Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija Sapport — Ċentri ta' Matul il-Jum

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna ma baqgħetx tattendi xi Ċentru ta' Matul il-Jum li tieħu ħsieb l-Aġenzija Sapport separatament għas-snin 2022, 2023 u 2024 u għal kull każ tgħid x'kienu r-raġunijiet għal dan?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-snin imsemmija kien hemm total ta’ 101 persuna b’diżabilità li ma baqgħux jattendu s-servizzi ta’ matul il-jum ta’ Aġenzija Sapport, għar-raġunijiet elenkati fit-tabella. Raġuni 2022 2023 2024 (Jannar – sad-data tat-tweġiba) M’għadhomx interessati li jirċievu s-servizz 25 24 13 Bdil fis-servizz 1 3 1 Ingaġġ f’impjieg 1 1 1 Saħħa deterjorata 5 5 2 Mewt 6 6 6 Kura tal-ġenituri anzjani 0 1 0 Total 38 40 23

Studenti bil-kundizzjoni tal-ADHD

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student li għandu l-kundizzjoni tal-ADHD beda/kompla bl-istudju tiegħu fil-bidu ta’ din is-sena skolastika? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji, terzjarja, MCAST, Università, eċċ.) u allura jgħid kemm hawn studenti li għandhom din il-kundizzjoni f’kull livell? Jista' wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex, it-total ta’ studenti li għandhom ADHD li bdew/komplew bl-istudji tagħhom jammonta għal 1,395. Filwaqt li n-numru ta’ studenti rreġistrati mal-Inclusive Education Unit fl-MCAST għal ADHD hu ta’ 331 student. Infurmat li l-Università ta’ Malta tista’ tippublika l-figuri wara l-aħħar tas-sena.

Aġenzija Sapport — Lista ta' stennija

Question

Tista' l-Ministru tgħid preżentement kemm hi l-lista ta' stennija (waiting list) għall-assessjar ta' persuni fi ħdan l-Aġenzija Sapport? Tista’ tgħid ukoll kemm hu l-itwal żmien li preżentement ilha persuna fuq din il-lista ta' stennija?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hekk kif persuna tagħmel kuntatt mal-Aġenzija Sapport, din tingħata mill-ewwel appuntament għall-assessjar inizjali biex wara tkun riferuta lejn is-servizzi kif meħtieġ.

IVF — PGT testing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-PGT testing fil-proċess tal-IVF bediex isir ġewwa pajjiżna? Jekk iva, kemm-il koppja għamlet użu minn dan it-test? Jekk le, meta hemm ħsieb li jibda jsir dan it-test ġewwa pajjiżna?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-PGTM (Pre-Implantation Genetic Testing for Monogenic Diseases) ilu liċenzjat li jsir f’Malta sa mit-30 ta’ April 2024, ġewwa klinika private. Sa issa tlett koppji ġew riferuti permezz tal-proġett tal-Outsourcing tal-IVF li l-gvern għandu ma’ din il-klinika u l-ġenituri prospettivi għaddejjin bil-proċess.

IVF — PGT testing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għal PGT testing fil-proċess tal-IVF saret sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u meta saret kull waħda minn dawn it-talbiet? Jista' jgħid ukoll jekk, f'kull każ, din it-talba ġietx aċċettata u jekk iva, kif kienet megħjuna l-koppja?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li sa issa saru sitt (6) talbiet għall-PGTM (Pre-Implantation Genetic Testing for Monogenic Diseases). Infurmat li tlieta minn dawn it-talbiet diġa ġew riferuti permezz tal-proġett tal-Outsourcing tal-IVF li l-gvern għandu ma’ klinika privata u l-koppji għaddejjin bil-proċess li ser jkun iffinanzjat kollu mill-gvern. It-tlett talbiet l-oħra għadhom qed jiġu evalwati mill-ART Clinic ta’ MDH u jekk ikun il-każ jiġu outsourced lill-klinika liċenzjata.

Third Country Nationals li ngħataw il-permess biex jaħdmu f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' Third Country Nationals (TCNs) li ngħataw il-permess biex jiġu jaħdmu hawn Malta matul is-sena 2023, u matul is-sena 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn il-persuni għadhom hawn Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Inkjesti dwar imwiet fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' inkjesti li għaddejjin bħalissa fil-Qrati Maltin dwar imwiet fuq il-post tax-xogħol? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont il-post tax-xogħol (sit ta’ kostruzzjoni eċċ.)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.

San Pawl il-Baħar — Berġa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21978 dwar berġa f'San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu sabiex terġa’ tibda topera berġa fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun hemm aktar żviluppi dawn jitħabru.

Il-Qawra — Ċentru tas-Saħħa - Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-ispiża li saret dwar iċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Qawra u fiex tikkonsisti din l-ispiża? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx spejjeż oħra li mistennija jitħallsu għal dan il-proġett?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13153. Ninsab infurmat li l-unika spiża li saret hi lill-Awtorità tal-Artijiet. Din kienet tammonta għal €2,620 bħala kera għall-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2022 sat-28 ta’ Frar 2023.

