San Pawl il-Baħar — Awtorità tad-Djar - Residenzi li ġew allokati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm familji jew persuni waħedhom (single) ġew allokati residenza mill-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 (sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari) separatament għal kull sena fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar (u l-konfini tagħha)? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna ġiet akkomodata hekk kull sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar — Awtorità tad-Djar - Residenzi li ġew allokati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm familji jew persuni waħedhom (single) ġew allokati residenza mill-Awtorità tad-Djar matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 (sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari) separatament għal kull sena u li kienu mniżżla bħala residenti fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar (u l-konfini tagħha) meta għamlu applikazzjoni għall-istess residenza? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna ġiet akkomodata hekk kull sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bajjiet għas-sena 2024 li fihom jistgħu jinżlu jgħumu l-klieb u f'liema perjodu hu permissibli li dan isir? Jista' jgħid ukoll x'tabella jew tabelli twaħħlu fuq dawn il-bajjiet u min hu responsabbli biex jitwaħħlu t-tabelli ta' 'no dogs allowed'?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-informazzjoni kif deskritta sussegwentement.
Malta
· Bajja viċin is-
Sailing Club
, Birżebbuġa
· Il-Bajja tar-Rinella, Kalkara
· L-Ilsien (Żonqor Point), Wied il-Għajn
· Il-Bajja ta’ San Tumas, Wied il-Għajn
· Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk
· Daħlet ix-Xmajjar, Mellieħa
· Ramlet it-Torri, Mellieħa
· Bajja tal-Imġiebaħ Selmun, Mellieħa
· Ir-Ramla ta’ Wied Musa, Ċirkewwa, Mellieħa
· Ramlet il-Qortin, Mellieħa
· Baħar iċ-Ċagħaq (wara Splash and Fun), Naxxar
· Tigne’ Point, Sliema
Għawdex
· Il-Bajja ta’ Gorgun, Mġarr, Għawdex
· Ras il-Ħobż, Mġarr ix-Xini, Sannat, Għawdex
· Il-Bajja tad-Dwejra. San Lawrenz, Għawdex
· Il-Bajja tal-Qbajjar, Żebbuġ, Għawdex
Dawn il-bajjiet huma awtorizzati biex fihom jistgħu jgħumu l-klieb biss u mhux speċi ta’ annimali oħra. L-użu ta’ dawn il-bajjiet hu permissibbli s-sena kollha mingħajr restrizzjonijiet għal xi perijodu definit. Dwar min hu responsabbli biex jitwaħħlu t-tabelli ta' 'no dogs allowed', nitolbok sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Skemi ta’ fondi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20186 u jgħid liema skemi ta' fondi nħarġu minn xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu u għalqu l-applikazzjonijiet għalihom u għadhom qegħdin jiġu aġġudikati? Jista’ jgħid ukoll min applika għal kull waħda minn dawn l-iskemi?
San Pawl il-Baħar — Triq il-Ġwiebi - Tneħħija ta’ karozza
Question
Jista' l-Ministru jassigura li l-karozza li r-ritratt tagħha qiegħed jintbagħat separatament, titneħħa minn Triq il-Ġwiebi, f’San Pawl il-Baħar matul il-jiem li ġejjin, hekk kif din ilha bil-liċenzja skaduta għal iktar minn sentejn?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi waqt ir-ronda tal-Pulizija tad-Distrett, il-karozza li r-ritratt tagħha ntbagħat separatament ma kienetx għada fil-lok imsemmi.
San Pawl il-Baħar — Il-Veċċja - Kamra fi stat perikoluż
Question
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli minn kamra li tinsab ħdejn il-post li għandhom il-klabb li jinsab ħdejn il-Veċċja (Triq it-Taraġ ma' Triq Stella Maris), San Pawl il-Baħar u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, billi din il-kamra tinsab fi stat perikoluż u għandha partijiet minnha li huma perikolużi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema bajjiet ġie installat tagħmir għal persuni b'diżabilità sabiex il-bajjiet ikunu aċċessibbli? Jista' jgħid ukoll x'tagħmir ġie installat u jekk hemmx pjan li jiġi installat iktar tagħmir simili matul din is-sena? Jekk iva, liema tagħmir u f'liema bajjiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa pajjiżna jgawdi min 13-il bajja Blue Flag madwar Malta u Għawdex, fejn l-Awtorità ta’ Turiżmu timmaniġja 8 mill-bajjiet li jinsabu f’Malta u l-Ministeru għal Għawdex jieħu ħsieb il-bajjiet f’Għawdex. Waħda mill-kriterji tal-Blue Flag International hija li l-bajjiet ikunu aċċessibli bl-aħjar mod possibli. Apparti dawn, hemm numru ta’ bajjiet oħra aċċessibli, immaniġjati mill-Awtorità għat-Turiżmu.
