Terapija għal tfal b'diżabilità — Kreditu tat-taxxa - Baġit allokat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-baġit allokat għas-sena 2023 għal kreditu tat-taxxa lill-ġenituri għal terapija ta’ tfal b'diżabilità? Jista' jgħid ukoll kemm kien il-baġit allokat għas-sena 2024 għal kreditu tat-taxxa lill-ġenituri għal terapija ta’ tfal b'diżabilità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx limitu stabbilit ta’ baġit fuq din il-mi¿ura. Kull applikazzjoni eliġibbli tiġi milqugħa u tingħata l-kreditu ta’ taxxa relattiv.
Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hawn permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għal bill boards u fejn jinsabu dawn il-permessi? Jista’ wkoll jagħti n-numru tal-applikazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-permessi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ permessi mitluba. Il-lista teskludi permessi li nħarġu għat-tqegħid ta’ billboards temporanji (permissibli taħt l-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S. 504,80). Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn id-deskrizzjoni tal-proposta tinkludi il-kelma “billboard”.
Attachments:PQ 22972 - Billboard applications approved.pdf
Awtorità tal-Ippjanar — Permessi għal billboards - Applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hawn applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar għal permessi għal billboards u fejn jinsabu dawn il-permessi? Jista' wkoll jagħti n-numru tal-applikazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-permessi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ applikazzjonijiet mitluba. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn id-deskrizzjoni tal-proposta tinkludi il-kelma “billboard”.
Attachments:PQ 22973 - Tabella Billboard applications pending.pdf
Awtorità tal-Ippjanar — Permessi għal billboards - Applikazzjonijiet li ġew irrifjutati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għal billboards ġiet rifjutata matul l-aħħar ħames snin u fejn jinsabu dawn l-applikazzjonijiet? Jista' wkoll jagħti n-numru tal-applikazzjoni għal kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ applikazzjonijiet mitluba. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn id-deskrizzjoni tal-proposta tinkludi l-kelma “billboard”.
Attachments:PQ 22974 - Billboard applications rejected.pdf
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet li joperaw il-Community Police f'kull lokalità madwar Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx ħsieb li dawn il-ħinijiet jiġu estiżi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Is-servizz ta' Community Policing ġie introdott mjnn dan il-Gvern sabiex ikun preżenti f'kull lokalità madwar Malta u Għawdex. Dan jingħaqad ma’ diversi servizzi oħra tal-Pulizija fosthom il-Pulizija tad-Distrett u skwadri speċjaliżżati oħra. Ninsab infurmat illi l-ħinijiet li fihom joperaw il-Community Police fil-lokalitàjiet f’dawn il-gżejjer, huma mis-7.30 ta’ filgħodu sad-9 ta’ filgħaxija fix-xhur tax-xitwa. Fix-xhur tas-sajf, bejn April u Settembru ta’ kull sena, joperaw sal-11.30 ta’ bil-lejl. Dwar estenzjoni ta’ ħinijiet kull deċiżjoni tittieħed skont in-neċessità u l-ħtiġijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22582 u jgħid kemm-il permess għal parkeġġ blue badge kien hemm sal-aħħar ta' Settembru 2024 u jaqsam dan l-ammont skont jekk dawn humiex parkeġġi komunali, personalizzati, eċċ.? Jista’ jgħid ukoll minn dawn, kemm kienu għal nisa u kemm kienu għal irġiel u x'inhi l-età ta' dawn il-persuni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-permessi għall-parkeġġ blue badge inħadmu sa l-aħħar ta’ Ottubru 2024 u huma maqsuma skont il-punti segwenti:
§ Permessi Komunali: 2,066
§ Permessi Personalizzati: 1,972
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument bl-etajiet ta’ dawk il-permessi personalizzati.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22521, dwar direttivi maħruġa mill-Malta Union of Teachers (MUT) fir-rigward tal-Iskola Guardian Angel, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-direttivi msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’azzjoni tittieħed mill-Korp tal-Pulizija meta tirċievi ilment dwar storbju għoli? Jista' jgħid ukoll kif jiġi aċċertat li l-istorbju jkun wieħed aċċettabli jew le, inkluż minħabba proċeduri legali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-pulizija twettaq ix-xogħol tagħha skont il-liġi. Nirreferiha wkoll għal tweġiba parlamentari 20378 u 21896.
