Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar kemm hemm kumpaniji li qegħdin konformi mal-kwota tal-impjieg ta' 2% fir-rigward ta' persuni b'diżabilità u kemm hemm kumpaniji li mhumiex konformi mal-istess kwota? Kemm kienet is-somma dovuta mingħand dawn il-kumpaniji għas-sena 2023 u kemm fil-fatt ġew miġbura flus mis-somma dovuta? Jista' jgħid ukoll fejn jintużaw il-flus miġbura u għalxiex jintużaw?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari 22022.
Jista' l-Ministru jgħid fejn jistgħu jgħixu persuni li jkollhom xi tip ta' diżabilità bħal down syndrome iżda li ma jkunux anzjani? Jista' jgħid ukoll il-proċess li għandu jintuża minn dawn il-persuni jew il-familjari tiegħu/tagħha sabiex ikunu jistgħu japplikaw għal waħda minn dawn ir-residenzi?
Tista' l-Ministru tgħid fejn jistgħu jgħixu persuni li jkollhom xi tip ta' diżabilità bħal down syndrome iżda li ma jkunux anzjani, u li ma jkollhomx post fejn joqogħdu? Tista' tgħid ukoll il-proċess li għandu jintuża minn dawn il-persuni jew il-familjari tiegħu/tagħha sabiex ikunu jistgħu japplikaw għal waħda minn dawn ir-residenzi?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern irid jonora l-obbligi tal-Artiklu 19 tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, jiġifieri li ma jibqax jiftaħ residenzi (istituzzjonijiet) ġodda iżda li jimxi lejn mudell ta’ deistituzzjonalizzazzjoni. Għalhekk Aġenzija Sapport, CRPD u DDI qed jaħdmu ma’ stakeholders varji biex kulħadd ikollu l-opportunità li jibqa’ jgħix fil-komunità bl-għajnuna skont il-bżonnijiet tiegħu. Dan isir billi persuna jew familjari jagħmlu kuntatt ma’ Aġenzija Sapport biex il-persuna tiġi assessjata u jiġu identifikati l-bżonnijiet tagħha u b’hekk il-professjonisti jkunu jistgħu jaħdmu mal-persuna fuq pjan li fost l-oħrajn jindirizza l-bżonn ta’ għajxien indipendenti.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18512 u 21776, jista' l-Ministru jgħid jekk l-għassa tal-Mellieħa hix miftuħa għall-pubbliku, jew jekk hix tintuża bħala uffiċċju tal-Pulizija tal-Komunità (uffiċċju li mhux miftuħ għal-pubbliku), jew inkella għal xi użu ieħor?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għassa hija miftuħa għall-pubbliku u l-pulizija tal-komunità qegħdin hemm biex iservu lill-pubbliku. Hija ħasra li hemm min ma jemminx fl-irwol tagħhom.
Jobsplus — Taħriġ ta’ persuni b’diżabilità - Fondi addizzjonali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21765 dwar taħriġ ta’ persuni b’diżabilità minn Jobsplus, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u allura jgħid kemm hu ppjanat li ġej jiswa l-proġett li għalih Jobsplus resqet applikazzjoni? Jista' jgħid ukoll kemm minn dan l-ammont hu ppjanat li jitħallas minn fondi lokali u kemm minn dan l-ammont hu ppjanat li jitħallas minn fondi taħt l-iskema ESF+? Jista' jgħid fiex jikkonsistu l-inizjattivi msemmija fit-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Filwaqt li nerġa’ nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21765, ninfurmaha li ladarba jkun hemm l-approvazzjoni tal-Fondi Ewropej ikunu jistgħu jitħabbru d-dettalji tal-proġetti.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 19043 u 21758, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Berġa ta' San Pawl il-Baħar hix ser tkun qiegħda tinfetaħ? Jekk iva, fejn? Jekk le, x'inhi r-raġuni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsba infurmat li miż-żewġ proposti mitfugħa ma nstab l-ebda post idonju għall-berġa fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-Ċentru tas-Saħħa li kien ippjanat għall-Qawra hux ser ikun qed isir? Jista’ jgħid ukoll jekk il-pjanijiet sabiex jinbena dan iċ-ċentru matul is-snin li ġejjin issa twaqqfux kompletament?