Fil-Bajja tal-Għadira nsibu żewġ passaġġi tal-injam li jwassluk mill-entratura tal-bajja sa ftit ċentimetri 'l bogħod mill-ilma, u jistgħu jintużaw minn kullħadd biex jiffaċilataw il-mixi fuq ir-ramel. Hemm ukoll żewġ beach buggies li jistgħu jintużaw kemm fuq ir-ramel kif ukoll ġol-ilma. Insibu parkeġġi blu kif ukoll fuq il-blat hemm beach hoist chair li huwa siġġu għal dawk il-persuni li jkollhom bżonn għajnuna biex jinżlu fl-ilma. Il-Mellieħa, hemm Beach Hoist Chair ieħor fil-parti ta’ naħa magħrufa bħala tat-Tunnara.
Fil-Bajja tal-Mixquqa magħrufa ma’ kullħadd bħala Golden Bay insibu ukoll passaġġ tal-injam, ta’ iktar min 100 metru li jwasslek mir-rampa tal-entratura sa ftit ċentimetri bogħod mill-ilma, parkeġġi blu u beach buggy.
Fil-bajja ta’ Buġibba nsibu passaġġi tal-injam mir-rampa tal-entratura sa ftit ċentimetri ‘l bogħod mill-ilma, parkeġġ blue u żewġ bridges mill-bajja sal-ilma armati b’handrails biex in-nies iżommu magħhom u jiffaċilitaw l-aċċess għal ġol-baħar.
Fil-ponta tal-Qawra nsibu Parkeġġi Blu, Beach Hoist Chair u numru ta’ slielem, passagi tal-injam u handrails li jkomplu jagħmlu l-bajja iktar aċċessibli.
Fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’Pacevile nsibu passaġġ tal-injam mir-rampa tal-entratura sa ftit ċentimetri ‘l bogħod mill-ilma u parkeġġ blu. Hawnekk ukoll nsibu beach buggy.
Ġewwa Fond Għadir f’Tas-Sliema nsibu passaġġ tal-injam li jwassal għal sellum li jagħti ġol-ilma u ammont konsiderevoli ta’ slielem u hand rails biex jagħmlu l-bajja iktar aċċessibli u sigura. Ftit metri l-bogħod minn Fond Għadir, sewwa sew ġewwa l-Exiles wieħed jista jsib beach hoist chair ukoll.
Din is-sena għall-ewwel darba rnexxielna niksbu l-Blue Flag għal bajja tal-Fajtata f’Wied il-Għajn li hija l-ewwel bajja li ħadet dan iċ-Ċertifikat fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Din il-bajja hija armata b’passaġġ tal-injam li jagħti mir-rampa tal-entratura sal-hoist chair. Apparti min hekk insibu Parkeġġ blu ukoll.
Apparti bajjiet Blue Flag hemm bajjiet oħrajn li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu timmaniġja bħal Bajja s-Sabiħa ġewwa Birżebbuġia fejn hi mgħammra b’passaġġ tal-injam mill-promenade sa ftit ċentimetri ‘l bogħod mill-ilma, Beach Buggy, Hoist Chair u parkeġġ Blu.
Wieħed jista jsib ukoll passaġġi tal-injam ġewwa dawn il-bajjiet: L-Armier, Little Armier, Baħar iċ-Ċagħaq, Ġnejna, u l-Għar l-Aħmar ġewwa Marsaxlokk fejn f’dawn tal-aħħar wieħed ikun jista’ jsib ukoll beach buggies biex jiffaċilitaw l-aċċess għal baħar.
L-għan tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu huwa li sena wara sena, kif għamlet fl-aħħar snin dejjem tkompli ssaħħaħ l-aċċessibiltà tal-bajjiet Maltin.