Baġit 2025 — Ċentru ta’ Matul il-Jum għal anzjani b’diżabilità
Question
B'referenza għal dak li hemm imsemmi fid-dokument tal-Baġit 2025 dwar Ċentru ieħor ta’ Matul il-Jum biex jilqa’ anzjani b’diżabilità, tista' l-Ministru tgħid l-anzjani ta' liema età ser ikunu jistgħu jattendu dan iċ-Ċentru ladarba dan jibda jiffunzjona? Tista' tgħid ukoll jekk dan iċ-Ċentru hux ser ikun operat mill-Aġenzija Sapport?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan iċ-Ċentru ser jilqa’ fih anzjani b’diżabilità li diġà jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport, dan bħala parti mill-istrateġija tal-Aġenzija biex jiġu rispettati l-etajiet, u għalhekk il-programm ikun iżjed addattat għalihom. Dan is-servizz ser ikun immexxi mill-Aġenzija Sapport.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22588 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22383, dwar studenti bil-kundizzjoni tad-dyslexia, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22383 fejn fiha hemm it-total ta' studenti li talbu servizz tal-SpLD bil-profil ta’ dyslexia fl-iskejjel tal-Istat. Intant niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-mistoqsija kif inhi ma tistax titwiegeb.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22546, rigward is-servizzi ta' Matul il-Jum tal-Aġenzija Sapport, tista' l-Ministru tgħid jekk issirx analiżi ta' x'inhi r-raġuni għaliex persuni ma jibqgħux interessati li jirċievu s-servizz? Jekk iva, x'kienu r-raġunijiet?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta persuni b’diżabilità ma’ jattendux iċ-ċentru għal perijodu ta’ tlett xhur, isir kuntatt mal-familja sabiex jaraw għaliex il-persuna mhux qed tattendi. F’dan il-kuntatt jiġu diskussi r-raġunijiet għaliex, kif ukoll tiġi offruta gwida għal servizzi oħra li hemm disponibbli għall-persuna b’diżabilità fi ħdan Aġenzija Sapport bil-possibilità li tkun tista’ tibbenifika minnhom.
Id-deċiżjoni li jiġi tterminat is-servizz f’dan il-każ tiġi mill-familja, jew jiġi tterminat jekk ma’ jkunx hemm rispons wara ħafna attentati għal kuntatt mal-familja u l-persuna b’diżabilità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet għal kontravenzjonijiet relatati mal-ambjent, inkluż ksur tar-regolamenti tal-immaniġġjar/ġbir tal-iskart sal-aħħar ta' Ottubru 2024, u jaqsam dan it-tagħrif, lokalità lokalità, separatament għal kull sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn is-sena 2022 u l-aħħar ta’ Ottubru 2024 inħarrġu tnax il-elf, sitt mija u disa’ (12,609) ċitazzjonijiet dwar kontravenzjonijiet relatati ma l-iskart permezz ta’ sistema elettronika minn uffiċċjali tal-Aġenzija LESA u membri tal Korp tal-Pulizija, kif ukoll taħrikiet maħruga ta’ każijiet li kienu identifikati permezz ta’ CCTV, kif indikat fl-ewwel parti tat-tabella.
Barra min dan kien hemm mija u disa’ u ghoxrin (129) każ ieħor fejn persuni ġew mħarrka u ttieħdu l-Qorti jew it-Tribunal mill-Pulizija għal reati relatati, kif jidher fit-tieni parti tat-tabella. Fiż-żewġ każijiet, it-tagħrif ingħata lokalità lokalità, separatament għal kull sena.
PQ 22606 - Ġbir tal-iskart – Kontravenzjonijiet maħruġa – Każi mressqa l-Qorti jew Tribunal
Offence Locality / Offence202220232024202220232024
SAN ĠWANN330450280100
MSIDA230422186110
ĦAMRUN388271105310
MARSASCALA304273153110
SLIEMA256296115110
MELLIEĦA89159246011
NAXXAR152173152070
SAN GILJAN24513284201
SAN PAWL IL-BAĦAR21016369320
QORMI16915759221
ŻEJTUN12917274032
MARSA2345962131
PAOLA10914779011
BALZAN1607960001
MQABBA13010957020
SANTA VENERA4917171200
ŻEBBUĠ-Gozo13412923001
ŻEBBUĠ8712273000
BIRŻEBBUĠA1159264110
RABAT1016991010
GŻIRA1428541000
KALKARA938431000
SIĠĠIEWI795443071
ŻABBAR576925110
SWIEQI484441010
GUDJA545028000
XAGĦRA-Gozo962300001
TA` XBIEX562034000
VALLETTA3332442163
KIRKOP245430000
PEMBROKE453429020
ŻURRIEQ186720033
MOSTA64287100
BIRKIRKARA441931203
GĦARGĦUR65420000
BORMLA173525020
TARXIEN221930000
DINGLI48184000
MUNXAR-Gozo321819000
FGURA142626000
MĠARR729230 00
NADUR-Gozo4890000
FLORIANA281711841
LUQA162217000
GĦAXAQ162513000
SAFI33119010
SANTA LUĊIJA281113000
MTARFA32119010
QALA-Gozo4271010
ATTARD112612000
LIJA32711000
PIETÀ6284000
QRENDI7227000
SANNAT-Gozo2351000
ISLA4318000
GĦASRI-Gozo9121000
BIRGU1245000
XGĦAJRA1281000
IKLIN1452000
MARSAXLOKK597000
RABAT-Gozo793010
KERĊEM-Gozo751000
MDINA364000
GĦARB-Gozo147000
XEWKIJA-Gozo131000
GĦAJNSIELEM-Gozo020000
SAN LAWRENZ-Gozo001000
FONTANA-Gozo010000
