Jista’ l-Ministru jgħid kemm tkeċċew studenti mill-ITS Luqa wara li ripetutament fallew il-lectures tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm drabi waslu tard/kienu assenti qabel tkeċċew mill-korsijiet tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tkeċċew studenti mill-ITS Luqa wara li ripetutament fallew il-lectures tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm drabi waslu tard/kienu assenti qabel tkeċċew mill-korsijiet tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li meta student/a jibda jkun assenti, hemm l-Istudent Retention Unit kif ukoll il-counsellors li jiltaqgħu mal-istudent/a biex jaraw x’inhi r-raġuni ta’ dan l-assentijiżmu u jsir kull sforz biex l-istudent/a jiġi mgħejjun. Jekk l-istudent/a tippersisti u ma tattendix, l-istudent/a jiġi nnotifikat bit-terminazzjoni bid-dritt għall-appell. Matul is-sena akkademika 2025/6, total ta’ 35 student ġew imwaqqfa milli jkomplu l-istudji tagħhom. Fil-każijiet kollha msemmija, din it-terminazzjoni daħlet fis-seħħ malli l-istudenti qabżu l-massimu ta' 20% assenzi permessi skont ir-regoli u r-regolamenti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 512 rigward kumpens jew għajnuna lil dawk li ġarrbu xi ħsarat kawża tal-isplużjoni tal-kamra tan-nar ġewwa n-Naxxar, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar kumpens jew għajnuna lil dawk li sofrew xi ħsarat?
Awtorità tal-Ippjanar – Bini ta’ lukandi – Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ applikazzjonijiet li huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta’ lukandi? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet?
MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2576 dwar lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lukanda, kmamar u sodod ġew approvati għal kull lokalità? Jista’ jgħid ukoll ta’ liema klassi huma?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2575 dwar lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-24 proġett li għalihom saret talba mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), ġewx approvati kollha? Jekk le, kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-mistoqsija parlamentari 2575 il-mistoqsija kienet għal lukandi li kellhom approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar. Għaldaqstant ma naħsbux li hemm aktar x’inżidu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2072 dwar spezzjonijiet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret f’San Ġiljan u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu riferut saru ‘l fuq minn 400 spezzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-lokalità ta’ San Ġiljan. Minn dawn l-ispezzjonijiet inħarġu multi amministrattivi, skont iċ-ċirkostanzi u n-natura tal-irregolaritajiet osservati.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2072 dwar spezzjonijiet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret f’Tas-Sliema u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu riferut saru ‘l fuq minn 500 spezzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-lokalità tas-Sliema. Minn dawn l-ispezzjonijiet inħarġu multi amministrattivi u avviżi ta’ infurzar, skont iċ-ċirkostanzi u n-natura tal-irregolaritajiet osservati.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2072 dwar spezzjonijiet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret f’San Pawl il-Baħar u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu riferut saru ‘il fuq minn 300 spezzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fil-lokalità f’San Pawl il-Baħar. Minn dawn l-ispezzjonijiet inħarġu multi amministrattivi u avviż ta’ infurzar, skont iċ-ċirkostanzi u n-natura tal-irregolaritajiet osservati.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1991, fejn qed jingħad li ser ikun hemm iktar tisħiħ fis-sistema tal-cables tal-Enemalt, fil-lokalità tal-Imġarr, Malta, tista’ l-Ministru tagħti indikazzjoni dwar fejn huma mistennija jitqiegħdu l-cables indikati? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta qed tippjana aktar xogħlijiet ta’ rinfurzar fin-network tad-distribuzzjoni fl-Imġarr. It-tisħiħ tan-network huwa proċess kontinwu u l-interventi meħtieġa jiġu ppjanati skont il-ħtiġijiet tekniċi u operattivi tan-network.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1990, fejn qed jingħad li ser ikun hemm iktar tisħiħ fis-sistema tal-cables tal-Enemalta fil-lokalità tal-Mellieħa, tista’ l-Ministru tagħti indikazzjoni dwar fejn huma mistennija jitqiegħdu l-cables indikati? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Enemalta qed tippjana aktar xogħlijiet ta’ rinfurzar fin-network tad-distribuzzjoni fil-Mellieħa. It-tisħiħ tan-network huwa proċess kontinwu u l-interventi meħtieġa jiġu ppjanati skont il-ħtiġijiet tekniċi u operattivi tan-network.