Skola Guardian Angel — Fact Finding Board - Rakkomandazzjonijiet
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 21548 u 21724, jista' l-Ministru jgħid jekk l-ebda waħda mir-rakkomandazzjonijiet tal-Fact Finding Board li nħatar sabiex jara s-sitwazzjoni fl-Iskola Guardian Angel, għadhom ma ġewx attwati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li r-rakkomandazzjonijiet kollha ser jiġu implimentati.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21554, jista' l-Ministru jagħti iktar informazzjoni dwar ir-Reach Units imsemmija fit-tweġiba tal-istess mistoqsija parlamentari, bħal pereżempju fejn jinsabu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
· Kulleġġ Santa Tereza - Skola Medja Ta’ Paris
· Kulleġġ Santa Tereza - Sekondarja, Mrieħel
· Kulleġġ San Ignazju - Skola Medja Ħandaq
· Kulleġġ San Injazju - Skola Sekondarja, Ħandaq
· Kulleġġ San Tumas More - Skola Medja, Tarxien
· Kulleġġ San Tumar More - Skola Sekondarja St Luċija
· Kulleġġ Santa Margerita - Skola Medja Bormla
· Kulleġġ Santa Margerita - Skola Sekondarja Verdala
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każ/każijiet ta' rapporti dwar abbuż fiżiku minn edukatur/edukaturi fuq student/studenti fl-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament matul is-sena 2021? Jekk iva, meta saru dawn ir-rapporti? Jista’ jgħid ukoll għal kull każ, jekk sarx rapport lill-pulizija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li ma wasal l-ebda rapport ta’ abbuż fiżiku matul is-sena msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' trasferiment ta' Selmun Palace Hotel lill-Awtorità tal-Artijiet, hekk kif fil-bidu ta' din is-sena, dan it-trasferiment kien wasal fl-aħħar fażi tiegħu? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta li turi ż-żona li ġiet inkluża f'dan it-trasferiment?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proċess ta’ trasferiment wasal biex ikun konkluż fi żmien qasir.
San Pawl il-Baħar – Żona tal-Imbordin – Tqegħid ta’ servizzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol marbut ma' tqegħid ta’ diversi servizzi tal-ilma li qed isir fl-inħawi tal-Imbordin, limiti ta’ San Pawl il-Baħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħol li qed issir referenza għalih huwa mmirat li jitlesta fil-bidu tas-sena li ġejja.
San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr – New Water
Question
Tista’ l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jibda jintuża n-new water fl-inħawi kollha ta' San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-Imġarr? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm iktar estensjonijiet ta’ dan l-ilma għal inħawi oħra ta’ dawn il-lokalitajiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet li qegħdin isiru bħala parti mill-proġett tan-New Water fil-lokatilajiet imsemmija, eżattament fiż-żoni tal-Imbordin, Miżieb, Triq Għajn Tuffieħa u Triq San Martin, huwa mmirat li jitlestew sa tmiem din is-sena u għalhekk hu mistenni li l-bdiewa fl-inħawi jibdew jagħmlu użu minn dan is-servizz fil-bidu tal-2025. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha l-ħsieb li dan il-proġett testendih ukoll għaż-żoni ta’ Selmun, l-Aħrax tal-Mellieħa, il-Manikata, Paradise Bay u Fomm ir-Riħ.
