Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Proġetti li ser jitlestew

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 23206 u jagħti tagħrif dwar liema proġetti infrastrutturali mistennija jitlestew matul is-sena 2025, li għalihom hi responsabbli l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)? Fejn jinsabu dawn il-proġetti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti infrastrutturali li hija nvoluta fihom l-MTA u li mistennija jitlestew fl-2025, huma dawn: · L-installazjoni ta’ sistema ġdida ta’ dawl fuq barra tal-Bażilika ta’ Sant’ Elena, f’Birkirkara. Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kurja li hija responsabli mill-implementazzjoni ta’ dan il-proġett. · Ir-riġenerazzjoni u tisbiħ tal-Pjazza tal-Birgu. Proġett li qed isir b’ kollaborazzjoni ma’ Infrastracture Malta, li hija l-entita’ responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett. · Il-proġett tar-riġenerazzjoni taz-Zuntier tar-Rabat. Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Infrastracture Malta. · Manutenzjoni tal-faċċata tat-Torri L-Aħmar, fil-Mellieħa. Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Din l-Art Ħelwa. · Restawr tat-Torri ta’ San Tumas ġewwa Marsaskala. Proġett li qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Fondazzjoni Wirt Artna. · Restawr tal-faċċata tat-Torri ta’ Kemmuna. Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Din l-Art Ħelwa.

Mediċina Rasagiline 1mg tabs — out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba u meta kienet out of stock matul din is-sena, il-mediċina Rasagiline 1mg tabs liema mediċina tinsab fuq il-formolarju tal-Gvern għall-Parkinson’s Disease?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-mediċina Rasagiline 1mg tabs hija disponibbli fil-mument.

Servizz ta' assistent personali — Stennija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23167, tista' l-Ministru tgħid sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, x'inhu l-iqsar u l-itwal żmien totali li persuna damet tistenna biex ingħatat risposta dwar jekk hix ħa tkun qiegħda tibbenefika jew le, mis-servizz ta' assistent personali minn mindu din l-istess persuna tapplika għal dan is-servizz?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li wara li jkun sar l-assessjar kollu meħtieġ u jkun deċiż li wieħed hu eliġibbli għas-servizz ta’ assistent personali, dan jista’ jdum minn ftit ġimgħat sa madwar tlett xhur sabiex il-każ jersaq quddiem il-bord. Ladarba l-bord jieħu deċiżjoni, tinħareġ l-ittra ta’ notifika fi żmien ftit ġranet. Bħala parti mir-riforma tal-iskema tal-assistent personali, ġie maħtur sotto-bord li jara l-applikazzjonijiet għal tiġdid tas-servizz u għalhekk il-bord prinċipali hu mistenni li jibda jara aktar każijiet fi żmien iqsar ta’ stennija.

San Pawl il-Baħar — Ġenituri single

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23144 u jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu f'San Pawl il-Baħar iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ ġenituri single kif indikat fil-mistoqsija parlamentari huma skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: PQ 23357 Total Children's Allowance San Pawl il-Baħar Irġiel Nisa Total Single 521 312 833 Widower 2 7 9 Divorced 4 19 23 Other* 47 149 196 Total 574 487 1,061 *Dawk immarkati bħala Other huma Legally Separated, Separated Maintaining Wife u De Facto Separated Niġbed l-attenzjoni lill-Onor. Interpellanta li, d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux informazzjoni fuq jekk hemmx ġenituri single li ma jirċevux children’s allowance għal tfal taħt l-età ta’ 16-il sena.

Il-Mellieħa — Ġenituri single

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23145 u jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu l-Mellieħa? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu l-Mellieħa iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ ġenituri single kif indikat fil-mistoqsija parlamentari huma skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: PQ 23358 Total Children's Allowance Mellieħa Irġiel Nisa Total Single 174 77 251 Widower 1 7 8 Divorced 2 2 4 Other* 18 44 62 Total 195 130 325 *Dawk immarkati bħala Other huma Legally Separated, Separated Maintaining Wife u De Facto Separated Niġbed l-attenzjoni lill-Onor. Interpellanta li, d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux informazzjoni fuq jekk hemmx ġenituri single li ma jirċevux children’s allowance għal tfal taħt l-età ta’ 16-il sena.

Milied u l-ewwel tas-sena 2024/2025 — Attivitajiet kulturali

Question

B'referenza għall-iskema għall-attivitajiet kulturali marbuta mal-Milied u l-ewwel tas-sena 2024/2025, jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kunsilli lokali/reġjuni li applikaw għal din l-iskema? F'kull każ, għal kemm fondi applikaw? F'kull każ kemm ingħataw fondi? Jista’ jgħid ukoll meta kienet tagħlaq din l-iskema u kemm kien il-massimu ta' fondi li kull kunsill lokali/reġjun seta’ japplika għalih?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, kif mgħoddija lili mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti tal-Ministeru tagħha, u ta’ kull dipartiment/entità/awtorità li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid ukoll x'inhu l-irwol ta' kull konsulent u fiex tikkonsisti l-konsulenza ta' kull wieħed/waħda? Kemm tħallsu/qegħdin jitħallsu mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20920.