Id-Divizjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni hija inkarigata mill-għamara tal-baħar sabiex tassigura li l-bajjiet Maltin ikunu aċċessibbli u siguri għall-pubbliku. Fost l-għamara tal-baħar li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tad-Diviżjoni nsibu, slielem tal-baħar, railings u twapet tal-baħar sabiex il-bajjiet jingħataw aktar aċċess sigur. Dinn it-tip ta’ għamara tal-baħar tiġi installata madwar il-bajjiet Maltin kollha.
San Pawl il-Baħar — Ilbies indiċenti - Persuni mħarrka
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġew imħarrka minħabba lbies indiċenti fit-toroq ta’ San Pawl il-Baħar, matul l-aħħar tnax-il xahar, u f'liema toroq?
Siti li huma amministrati, jew użati mill-Malta Public Transport — Spezzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta’ enforcement tagħmel Transport Malta biex jiġi assigurat li siti li huma amministrati, jew użati mill-Malta Public Transport, jinżammu fi stat tajjeb? Jista’ jgħid ukoll kull kemm żmien isiru spezzjonijiet fuq dawn is-siti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
L-Iskola Nazzjonali tal-Isport — Kriterja meħtieġa għad-dħul
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20178 u jgħid x'inhuma l-kriterji meħtieġa biex persuna tidħol fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha relatati mal-proċess biex student jintgħażel biex jidħol f'din l-istess skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kriterji meħtieġa huma testijiet fiżiċi, test prattiku fl-Isport magħżul, u total ta 120 marka jew aktar fl-eżamijiet annwali tal-Malti, Ingliż u Matematika.
Sabiex jiġu mgħażula l-istudenti, dawn jiġu assessjati fejn l-assessuri tal-ewwel kriterju jkunu esperti u staff fil-qasam tal-Fitness mill-Iskola Nazzjonali ta' l-Isport u osservaturi mit-tim tal-Proċess ta' l-Għażla.
L-assessuri għat-tieni kriterju jkunu persuni li ġew nominati mill-assoċċjazzjonijiet tad-dixxiplini rispettivi tagħhom, persuni nominati mill-Iskola Nazzjonali ta’ l-Isport u espert/i minn barra.
Ix-Xemxija — Is-sit tal-Mistra Village - Rapporti dwar xogħlijiet barra l-ħin permessibbli
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12802 dwar is-sit tal-Mistra Village, jista' l-Ministru jgħid meta daħlu r-rapporti dwar xogħlijiet qabel jew wara l-ħin permessibbli u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti li daħlu dwar xogħlijiet qabel jew wara l-ħin permessibbli skont it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12802 kienu bejn iż-żmien li inbdew x-xogħlijiet fuq is-sit tal-Mistra Village sakemm twieġbet il-mistoqsija msemmija. Kull meta daħal rapport, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni investigat il-każ, inġibdet l-attenzjoni tal-iżvillupatur u ttieħdu l-miżuri u l-azzjonijiet neċċessarji.
Ix-Xemxija — Is-sit tal-Mistra Village - Rapporti dwar emissjonijiet ta' trab
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 12802 dwar is-sit tal-Mistra Village, jista' l-Ministru jgħid meta daħlu r-rapporti dwar emissjonijiet ta' trab u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti li daħlu dwar xogħlijiet qabel jew wara l-ħin permessibbli skont it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12802 kienu bejn iż-żmien li inbdew x-xogħlijiet fuq is-sit tal-Mistra Village sakemm twieġbet il-mistoqsija msemmija. Kull meta daħal rapport l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni investigat il-każ u inġibdet l-attenzjoni tal-iżvillupatur u ttieħdu l-miżuri u l-azzjonijiet neċċessarji.