San Pawl il-Baħar — Provvista tal-elettriku - Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema xogħlijiet marbuta mal-provvista tal-elettriku huma mistennija jsiru fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar matul is-sena 2024 u 2025 separatament għal kull sena? Tista’ tgħid ukoll f’liema toroq hu mistenni li jsiru trinek biex fihom jitqiegħdu cables ġodda għall-istess perjodu? F’kull każ, meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol u x'inhi r-raġuni għala dan ix-xogħol ser ikun qed isir?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 15660, inżid ninfurmaha li sal-aħħar ta’ din is-sena se jkunu ġew ikkummisjonati 5 substations ġodda fiż-żona ta’ San Pawl il-Baħar u din is-sena ġiet irduppjata wkoll il-kapaċita taċ-ċentru tad-distribuzzjoni f’Buġibba fejn żdied transformer b’kapaċità ta’ 30MVA. Dan iċ-ċentru jissupplixxi bosta substations mhux biss f’Buġibba imma wkoll f’San Pawl il-Baħar u l-Qawra.
Għaddejjin il-pjanijiet biex lejn l-aħħar ta’ din is-sena jingħata bidu għal wieħed mill-akbar proġetti li qatt saru f’din iż-żona fuq livell ta’ vultaġġ medju. Permezz ta’ dan il-proġett ser jitpoġġew numru sostanzjali ta’ cables ġodda taħt l-art biex ikomplu jissaħħu r-reżiljenza u l-flessibbiltà tas-sistema tad-distribuzzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jingħata l-asfalt fi Triq l-Istamnar u l-madwar, f’San Pawl il-Baħar, wara li sar xogħol mill-Korporazzjoni Enemalta? Tista’ tgħid ukoll x’inhi r-raġuni li għaliha dan ix-xogħol għadu ma tlestiex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-asfalt fiż-żona indikata huwa ppjanat li jsir fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21552 u 21764 u jgħid jekk il-Malta Union of Teachers (MUT) ħarġitx direttivi fir-rigward tal-Iskola Guardian Angel matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024? Jekk iva, liema huma, għaliex inħarġu, meta nħarġu u meta twaqqfu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jopsplus — Taħriġ tal-persuni b’diżabilità - Fondi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid lil min (inkluż għaqdiet volontarji) qiegħda tinvolvi Jobsplus biex isiru l-pjanijiet ta’ kif jintużaw il-fondi ewropej għall-avvanz u għat-taħriġ tal-persuni b’diżabilità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li kmieni din is-sena Jobsplus issottomettiet applikazzjoni ta’ proġett taħt ESF+ (2021-2027) imsejjaħ VASTE II. Bi preparazzjoni għal dan il-proġett, fit-18 t’April 2023, Jobsplus organizzat laqgħa ta’ konsultazzjoni fejn diversi entitajiet u NGOs ġew mistiedna jaqsmu l-ideat tagħhom dwar kif segħtet titjieb l-iskema preċedenti (VASTE I), kif ukoll ideat dwar servizzi ġodda inkluż taħriġ li jistgħu ikunu ta’ sapport lil gruppi vulnerabbli fosthom persuni b’diżabilità.
Jobsplus involviet f’diskussjonijiet aktar profondi u wara bħala ‘partners’ lil entitajiet imsemmija hawn taħt:
· Lino Spiteri Foundation
· Aġenzija Sapport
· Inspire Foundation
· Richmond Foundation
· Jesuit Refugee Services
Qabel ma ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal VASTE II, Jobsplus bgħatet il-proposti lil:
· Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita
· Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza
· Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem
Lista ta’ entitajiet/NGOs li pparteċipaw fil-laqgħa ta’ konsultazzjoni tat-18 t’April 2023 qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta, u fejn (jekk hu l-każ), ser tinfetaħ għassa tal-pulizija ġdida f'San Pawl il-Baħar biex il-pulizija jkunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom minnha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Membru tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 18511.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-tabelli u sinjali oħra li kien hemm imwaħħla mal-faċċata tal-Għassa tal-Pulizija ta' San Pawl il-Baħar inqalgħu kollha? Jista’ jgħid jekk din l-istess għassa ngħalqitx għalkollox u jgħid ukoll x'ser isir minnu dan il-post?