Assistent Kap għal din l-iskola.

San Pawl il-Baħar – Żona Tal-Għażżenin — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun hemm aċċess sigur lejn il-bajja fiż-żona magħrufa Tal-Għażżenin, f’San Pawl il-Baħar, hekk kif, fost affarijiet oħra, it-taraġ jenħtieġlu manutenzjoni?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Parkinson’s Disease — Numru ta’ Persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna għandha l-kundizzjoni tal-Parkinson's ġewwa pajjiżna? Jista' l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni skont l-età ta' dawn il-persuni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul l-2023, kien hemm 109 admission fl-isptar Mater Dei b’dijanjożi ta’ Parkinson’s.

Multiple Sclerosis — Numru ta’ Persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna għandha Multiple Sclerosis ġewwa pajjiżna? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont l-età ta' dawn il-persuni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul l-2023, kien hemm 16-il admission fl-isptar Mater Dei b’dijanjożi ta’ Multiple Sclerosis.

Serq irrappurtat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il serqa ġiet irrappurtata matul is-sena 2022 separatament għal kull lokalità f'Malta u f’Għawdex? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont is-serq minn fejn sar, pereżempju minn residenza, karozza, fuq persuni, eċċ.?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ serq irrapurtat f’dawn il-gżejjer fis sena 2022, separatament għal kull lokalità, kien kif jidher fit-tabella hawn annessa ma’ din it-tweġiba. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti li għandhom ‘Down Syndrome’

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 18061, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid kemm hemm studenti li għandhom id-Down Syndrome separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji eċċ)? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Primajra Medja/Sekondarja Total Skejjel tal-Istat 35 7 42 Skejjel tal-Knisja 12 6 18 Skejjel Indipendenti 8 3 11

Skola Guardian Angel — Fact Finding Board

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18210, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkomandazzjonijiet li ngħataw fir-rapport tal-Fact Finding Board li nħatar sabiex jara s-sitwazzjoni fl-Iskola Guardian Angel? Jista’ jgħid ukoll x'azzjonijiet ittieħdu u x'azzjonijiet se jkunu qegħdin jittieħdu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din l-informazzjoni tinsab fl-istqarrija PR240671 datata 25 t’April 2024, maħruġa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li din qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skola Guardian Angel — Programm alternattiv

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18211, jista' l-Ministru jgħid xi programm alternattiv ingħataw l-istudenti tal-Iskola Guardian Angel? Jista' jgħid ukoll jekk dan il-programm hux qiegħed jingħata fl-Iskola Guardian Angel? Jekk le, fejn qed jingħata dan il-programm?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.