Allowance għal diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirċievu xi tip ta' allowance minħabba d-diżabilità u liema allowance jirċievu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità ta’ dawk li jibbenefikaw? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni bdew jieħdu din l-allowance wara korriment fuq il-post tax-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Investiment fis-sigurtà ta’ lokalitajiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13381 u l-lokalitajiet imsemmija fil-baġit għas-sena 2024 li fihom kellu jsir investiment fis-sigurtà, jista' l-Ministru jgħid x'investiment sar f'kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx pjan li l-investiment fis-sigurtà jiġi estiż għal lokalitajiet oħra? Jekk iva, liema huma dawn il-lokalitajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Bis-saħħa ta' deċiżjonijiet strateġiċi u investiment massiċ, inkluż dirett fil-ħaddiema, fl-aħħar snin Malta naqset ir-rata ta' kriminalità u nżammet f'livelli baxxi. Ninsab infurmat li fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi, bħalissa qed isir ix-xogħol preparatorju, inkluż dak infrastrutturali, sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jibda l-installar tal-ewwel kameras tas-sigurtà f’San Ġiljan (inkluż Paceville). Wara jsir wkoll l-installar f'San Pawl il-Baħar, il-Marsa u r-Raħal Ġdid. Barra minn hekk ħarġet is-sejħa, u s-sena d-dieħla, se jkunu impjegati ghal ewwel darba l-PolicePatrol and Community Support Officers (PPCSO) mad-Dipartiment tal-Pulizija, bil-għan li tiżdied il-preżenza tal-pulizija fit-toroq. Dan se jwassal għal aktar tisħiħ tas-sigurtà pubblika permezz ta’ ingaġġ komunitarju viżibbli u aktar effettiv.

Persuni b'diżabilità — Ħlas dovut mill-kumpaniji mhux konformi mal-kwota tat-2%

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22022, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qegħdin jittieħdu sabiex jinġabru l-fondi li suppost tħallsu mill-kumpaniji li ma kinux konformi mal-kwota ta' 2% tal-impjegati li għandhom ikunu persuni b'diżabilità, għas-sena 2023, hekk kif iktar min-nofs il-kumpaniji kienu għadhom ma għamlux il-ħlas dovut sal-aħħar ta' Settembru 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li sal-15 ta’ Novembru, 100 kumpanija oħra irregolarizzat il-pożizzjoni tagħha. Bħalissa, Jobsplus qiegħda tiddiskuti mal-uffiċċju legali tagħha biex jinħarġu ittri, bħala l-aħħar avviż lil 321 kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji li għadhom ma ħallsux il-pagament dovut.

MUT — Skola Guardian Angel - Direttivi

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22852 u 23127 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22521, dwar direttivi maħruġa mill-Malta Union of Teachers (MUT) fir-rigward tal-Iskola Guardian Angel, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-direttivi msemmija fl-istess tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandix xi nżid mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22521.

Project Green — Proġetti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 23139, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti kollha li saru minn meta twaqqfet Project Green? Fejn jinsabu dawn il-proġetti, meta nbdew u meta intemmu x-xogħlijiet fuq dawn l-istess proġetti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22217 li ngħatat fis-seduta 280 fit-18 ta’ Novembru 2024. Ma’ dik it-tweġiba nżid li Project Green għadha kemm lestiet żewġ proġetti oħra, dak ta’ Ġnien l-Indipendenza f’Birżebbuġa u l-Hospice Landscape Garden f’Santa Venera li flimkien ikopru medda ta’ 4,400 metru kwadru.

San Pawl il- Baħar — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23141 u jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità ta’ San Pawl il- Baħar? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA f'San Pawl il-Baħar, li għad iridu jibdew joperaw?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

It-tweġiba se tingħata f 'seduta oħra.

Il-Mellieħa — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23142 ujgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità tal-Mellieħa? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA fil-Mellieħa, li għad iridu jibdew joperaw?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

It-tweġiba se tingħata f 'seduta oħra.

In-Naxxar — Lukandi/stabbilimenti turistiċi Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23143 u jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità tan-Naxxar? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA fin-Naxxar, li għad iridu jibdew joperaw?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

It-tweġiba se tingħata f 'seduta oħra.

