Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni b'diżabilità f’impjieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna b'diżabilità kellha impjieg fl-aħħar ta' Awwissu 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta’ Ġunju 2024 in-numru ta’ persuni b'diżabilità fl-impjieg kien ta’ 5,234 dan meta kkumparat mal-1,699 persuna b'diżabilità fl-impjieg sal-aħħar ta’ Diċembru 2012.

In-Naxxar — Ġenituri single

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu n-Naxxar? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu n-Naxxar iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Servizz ta’ assistent personali — Stennija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22114 dwar applikazzjonijiet għas-servizz ta' assistenti personali, tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-itwal żmien li wieħed jew waħda mill-217 persuna msemmija fl-istess tweġiba ilha tistenna sabiex tgħaddi għat-tieni fażi tal-assessjar?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-itwal żmien li persuna minn dawk il-217 imsemmija fil-mistoqsija parlamentari 22114 ivarja minn ftit xhur għal 14-il xahar. Dan minħabba li meta persuna tiġi referuta għat-tieni fażi ta’ assessjar, fl-ewwel fażi jsir priority weighting mill-professjonisti li jkunu għamlu l-assessjar. Minħabba li jkun hemm numru ta’ każijiet li jieħdu preċedenza fuq pariri tal-professjonisti, dawk bi priorità baxxa ħafna jieħdu żmien itwal biex jiġu ppreżentati lill-bord u fl-aħħar mill-aħħar jiġu assenjati professjonist biex isegwu l-każ. Sadanittant dawn il-persuni xorta jingħataw forom ta' assistenza oħra skont il-bżonnijiet tagħhom. Dan in-numru ma jirriflettix l-istennija fil-futur qarib minħabba l-implimentazzjoni tar-riforma li bdiet u ser titkompla fis-sena 2025 peress li qed tiġi implimentata f’fażijiet.

Servizz ta’ assistent personali — Applikazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22114 dwar applikazzjonijiet għas-servizz ta' assistenti personali, tista' l-Ministru tgħid, għall-istess perjodu, kemm hemm persuni jistennew biex isirilhom l-assessjar inizjali? Kemm hu l-itwal żmien li wieħed jew waħda minn dawn il-persuni ilha tistenna sabiex isirilha l-assessjar inizjali?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-itwal perjodu li wieħed jistenna għall-ewwel assessjar hu ta’ xahar mill-ewwel fażi ta’ assessjar li jsir fl-ewwel kuntatt. Għan-numru ta’ persuni li hemm jistennew biex isirilhom l-assessjar inizjali jekk jogħġbok irreferi għall-mistoqsija parlamentari 22585.

Servizz ta' assistent personali

Question

Tista' l-Ministru tgħid fil-preżent kemm, bħala medja, iddum tistenna persuna biex ikollha risposta li ser tkun qiegħda tibbenefika jew le mis-servizz ta' assistent personali minn mindu din l-istess persuna (jew qraba tagħha) tapplika għal dan is-servizz? Tista’ tgħid ukoll kemm-il persuna qiegħda tistenna tali risposta?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tul ta’ żmien ta’ stennija jvarja skont il-priorità u l-urġenza tal-każ u għalhekk m’hemmx medja li tista’ tiġi kkwotata u applikata għall-każijiet li jersqu għal dan is-servizz. Fid-data tat-tweġiba, hemm 14-il persuna li qed tistenna deċiżjoni mill-Bord.

Bozoz pubbliċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li l-bozoz pubbliċi (public lighting) li hawn fl-ibliet u l-irħula tagħna jibdew jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-kunsilli lokali jew reġjuni, u dan biex ir-residenti ma jibqgħux jintbagħtu minn post għall-ieħor kull meta jkun hemm bozza ma tixgħelx?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-sena 2002, ir-responsabbiltà tal-lampi tat-toroq residenziali u l-manutenzojni tagħhom kienet għaddiet taħt il-Kunsilli Lokali. Permezz tal-‘Public Service Obligation’ (PSO) agreement li kien iffirmat fl-2021, bejn il-Gvern, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u Enemalta, il-bozoz kollha fiż-żoni residenzjali li kienu għaddew għand il-Kunsilli Lokali baqgħu responsabbiltà tagħhom. Skont it-termini li hemm fl-istess PSO, il-bozoz fit-toroq tagħna li kienu tal-Enemalta saru tal-Gvern Ċentrali fejn Enemalta hija biss operatur.

Kunsilli Lokali — Tiswija ta’ bozoz

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Kunsilli Lokali jkollhom iktar kontroll fuq it-tiswija tal-bozoz li hemm fil-lokalità tagħhom peress li minkejja li l-kunsilli lokali/reġjuni jgħaddu r-rapporti lill-Enemalta, diversi drabi t-tiswijiet idumu biex isiru?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li r-responsabbiltà tad-dwal tat-toroq u spazji oħra pubbliċi tinsab diġà fir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali.

San Pawl il-Baħar — Għassa tal-Pulizija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22028 dwar l-għassa tal-pulizija f'San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex identifkat post alternattiv għal din l-għassa? Jekk iva, meta hemm ħsieb li l-għassa tibda topera minn hemm, flok mill-għassa tal-Qawra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li r-residenti ta’ San Pawl il-Baħar filwaqt li jagħmlu użu mill-għassa tal-istess lokalità fil-Qawra li hija miftuħa 24/7, qegħdin jingħataw ukoll is-servizz tal-Pulizija mill-Kunsill Lokali, dan filwaqt li jgawdu mis-servizz tal-Pulizija tal-Komunità mhux biss fit-toroq tal-lokalità iżda anke minn uffiċċju biswit l-Għassa tal-Qawra.