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22435 u jgħid kemm hu n-numru ta' inkjesti li għaddejjin bħalissa fil-Qrati Maltin dwar każijiet fejn persuna tgħid li tkun weġġgħet fuq il-post tax-xogħol? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont il-post tax-xogħol (sit ta’ kostruzzjoni eċċ.)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ inkjesti maġisterjali li jinsabu għaddejjin dwar każijiet fejn persuna tgħid li tkun weġġgħet fuq il-post tax-xogħol quddiem il-Qrati ta’ Malta huwa ta’ 15 u dawk fil-Qrati ta’ Għawdex huwa ta’ 2. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tad-domanda ma tistax tingħata ai termini tal-artikolu 518 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22437 u jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ storbju eċċessiv bejn Jannar 2022 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? F’liema lokalità ġie rrapportat kull wieħed minn dawn il-każijiet u għal liema tip ta’ storbju kien qed jirreferi r-rapport? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu jikkonċernaw ħsejjes wara l-11.00 p.m. u wara s-1.00 a.m. separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba parlamentari 20379 u 21896.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student li għandu l-kundizzjoni tal-autism spectrum disorders (ASD) beda/kompla bl-istudju tiegħu fil-bidu ta’ din is-sena skolastika, (jew jekk din l-informazzjoni mhux disponibbli, jipprovdi l-aħħar figuri u jgħid għal liema data jirreferu dawn il-figuri)? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull livell ta' edukazzjoni (skejjel primarji, medji/sekondarji, terzjarja, MCAST, Università, eċċ.) u allura jgħid kemm hawn studenti li għandhom din il-kundizzjoni f’kull livell? Jista' wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-iskejjel humiex tal-Istat, tal-Knisja jew tal-privat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-iskejjel madwar Malta u Għawdex, it-total ta’ studenti li għandhom ADHD li bdew/komplew bl-istudji tagħhom jammonta għal 1,768 li dan jinkludi skejjel tal-Istat, Knisja u kif ukoll Indipendenti. Filwaqt li n-numru ta’ studenti rreġistrati mal-Inclusive Education Unit fl-MCAST għall-awtiżmu hu ta’ 197 student.
Infurmat li l-Università ta’ Malta tista’ tippublika l-figuri wara l-aħħar tas-sena.
Third Country Nationals li ngħataw il-permess biex jaħdmu f’Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22433 u 22548 u jgħid kemm kien in-numru ta' Third Country Nationals (TCNs) li ngħataw il-permess biex jiġu jaħdmu hawn Malta matul is-sena 2023, u matul is-sena 2024 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn il-persuni għadhom hawn Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li fis-sena 2023 in-numru kien 19,130 u 2024 sa Settembru 8,256. Dan ma jinkludix permessi oħra li ġew revokati jew skaduti fl-istess perjodu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22434 u 22549 u jgħid kemm hu n-numru ta' inkjesti li għaddejjin bħalissa fil-Qrati Maltin dwar imwiet fuq il-post tax-xogħol? Jista' jaqsam din l-informazzjoni skont il-post tax-xogħol (sit ta’ kostruzzjoni eċċ.)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ inkjesti maġisterjali li jinsabu għaddejjin dwar imwiet fuq il-post tax-xogħol quddiem il-Qrati ta’ Malta huwa ta’ 12 u dawk fil-Qrati ta’ Għawdex huwa ta’ 3. L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tad-domanda ma tistax tingħata ai termini tal-artikolu 518 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14514, tista' l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm dwar id-definizzjoni ta' 'Assistent Personali' ma' Jobsplus?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lil Onor. Interpellant li r-riforma tal-Assistenza Personali tinkludi fiha l-iżvilupp ta’ Att legali li fost affarijiet oħrajn ser ikun fih it-tifsira ta’ Assistent Personali. Dan l-istess Att ser ikun maħruġ għal-konsultazzjoni pubblika iżjed ’il quddiem.
Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm sabiex is-servizz ta' PGTM (Pre-Implantation Genetic Testing for Monogenic Diseases) jibda jsir fl-Isptar Mater Dei?
San Pawl il-Baħar — Provvista tal-elettriku u xogħlijiet għal upgrade tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 15660 u 21793, tista' l-Ministru tgħid f'liema toroq f’San Pawl il-Baħar, il-Korporazzjoni Enemalta għandha l-pjan li tagħmel xogħlijiet relatati mal-provvista tal-elettriku inkluż upgrades tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħala parti mit-tieni fażi ta’ rinfurzar tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, fejn fl-ewwel fażi tpoġġew aktar minn 82 kilometru ta’ cables ġodda, se jkompli jsir tisħiħ tal-provvista kemm fuq livell ta’ vultaġġ medju kif ukoll baxx. Enemalta, b’kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta u Transport Malta, se tkun qed tpoġġi 60 kilometru ieħor ta’ cables ġodda taħt l-art f’diversi lokalitajiet inkluż San Pawl l-Baħar. Għaldaqstant, se jkun hemm toroq f’din il-lokalità li fihom, minn żmien għal żmien, se jkunu qegħdin isiru dawn ix-xogħlijiet skont il-permessi maħruġa minn Transport Malta.