L-Awtorità tad-Djar — Skema għall-persuni b'diżabbiltà - Applikazzjonijiet għal aċċessibbiltà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet matul is-sena 2023, l-Awtorità tad-Djar għall-iskema għall-persuni b'diżabbiltà sabiex tagħmel ir-residenza aċċessibbli? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew approvati fondi għal din l-iskema matul l-istess sena?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-sena 2023, l-Awtorità tad-Djar rċeviet 599 applikazzjoni taħt l-iskema għall-persuni b’diżabilità. Fis-sena 2023, l-Awtorità tad-Djar approvat is-somma ta’ €3,399,323 taħt l-iskema għall-persuni b’diżabilità.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Proġetti Ii ser jinbdew

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti infrastrutturali mistennija jinbdew matul is-sena 2025, li għalihom hi responsabbli l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)? Fejn jinsabu dawn il-proġetti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Proġetti li ser jitlestew

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti infrastrutturali mistennija jitlestew matul is-sena 2025, li għalihom hi responsabbli l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)? Fejn jinsabu dawn il-proġetti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Parkeġġ blue badge

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna b'diżabilità li tapplika għall-parkeġġ blue badge tingħatax l-għażla biex ikollha personalised parking bay jew inkella parking bay li ma jkunx personalizzat? Jekk iva, x'inhuma d-differenzi fil-kriterji biex persuna tikkwalifika għal personalised parking bay jew għal parking bay li ma jkunx personalizzat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna tista’ tagħmel talba għal parkeġġ personalizzat fit-triq tagħha jew fil-viċinanzi. Madankollu, jekk it-talba tkun approvata, il-parkeġġ ikun riservat għall-użu komuni. Din it-talba tista’ ssir permezz tal-Kunsill Lokali jew direttament mal-Awtorità għat-Trasport f’Malta. Peress li parkeġġ riservat ikun għall-użu komuni, l-uniku kriterju li jittieħed in konsiderazzjoni huwa dak loġistiku, jiġifieri jekk hemmx spazju adegwat fejn jista’ jiġi allokat il-parkeġġ riservat. Jekk il-parkeġġ mitlub ikun personalizzat, l-applikant ikun meħtieġ jimla applikazzjoni u jibgħatha fl-indirizz indikat. La darba l-Awtorità tirċievi l-applikazzjoni, issir evalwazzjoni biex jiġi vverifikat jekk id-dokumenti kollha meħtieġa humiex preżenti biex l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi pproċessata. Jekk id-dokumenti jkunu korretti, l-applikazzjoni tintbagħat għand l-Aġenzija Sapport sabiex it-tabib tal-Aġenzija jagħmel valutazzjoni medika tal-applikant. F’każ li l-applikant jikkwalifika, l-Aġenzija Sapport tinforma lill-Awtorità, li mbagħad tkompli l-proċess biex, flimkien mal-applikant, jiġi identifikat post addattat fejn jista’ jsir il-parkeġġ riservat. Min-naħa l-oħra, jekk l-applikant ma jikkwalifikax, l-Aġenzija Sapport tinforma lill-Awtorità, li tkun obbligata tinforma lill-applikant li ma kienx eliġibbli għal parkeġġ personalizzat riservat.

Persuni b'diżabilità — Tibdil fid-definizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tibdil kien hemm fid-definizzjoni ta' persuna b'diżabilità fir-rigward tar-reġistru tax-xogħol bejn is-sena 2012 u s-sena 2024, hekk kif l-ammont ta' persuni fir-reġistru tax-xogħol żdied sostanzjalment fil-perjodu msemmi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi, ma kien hemm l-ebda tibdil fid-definizzjoni ta' persuna b'diżabilità. Jobsplus timxi skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità - Artikolu 27 – Xogħol u impjieg. Fl-2015 saru emendi f’Att Dwar l-Impjieg ta’ Persuni b’Diżabilità fejn ġie msaħħaħ l-infurzar ta’ din il-liġi. Ġiet introdotta kontribuzzjoni pagabbli mill-kumpaniji li ma jkunux konformi mal-kwota ta' 2% tal-impjegati li għandhom diżabilità. Għal dan il-għan, bi ftehim mal-għaqdiet ta’ min iħaddem u l-Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Persuni b’ Diżabilità, ir-Reġistri ta’ Jobsplus, kif ukoll dak tal-Kummissjoni beda jintuża biex tinħadem il-kwota. L-amministrazzjoni tal-infurzar ta’ din il-liġi għen biex l-ammont ta' persuni fir-reġistru tax-xogħol jirrifletti aħjar in-numru ta’ persuni b'diżabilità li qegħdin fis-suq tax-xogħol. Fl-istess ħin illum għandna 5,234 persuna b’diżabbiltà fid-dinja tax-xogħol b’kuntratt mal-1,699 persuna b'diżabilità fl-impjieg sal-aħħar ta’ Diċembru 2012.