San Pawl il- Baħar — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità ta’ San Pawl il- Baħar? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA f'San Pawl il-Baħar, li għad iridu jibdew joperaw?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Il-Mellieħa — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità tal-Mellieħa? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA fil-Mellieħa, li għad iridu jibdew joperaw?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

In-Naxxar — Lukandi/stabbilimenti turistiċi Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità tan-Naxxar? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA fin-Naxxar, li għad iridu jibdew joperaw?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Ġenituri single

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu f'San Pawl il-Baħar iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Il-Mellieħa — Ġenituri single

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu l-Mellieħa? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu l-Mellieħa iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Residents Parking Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għandhiex il-ħsieb li terġa' tintroduċi r-residents' parking scheme? Jekk iva, meta ser terġa’ tiġi introdotta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi jikkunsidra kull proposta ta' residential parking scheme mitluba mill-kunsill lokali rispettiv ġaladarba l-kunsill lokali jipprovdi alternattivi sabiex l-aċċessibilita’ , inkluż l-parkeġġ jibqa provdut.

Permessi għal timed zones

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk preżentement Transport Malta hix qed toħroġ permessi għal timed zones? Jekk iva, x'inhuma l-kriterji li qegħdin jintużaw sabiex tali applikazzjoni tkun approvata?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtoritá għat-Trasport f’Malta tapprova restrizzjonijiet skont il-policy u l-Liġijiet Sussidjarji 65.05 u 65.11.

San Pawl il-Baħar – Xogħlijiet mill-Korporazzjoni għas- Servizzi tal-Ilma

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema toroq għandha l-pjan li tagħmel xogħlijiet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma relatati ma’ New Water; mas-sistema tal-ilma jew mas-sistema tad-drenaġġ; jew xi xogħlijiet oħra mill-istess korporazzjoni f’San Pawl il-Baħar, minn Novembru 2024 sal-aħħar tas-sena 2025?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha pjan u investiment estensiv għaż-żona ta’ San Pawl il-Baħar. Fil-qasam tad-drenaġġ, għandha ppjanat li ssir tiswija fuq mejn kif ukoll tibdil fil-mejnijiet tal-ippumpjar tad-drenaġġ fejn meħtieġ. Qegħdin isiru wkoll xogħlijiet f’toroq oħrajn fejn għaddej b’ritmu tajjeb ix-xogħol tal-proġett tal-microtunnelling, li għalih qed isir użu minn teknoloġija avvanzata biex ġiet eliminata l-ħtieġa li jitħaffru trinek fit-toroq taż-żona. Għaddej ukoll it-tqabbid mal-istess mina kif ukoll it-tħejjijiet neċessarji biex eventwalment jinbdew ukoll ix-xogħlijiet fuq ir-rising u l-gravity mains. Qed ikun finalizzat ukoll il-proġett tan-New Water fl-Imbordin, waqt li xogħlijiet oħrajn għas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb qed jiġu kkordinati mal-awtoritajiet responsabbli.

Kunsilli Lokali – Segretarji Eżekuttivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Kunsill Lokali għandu Segretarju Eżekuttiv full-time u jgħid liema huma? Jista' jgħid ukoll kemm-il Kunsill Lokali ma għandux Segretarju Eżekuttiv full-time u liema huma u kif qegħdin joperaw dawn l-istess Kunsilli Lokali (pereżempju Aġent Segretarju Eżekuttiv, Deputat Segretarju Eżekuttiv, eċċ.)? X'miżuri qegħdin jittieħdu mill-Gvern biex kull Kunsill Lokali jkollu Segretarju Eżekuttiv full-time?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba u mgħoddija lili mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Ninsab infurmat li d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali iddiskutiet mal-awtoritajiet kompetenti biex il-proċess ta’ ingaġġar isir aktar effiċjenti. Filwaqt li jsir dan, ikunu l-Kunsilli innifishom li fl-aħħar mill-aħħar jagħżlu s-Segretarju Eżekuttiv.

MUT — Skola Guardian Angel - Direttivi

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22852 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22521, dwar direttivi maħruġa mill-Malta Union of Teachers (MUT) fir-rigward tal-Iskola Guardian Angel, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-direttivi msemmija fl-istess tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Project Green — Proġetti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema mill-proġetti li kienu aċċettati minn Project Green biex ikunu jistgħu jsiru, fil-fatt inbeda x-xogħol fuqhom? Liema proġetti oħra li kienu aċċettati, hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuqhom matul is-sena li ġejja? Fiż-żewġ każijiet, tista’ tgħid meta hu mistenni li x-xogħol jiġi ffinalizzat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għal liema proġetti qed tirreferi.

Terapija għal tfal b'diżabilità — Kreditu tat-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur ibbenefika mill-kreditu tat-taxxa għal terapija ta’ tfal b'diżabilità għal kull sena minn mindu beda jingħata dan il-kreditu? Għal kemm jammonta l-valur ta' dan?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena bazi 2023 kien hemm 232 ġenitur li bbenefikaw mill-kreditu tat-taxxa li jingħata għal spejjeż ta’ terapija provduta lil tfal b’dizabilità. L-ammont ta’ kreditu hu ta’ Eur 135,375. Informazzjoni dwar is-sena bażi 2024 tkun tista’ tingħata fl-aħħar kwart tas-sena 2025 meta jiġu pproċessati l-formoli tat-taxxa tas-sena.