Skola — Abbuż fiżiku – Rapporti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21551, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każ/każijiet ta' rapporti dwar abbuż fiżiku minn edukatur/edukaturi fuq student/studenti fl-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament matul is-sena 2022? Jekk iva, meta saru dawn ir-rapporti? Jista’ jgħid ukoll għal kull każ, jekk sarx rapport lill-pulizija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li ma wasal l-ebda rapport ta’ abbuż fiżiku matul is-sena msemmija.

Partial local plan reviews

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ‘partial local plan reviews’ bejn is-sena 2013 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f’kull każ jgħid meta saret ir-review, u x'bidliet seħħew?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba li diġà ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 14227 ta’ din il-leġislatura. B’żieda, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni addizzjonali.

Qawra, San Pawl il-Baħar — Proprjetà tal-Gvern bil-faċċata fuq Triq il-Port Ruman - Avviż ta’ terminazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għaliha ħareġ avviż ta’ terminazzjoni fuq il-proprjetà tal-Gvern li għandha faċċata fuq Triq il-Port Ruman, il-Qawra, San Pawl il-Baħar, wara l-Iskola Primarja tal-Qawra? Jista’ jgħid ukoll x'użu mistenni jsir minn din l-art?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tindika preċiż għal liema propejetà qiegħda tirreferi.

Studenti bil-kundizzjoni tad-dyslexia

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student li għandu l-kundizzjoni tad-dyslexia beda/kompla bl-istudju tiegħu fil-bidu ta’ din is-sena skolastika? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji, terzjarja, MCAST, Università, eċċ.) u allura jgħid kemm hawn studenti li għandhom din il-kundizzjoni f’kull livell? Jista' wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskejjel tal-Istat, it-total ta’ studenti li talbu servizz tal-SpLD bil-profil ta’ dyslexia huwa 1,809. Filwaqt li n-numru ta’ studenti rreġistrati mal-Inclusive Education Unit fl-MCAST għal dyslexia hu ta’ 302 student. Infurmat li l-Università ta’ Malta tista’ tippublika l-figuri wara l-aħħar tas-sena.

San Pawl il-Baħar — Għassa tal-Pulizija

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 18511 u 21774, jista' l-Ministru jgħid għal liema użu qiegħda tintuża l-għassa ta' San Pawl il-Baħar mill-Pulizija tal-Komunità? Jista' jgħid ukoll jekk din l-għassa għadhiex tintuża mill-istess Pulizija tal-Komunità? Jekk iva, x'inhi r-raġuni li t-tabelli, inkluż it-tabella li tindika li hemm parkeġġ riservat għall-pulizija, tneħħew?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-għassa ta’ San Pawl il-Baħar kienet qed tintuża mill-Pulizija tal-Komunità li ġew rilokati fl-għassa tal-Qawra, minħabba proċess biex tgħaddi lura għand sidha wara proċeduri legali li nfetħu kontra l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat tal-Istat mis-sidien tal-istess post. Hemm il-ħsieb li fiż-żmien li ġej, il-Pulizija tal- Komunità terġa’ topera minn post alternattiv San Pawl il-Baħar wara li jkunu konklużi l-arranġamenti neċessarji.

Jobsplus — Definizzjoni ta' Assistent Personali

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13804 u 14514 dwar id-definizzjoni ta' Assistent Personali, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi u jekk iva, xi żviluppi kien hemm?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Servizz ta’ Assistenza Personali — Użu tas-sussidju

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13800 dwar użu tas-sussidju għas-Servizz ta’ Assistenza Personali, tista' l-Ministru tgħid, kemm mit-48 persuna msemmija fl-istess tweġiba, issa qegħdin jagħmlu użu mill-fondi allokati lilhom? Tista’ tgħid ukoll kif inhuma maqsuma dawn il-persuni; bejn l-iskema Direct Payment, l-iskema tal-Independent Community Living u l-iskema tal-Assistent Personali?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-data tat-tweġiba l-maġġoranza tal-48 persuna msemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13800 issa qed jagħmlu użu mill-fondi allokati lilhom. Fid-data tat-tweġiba hemm 55 persuna li fil-preżent mhux qed jagħmlu użu mill-fondi allokati lilhom, li ħafna minnhom huma każijiet ġodda, maqsumin kif ġej: Direct Payment: 44 Independent Community Living: 5 Personal Assistance Fund: 6

Servizz ta’ assistent personali — applikazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna applikat għas-servizz ta' assistent personali iżda għadha qed tistenna risposta dwar jekk hux ser tkun qiegħda tingħata sussidju mill-Gvern għal dan is-servizz, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan hu każ kemmxejn differenti minn kwistjoni ta’ lista ta’ stennija. Dan għaliex is-sistema taħdem fuq livelli differenti. Pereżempju, fid-data tat-tweġiba hemm 217 persuna b’diżabilità li wara li sarilhom assessjar inizjali, se jgħaddu għat-tieni fażi ta’ assessjar li jkun aktar dettaljat u li jwassal biex ikun determinat liema sussidju hu applikabbli għalihom mit-tim ta’ professjonisti tal-Independent Community Living Monitoring Service. Wara, jitressqu quddiem il-bord rispettiv. Hu importanti li wieħed jinnota li fil-preżent għaddejja l-implimentazzjoni fi stadji tar-riforma fis-servizz tal-assistent personali u għalhekk din il-lista ta’ stennija taf tiġi impattata mill-istrateġija l-ġdida proposta għas-servizz.