Ix-Xemxija — Is-sit tal-Mistra Village - Rapporti dwar ġebel mikxuf
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 12802 dwar is-sit tal-Mistra Village, jista' l-Ministru jgħid meta daħlu r-rapporti dwar munzell kbir ta' ġebel mikxuf li jikkawża tniġġis fl-arja u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti li daħlu dwar xogħlijiet qabel jew wara l-ħin permessibbli skont it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12802 kienu bejn iż-żmien li inbdew x-xogħlijiet fuq is-sit tal-Mistra Village sakemm twieġbet il-mistoqsija msemmija. Kull meta daħal rapport l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni investigat il-każ u inġibdet l-attenzjoni tal-iżvillupatur u ttieħdu l-miżuri u l-azzjonijiet neċċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fondi tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) għand l-Awtorità tal-Ippjanar preżentement, maqsuma lokalità lokalità? Jista' jgħid ukoll kemm hemm fondi taħt skemi oħra għand l-Awtorità tal-Ippjanar preżentement, u taħt liema skema, maqsuma lokalità lokalità?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm u kemm hu l-ammont ta' flus miġbura mill-Eco Tax li suppost titħallas minn kull persuna li tqatta' iljieli f'akkomodazzjoni turistika, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Kemm minn dawn il-fondi ntużaw u fiex intużaw? Jista’ jgħid ukoll kemm huma l-fondi miġbura u mhux użati mill-Eco Tax preżentement u mingħand min jiġu amministrati dawn il-fondi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, nirreferiha wkoll għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 7841 u 12581. Ninfurmaha li hu maħsub li l-fondi jiġu eżawriti fuq diversi inizjattivi li għaddejjin. Dawn il-fondi huma amministrati skont il-liġi applikabbli.
Jista' l-Ministru jgħid x'manutenzjoni hemm ippjanata li ssir matul ix-xahar li ġej fil-pjazza ta' Buġibba, billi jidher li partijiet mill-fixtures li hemm fil-pjazza huma msadda, jew għandhom bżonn manutenzjoni inkluż żebgħa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ġejt infurmat lit-tisbiħ temporanju tal-Pjazza ta’ Buġibba se jibda din il-ġimgħa.
Jista' l-Ministru jara li l-bajjiet li hemm fix-Xemxija jkollhom kontenituri biex jintrema fihom iż-żibel minn min jiffrekwenta dawn iż-żoni, filwaqt li jassigura li dawn jitbattlu regolarment?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lid-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni diġà provdiet kontenituri tal-iskart fiż-żona magħrufa Tal-Fekruna fix-Xemxija. F’żoni oħrajn, id-Diviżjoni ħadet ukoll ħsieb li tibdel kontenituri tal-iskart antiki li ma kienux f’kundizzjoni tajba għal oħrajn ġodda.
San Pawl il-Baħar — Telgħet ix-Xemxija u Xatt il-Pwales - Kontenituri taż-żibel
Question
Jista' l-Ministru jassigura li l-kontenituri taż-żibel li hemm f'Telgħet ix-Xemxija u Xatt il-Pwales, San Pawl il-Baħar jitbattlu regolarment? Jista' jipprovdi skeda ta' kull meta jitbattlu dawn il-kontenituri?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li dawn il-kontenituri ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tas-sezzjoni tat-tindif tal-bajjiet fi ħdan id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni.
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar — Inizjattivi għall-kontroll tal-ħamiem
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ħax inizjattivi partikolari biex jiġi kkontrollat il-ħamiem li qed jikkawża bosta ħsarat fil-lokalità? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn l-inizjattivi, meta ttieħdu u jekk għadhomx jitħaddmu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li ħa sehem fi proġett sabiex jiġi kkontrollat il-ħamiem fil-lokalitajiet bejn Ġunju 2021 u Awwissu 2023 li iżda sfortunatament ma kienx ħalla r-riżultati mixtieqa.
Tista’ l-Ministru tinvestiga r-raġuni li għaliha qed jiġi rrapportat nuqqas ta’ pressa tal-ilma/pressa baxxa fil-Mellieħa, inkluż fiż-żona ta' Santa Marija Estate? Tista’ tgħid ukoll kemm-il rapport wasal għand il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rigward dan matul l-aħħar sitt xhur, f’liema toroq u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fl-aħħar sitt xhur fil-Mellieħa daħlu 15-il rapport minn 10 toroq diferenti. Bħalma tagħmel għal kull rapport li jidħol, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma aġixxiet mill-ewwel u rat li l-problema tiġi solvuta fl-iqsar żmien possibbli.
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex jekk hi konxja ta’ xi residenzi partikolari li qegħdin jesperjenzaw nuqqas ta’ pressa tinfurmahom jagħmlu rapport biex il-Korporazzjoni tkun tista’ twettaq l-investigazzjoni tagħha. Persuni li jkollhom diffikultajiet dwar xi infrastruttura tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jistgħu jċemplu fuq 8007 6400 jew jagħmlu rapport online permezz tas-sit elettroniku
www.wsc.com.mt