Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa — Għassa tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex l-għassa tal-pulizija tal-Mellieħa terġa' tinfetaħ sabiex il-pulizija jkunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom minnha ? Jista’ jgħid ukoll meta, u fejn (jekk hu l-każ), ser tinfetaħ għassa tal-pulizija ġdida f'din il-lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18512.

Lino Spiteri Foundation — Persuni b’diżabilità li jiffurmaw parti mill-Bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ (mill-membri kollha) ta’ persuni b’diżabilità minn fost il-membri li jiffurmaw il-Bord ta' Lino Spiteri Foundation u dan mingħajr ma jidentifika min huma dawn il-membri, iżda jagħti biss l-informazzjoni bħala numru? F'każ li ma hemm l-ebda persuna b'diżabilità fuq dan il-Bord, jista' jgħid għalfejn m’hemm l-ebda rappreżentanza tal-persuni b’diżabilità u l-NGOs tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Bord t’Amministraturi ta’ Lino Spiteri Foundation huwa maħtur skont l-istatut tal-Fondazzjoni Lino Spiteri.

Lino Spiteri Foundation

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni Lino Spiteri hijiex partnership bejn Jobsplus u l-Empower? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-irwol ta’ dawn iż-żewġ entitajiet fi ħdan din il-Fondazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-fundaturi tal-Fondazzjoni Lino Spiteri huma Jobsplus u l-‘Empower Cooperative Ltd’. Il-Fondazzjoni titmexxa taħt il-governanza tal-Bord fejn i¿-¿ewġ entitajiet imsemmija huma rappreżentati fil-Bord tal-Amministraturi. L-irwol ta’ ‘Empower Cooperative Ltd’ huwa li jipprovdu l-kompetenza esperta tagħhom waqt il-laqgħat tal-bord, fejn ‘Empower Cooperative Ltd’ ilha timplementa l-impjieg b’assistenza (supported employment) għal numru ta’ snin. Minbarra li tipprovdi kompetenza u għarfien fil-qasam tax-xogħol, inkluż fis-settur tad-diżabilità, Jobsplus tipprovdi fondi kif ukoll taqsam mal-Fondazzjoni Lino Spiteri informazzjoni bħal listi ta’ persuni b’diżabilità li qegħdin fuq ir-reġistru tal-qgħad; listi ta’ kumpaniji li m’humiex konformi mal-kwota tal-impjieg ta’ 2%; u tagħrif dwar korsijiet u skemi amministrati minn Jobsplus biex ikunu jistgħu jirreferu klijenti b’diżabilità li qed ifittxu xogħol.

Trasport provdut lill-persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna tingħata mill-Ministeru tagħha jew minn xi entità/awtorità/dipartiment li jaqa' taħtha, fir-rigward ta’ trasport lill-persuni b'diżabilità sabiex dawn imorru fuq il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport tmexxi l-iskema magħrufa bħala Empowerment Scheme. Fost il-benefiċċji u sussidji koperti, l-Empowerment Scheme toffri sussidju fuq servizz ta' trasport individwalizzat lill-persuni b'diżabilità li jkunu jeħtieġu li jmorru għax-xogħol, kif ukoll dawk li jeħtieġu trasport biex imorru f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni post-sekondarja jew jattendu attivitajiet sportivi fejn l-applikant ikun abbonat ma’ klabb/organizazzjoni sportiva. Dan is-sussidju jingħata lill-persuni b'diżabilità li ma jkunux jistgħu jagħmlu użu mit-trasport pubbliku.

Trasport provdut lill-persuni b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna tingħata mill-Ministeru tagħha jew minn xi entità/awtorità/dipartiment li jaqa' taħtha fir-rigward ta’ trasport lill-persuni b'diżabilità sabiex dawn imorru l-iskola, MCAST, l-Università, jew xi post ta' tagħlim ieħor?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21759.

Skola Guardian Angel — Programm alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsjia parlamentari 21547 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19038, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid jekk il-programm alternattiv li ngħata lill-istudenti tal-Iskola Guardian Angel ingħatax fl-istess skola, u ċjoè l-Iskola Guardian Angel? Jekk le, fejn ingħata dan il-programm?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm ma ngħatax l-iskola Guardian Angel, iżda Hand in Hand.

Skola — Abbuż fiżiku - Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21550 u jgħid jekk sarux rapporti lill-pulizija dwar abbuż fiżiku minn edukatur/edukaturi fuq student/studenti fl-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024? Jekk iva, meta saru dawn ir-rapporti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija diġà twieġbet permezz tal-mistoqsija parlamentari 21551.

MUT — Skola Guardian Angel - Direttivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21552 u jgħid jekk il-Malta Union of Teachers (MUT) ħarġitx direttivi fir-rigward tal-Iskola Guardian Angel matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024? Jekk iva, liema huma, għaliex inħarġu, meta nħarġu u meta twaqqfu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Jopsplus — Taħriġ tal-persuni b’diżabilità - Fondi addizzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Jobsplus ġabitx fondi addizzjonali għal taħriġ fis-settur tax-xogħol għal persuni b’diżabilità? Jekk iva, it-taħriġ ser ikun estiż għal dawk li hemm fix-sheltered employment u jekk iva, għal kemm jammontaw dawn il-fondi? Jista' jgħid ukoll jekk dawn il-fondi hux ser jintużaw biex persuni b’diżabilità mingħajr ħiliet ta’ xogħol jiġu mħarrġa biex huma wkoll isibu posthom fid-dinja tax-xogħol? Kif ser isir dan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kmieni din is-sena Jobsplus issottomettiet applikazzjoni ta’ proġett taħt ESF+ (2021-2027) imsejjaħ VASTE II. Dan il-proġett jinkludi diversi inizjattivi biex jiġu mħarrġa u mgħejuna persuni vulnerabbli fosthom nies b’diżabilità biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Jobsplus għad trid tirċievi l-approvazzjoni mill-Awtorità responsabbli mill-Fondi Ewropej biex tibda timplimenta dan il-proġett.