Servizz ta’ assistent personali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna bbenefikat mis-servizz ta’ assistent personali matul is-sena 2023 u s-sena 2024 separatament għal kull sena? Tista' tgħid ukoll kemm intefqu fondi għal dan is-servizz matul is-sena 2023 u s-sena 2024, separatament għal kull sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-2023 u fl-2024 kien hemm dawn il-persuni li bbenefikaw mis-servizz tal-assistent personali, kif ġej fit-tabella t’hawn taħt: 2023 2024 (Jannar – sad-data tat-tweġiba) Numru ta’ persuni li bbenefikaw mis-servizz 383 439 Fondi €2,962,170.21 €2,753,374.70 Dan juri 15% aktar ta’ persuni b’diżabilità li bbenefikaw mis-servizz tal-assistenza personali fl-ewwel 9 xhur u nofs ta’ din is-sena meta mqabbel mas-sena sħiħa tal-2023, żieda ta’ 56 benefiċjarju, Fil-proċess hemm aktar każijiet li qed jiġu assessjati sabiex jitressqu quddiem il-bord rispettiv.

MUT — Skola Guardian Angel - Direttivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21552, 21764 u 21935 u jgħid jekk il-Malta Union of Teachers (MUT) ħarġitx direttivi fir-rigward tal-Iskola Guardian Angel matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024? Jekk iva, liema huma, għaliex inħarġu, meta nħarġu u meta twaqqfu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Reġistru tal-qgħad — persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità fuq ir-reġistru tal-qgħad preżentement u kemm hemm persuni b'diżabilità li preżentement għandhom impjieg? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jistennew l-opportunità ta’ xogħol dawk li għadhom ma sabux xogħol?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni b'diżabilità fl-impjieg fl-aħħar ta’ Mejju 2024 kien ta’ 5,201, meta fl-2012 kien ta’ 1,699. Infurmat ukoll li n-numru ta’ persuni b’diżabilità fuq ir-reġistru tal-qgħad sal-aħħar t`Awwissu 2024 kien ta’ 239 bil-maġġoranza tagħhom kienu ilhom inqas minn sena. It-tabella t’ hawn taħt turi kemm kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol. Kemm ilhom jirreġistraw għax-xogħolAwwissu 2024 0 sa 13-il xahar121 ’Il fuq minn 13-il xahar sa sentejn 39 ’Il fuq minn sentejn79 Total239 Fl-2012 il-persuni b’diżabilità fuq ir-reġistru tal-qgħad kien ta’ 514. Ninsab infurmat ukoll li sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 kien hemm 795 kumpanija konformi mal-kwota tal-impjieg ta' 2% fir-rigward ta' persuni b'diżabilità. Filwaqt li kien hemm 788 kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji li ma kienux konformi mal-istess kwota u għalhekk jeħtieġ iħallsu l-kontribuzzjoni skont il-liġi. Is-somma dovuta mingħand dawn il-kumpaniji u kemm ġew miġbura s’issa tidher hawn taħt: Data sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 Numru ta’ Kumpaniji li ma kienux konformi mal-kwota Valur Numru ta’ Kumpaniji li ħallsu sal-aħħar ta’ Settembru 2024 Valur tal-pagamenti li tħallsu sal-aħħar ta’ Settembru 2024 Numru ta’ Kumpaniji li għadhom ma ħallsux sal-aħħar ta’ Settembru 2024 Pagamenti pendenti Gruppi 21 €285,600 10 €189,600 11 €96,000 Kumpaniji 767 €2,661,600 357 €1,260,600 410 €1,401,000 Total 788 €2,947,200 367 €1,450,200 421 €1,497,000 Il-flus miġbura mill-kumpaniji li mhumiex konformi mal-kwota ta’ 2% ta’ persuna b’diżabilità qed jintefqu minn Jobsplus biex jiffinanzjaw l-attività b’mod sħiħ li għandha għaddejja l-Fondazzjoni Lino Spiteri u attivitajiet/inizjattivi amministrati minn Jobsplus li ġew introdotti biex jassistu persuni b’diżabilità fit-traġitt tagħhom lejn id-dinja tax-xogħol. Servizzi eżistenti jissapportjaw ukoll lill-persuni b’diżabilità u lil min iħaddimhom matul l-impjieg skont il-bżonn.