San Pawl il-Baħar - Qtugħ fil-provvista tal-elettriku
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1989, fejn qed jingħad li ser ikun hemm iktar tisħiħ fis-sistema tal-cables tal-Enemalta fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru tagħti indikazzjoni dwar fejn huma mistennija jitqiegħdu l-cables indikati? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Enemalta qed tippjana li tqiegħed cable ġdid ta’ vultaġġ għoli fi Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar. Dan il-proġett jinvolvi t-tqegħid ta’ madwar 750 metru ta’ cables ġodda ta’ vultaġġ medju u huwa wieħed mill-proġetti li Enemalta se tkun qed twettaq immedjatament.
It-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku huwa proċess kontinwu. Enemalta tibqa’ tevalwa u tippjana l-interventi meħtieġa sabiex tkompli ssaħħaħ in-network u tagħmlu aktar reżiljenti, bil-għan li ttejjeb l-affidabbiltà tal-provvista tal-elettriku fil-lokalitajiet kollha, inkluż San Pawl il-Baħar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1791, jista’ l-Ministru jgħid liema skwadri jipprovdu servizz ta’ 24 siegħa kuljum? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx bżonn ta’ iktar uffiċjali tal-pulizija fl-għases tad-distrett u b’kemm hu mistenni jiżdied il-complement tal-pulizija f’dak id-distrett?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li fil-lokalitajiet fosthom fil-kostitwenza tal-Onor. Interpellanta jsiru patrols tal-Pulizija mid-distrett u kif ukoll minn uffiċjali b’vetturi mill-RIU, erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Dwar żieda fil-complement kif dejjem ġie rimarkat, dan jiżdied skont l-eżiġenzi tas-servizz
Jista' l-Ministru jgħid liema għases tal-pulizija jservu l-lokalitajiet tas-Swieqi u ta' Pembroke? Jista' jgħid ukoll f'liema ħinijiet joperaw dawn l-għases?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li Swieqi u Pembroke jaqgħu taħt id-Distrett tal-Pulizija ta’ San Ġiljan, fejn l-għassa prinċipali hija miftuħa 24 siegħa kuljum. Barra minn hekk, f’Swieqi jingħataw servizzi mill-uffiċjali tal-Pulizija tal-Komunità u jsiru rondi regolari mill-RIU u mill-uffiċjali tad-distrett. Ir-residenti għandhom faċilitajiet ta’ remote reporting, li jippermettulhom jagħmlu rapporti mill-kumdità ta’ darhom. Dan l-approċċ ta’ prevenzjoni mill-Pulizija qed jikkontribwixxi għat-tnaqqis fil-kriminalità li ġie rreġistrat f’dawn il-lokalitajiet matul dawn l-aħħar snin. Il-pilizija huma aċċessibbli 24 siegħa kuljum.
Kontribuzzjoni ambjentali – Trasferiment ta’ fondi lill-kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-kontribuzzjoni ambjentali ta' €1.50 kull lejl tibda tgħaddi għand il-kunsilli lokali? Jista’ jgħid ukoll kemm mill-fondi miġbura għal kull lokalità ser jgħaddu għand il-kunsill lokali rispettiv?
Żona tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar – Tender għat-tisħiħ tal-blat u l-protezzjoni tal-bajja
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk inħariġx it-tender għat-tisħiħ tal-blat u protezzjoni tal-bajja ta’ ħdejn il-Veċċja f’San Pawl il-Baħar? Jekk iva, f'liema stadju qiegħed l-aġġudikar ta' dan it-tender?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol ta’ tħejjija tad-dettalji strutturali u tal-istimi relatati mal-proġett għadu għaddej u bħalissa qed jiġi ffinalizzat.