Resource centres — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qegħdin jattendu tfal u żgħażagħ f'kull wieħed mir-resource centres għal din is-sena skolastika u x'inhi l-età ta' dawn l-istudenti għal kull skola separatament? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-massimu ta' studenti li jista' jkun hemm f'kull resource centre?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Resource centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux mistenni li jiftaħ iktar resource centres (jew kif kienu msemmija qabel, special schools)? Jekk iva, f'liema lokalitajiet? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-massimu ta' studenti li jista' jkollu kull wieħed minn dawn iċ-ċentri li hemm ħsieb li jinfetaħ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa l-Ministeru qed jistenna r-riżultat tar-re audit li qed isir mill-European Agency for Special Needs and Inclusive Educationsabiex jinħarġu r-rakomandazzjonijiet neċessarji. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li bħalissa l-Ministeru qed jinvesti f’Reach Units li jaħdmu fuq l-istess kunċett tar-Resource Centres.

Skola Guardian Angel — Fact Finding Board - Rakkomdazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21533 u jgħid liema mir-rakomandazzjonijiet li ngħataw fir-rapport tal-Fact Finding Board dwar l-Iskola Guardian Angel ġew attwati, kif ġew attawati u meta ġew attwati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21548.

Il-Qawra — Ċentru tas-Saħħa - Pjanti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14903, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ġodda li l-Ministeru kien qed jaħdem fuqhom wara diskussjonijiet mal-klijent (Secondary Healthcare) għall-bini ta’ Ċentru tas-Saħħa fil-Qawra?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-mument, il-pjanijiet huma dawk diġa espressi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21535 u l-pjanti li qed inkunu ffukati fuqhom huma dawk li jirrigwardjaw it-twettiq ta’ dawn il-proġetti li minhom ser jibbenifikaw il-pazjenti kollha Maltin u Għawdxin.

Il-Qawra — Ċentru tas-Saħħa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21535, jista' l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni mitluba fir-rigward taċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Qawra li hu ppjanat, jew kien ippjanat, li jinbena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21756.

San Pawl il-Baħar — Berġa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19043, jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni rigward il-Market Research li sar f'Jannar 2024, għall-berġa fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll x’irriżulta miż-żewġ offerti mitfugħa? Intgħażlet waħda minnhom? Jekk iva, liema?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li d-dettalji ta’ Market Research fihom informazzjoni ta’ natura kummerċjali.

Skola Guardian Angel — Programm alternattiv

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19038, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid jekk il-programm alternattiv li ngħata lill-istudenti tal-Iskola Guardian Angel ingħatax fl-istess skola, u ċjoè l-Iskola Guardian Angel? Jekk le, fejn ingħata dan il-programm?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Guardian Angel — Fact Finding Board - Rakkomandazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18210, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-Fact Finding Board li nħatar sabiex jara s-sitwazzjoni fl-Iskola Guardian Angel, ġewx evalwati? Jekk iva, liema minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew meqjusa li huma neċessarji li jiġu implimentati u jekk ġewx implimentati? Jista’ jgħid ukoll liema kienu r-rakkomandazzjonijiet li ġew meqjusa li mhux neċessarji li jiġu implimentati u x'inhi r-raġuni għal dan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rakkomandazzjonijiet tal-bord ġew evalwati u ser jiġu implimentati kollha.

Skola Guardian Angel — External Review

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9034, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx External Review tal-Iskola Guardian Angel matul l-aħħar tliet snin? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-external review/reviews li saru? Jekk le, x'kienet ir-raġuni għaliex l-external review ma sarx? Jista’ jgħid ukoll meta l-external review li jmiss huwa skedat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskola msemmija sar external review matul l-aħħar xhar tas-sena 2022 li kien iffukat fuq l-istandards nazzjonali fuq it-tmexxija tal-iskola.

Skola — Abbuż fiżiku - Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux rapporti lill-pulizija dwar abbuż fiżiku minn edukatur/edukaturi fuq student/studenti fl-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024? Jekk iva, meta saru dawn ir-rapporti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola — Abbuż fiżiku - Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każ/każijiet ta' rapporti dwar abbuż fiżiku minn edukatur/edukaturi fuq student/studenti fl-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024? Jekk iva, meta saru dawn ir-rapporti u għal kull każ jgħid x'kien ir-riżultat tal-investigazzjoni li tkun saret? Jista’ jgħid ukoll għal kull każ, jekk sarx rapport lill-pulizija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-snin imsemmija ġew rappurtati tlett każijiet dwar allegat abbuż fiżiku fl-iskola msemmija. Infurmat li l-Pulizija għaddejha bl-investigazzjoni neċessarja u għaldaqstant informazzjoni addizzjonali ma tistax tiġi ppublikata.