Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għoti ta’ demm — Persuni li għexu l-Ingilterra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kundizzjonijiet partikolari fuq persuni li għamlu perjodu jgħixu fl-Ingliterra qabel l-1996, biex jagħtu d-demm? Jista’ jgħid x’inhuma dawn ir-restrizzjonijiet u għaliex għadhom jgħoddu wara kważi 30 sena? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Ministeru hux jikkonsidra li jneħħi dawn ir-restrizzjonijiet, u jekk le, kif qed jiġi assigurat li min jagħti d-demm fil-fatt ma jkunx għex l-Ingliterra qabel l-1996?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li kull persuna li għexet fir-Renju Unit għall-perjodu ta’ bejn l-1980 u l-1996 mhux eliġibbli li jagħti d-demm f’Malta. Dan minħabba t-tul tal-perjodu ta’ inkubazzjoni assoċjat mal-mard tal-Creutzfeldt-Jakob Disease (CJD). Ninsab infurmat ukoll, il-Malta National Blood Transfusion Service qed tagħmel evalwazzjoni jekk din ir-restrizzjoni għadix tgħodd. Dan qed isir flimkien ma’ kollegi oħra Ewropej u qegħdin jistennew gwida mill-EDCD u European Medicines Authority fuq ir-restrizzjoni ta’ donaturi minħabba r-riskju tat-trasmissjoni tal-vCJD.

Settur pubbliku — Ftehim kollettiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhuma maqsuma fi skali differenti, il-ħaddiema tas-settur pubbliku, li ser ikunu milquta bil-ftehim kollettiv li ġie ffirmat reċentement? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema fi skala 20 li ġew impjegati fl-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Allowance għal diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23415 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirċievu xi tip ta' allowance minħabba d-diżabilità u liema allowance jirċievu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità ta’ dawk li jibbenefikaw? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni bdew jieħdu din l-allowance wara korriment fuq il-post tax-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

MoU — Organizzazzjoni Volontarja Step Up For Parkinson's

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx il-Memorandum of Understanding mal-Organizzazzjoni Volontarja Step Up For Parkinson's hekk kif ġie imħabbar mill-istess Ministru waqt il-maratona televiżiva ġbir ta' fondi fis-26 ta' Ottubru 2024? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan id-dokument? Jekk le, meta hu mistenni li jsir dan il-MoU?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

In-Naxxar — Ġenituri Single

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23146 u 23422 u jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu n-Naxxar? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu n-Naxxar iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sena 2020 — Għases tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti f'kull għassa tal-pulizija matul is-sena 2020, separatament għal kull għassa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti li saru ġewwa l-għases jinġabu bħala distrett fis-sistema elettronika tal-Pulizija. L-ammonti ta’ rapporti li saru f’dawn il-gżejjer matul is-sena 2020 għal kull distrett tal-Pulizija, kienu kif indikat fit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri ma jinkludux ir-rapporti li saru f’taqsimiet oħra tal-korp. Sena 2020 Nru. ta’ rapporti proċessati f’Għases Distrett Nru 1 3826 Distrett Nru 2 5803 Distrett Nru 3 6429 Distrett Nru 4 7299 Distrett Nru 5 7799 Distrett Nru 6 7058 Distrett Nru 6A 5937 Distrett Nru 7 7858 Distrett Nru 8 7956 Distrett Nru 9 3258 Distrett Nru 9A 5292 Distrett Nru 10 5717 Għassa Ajruport 746

Sena 2021 – Għases tal-Pulizija — Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti f'kull għassa tal-pulizija matul is-sena 2021, separatament għal kull għassa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti li saru ġewwa l-għases jinġabu bħala distrett fis-sistema elettronika tal-Pulizija. L-ammonti ta’ rapporti li saru f’dawn il-gżejjer matul is-sena 2021 għal kull distrett tal-Pulizija, kienu kif indikat fit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri ma jinkludux ir-rapporti li saru f’taqsimiet oħra tal-korp. Sena 2021 Nru ta’ rapporti proċessati f’Għases Distrett Nru 1 4912 Distrett Nru 2 6685 Distrett Nru 3 7197 Distrett Nru 4 9764 Distrett Nru 5 11479 Distrett Nru 6 7717 Distrett Nru 6A 7031 Distrett Nru 7 8809 Distrett Nru 8 8927 Distrett Nru 9 4090 Distrett Nru 9A 6492 Distrett Nru 10 7285 Għassa Ajruport 970

Sena 2022 — Għases tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti f'kull għassa tal-pulizija matul is-sena 2022, separatament għal kull għassa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti li saru fl-għases jinġabru bħala distrett fis-sistema elettronika tal-Pulizija. L-ammonti ta’ rapporti li saru f’dawn il-gżejjer matul is-sena 2022 għal kull distrett tal-Pulizija, kienu kif indikat fit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri ma jinkludux ir-rapporti li saru f’taqsimiet oħra tal-korp. Sena 2022 Nru. ta’ rapporti proċessati f’Għases Distrett Nru 1 4337 Distrett Nru 2 6406 Distrett Nru 3 5844 Distrett Nru 4 6888 Distrett Nru 5 6943 Distrett Nru 6 7331 Distrett Nru 7 7751 Distrett Nru 8 7365 Distrett Nru 9 8478 Distrett Nru 10 5451 Distrett Nru 11 7503 Distrett Nru 12 6104 Għassa Ajruport 1402

Sena 2023 — Għases tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti f'kull għassa tal-pulizija matul is-sena 2023, separatament għal kull għassa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti li saru fl-għases jinġabru bħala distrett fis-sistema elettronika tal-Pulizija. L-ammonti ta’ rapporti li saru f’dawn il-gżejjer matul is-sena 2023 għal kull distrett tal-Pulizija, kienu kif indikat fit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri ma jinkludux ir-rapporti li saru f’taqsimiet oħra tal-korp. Sena 2023 Nru. ta’ rapporti proċessati f’Għases Distrett Nru 1 4578 Distrett Nru 2 8082 Distrett Nru 3 5708 Distrett Nru 4 7086 Distrett Nru 5 6789 Distrett Nru 6 8148 Distrett Nru 7 8310 Distrett Nru 8 8333 Distrett Nru 9 9199 Distrett Nru 10 6256 Distrett Nru 11 7604 Distrett Nru 12 6585 Għassa Ajruport 1615

Sena 2024 — Għases tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti f'kull għassa tal-pulizija matul is-sena 2024 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament għal kull għassa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li saru ġewwa l-għases jinġabru bħala distrett fis-sistema elettronika tal-Pulizija. L-ammonti ta’ rapporti li saru f’dawn il-gżejjer matul is-sena 2024 sa Novembru, għal kull distrett tal-Pulizija, kienu kif indikat fit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri ma jinkludux ir-rapporti li saru f’taqsimiet oħra tal-korp. Sena 2024* *Sa Novembru Nru. ta’ rapporti proċessati f’Għases Distrett Nru 1 4623 Distrett Nru 2 7259 Distrett Nru 3 5878 Distrett Nru 4 7823 Distrett Nru 5 6308 Distrett Nru 6 8604 Distrett Nru 7 7559 Distrett Nru 8 8607 Distrett Nru 9 8838 Distrett Nru 10 5606 Distrett Nru 11 7407 Distrett Nru 12 6007 Għassa Ajruport 2454

Għases tal-Pulizija — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema għases għaddej fuqhom xi xogħol preżentement u minħabba f'hekk l-għassa tinsab magħluqa? F'kull każ meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol u l-għassa terġa’ tinfetaħ? Jista’ jgħid ukoll fiex jikkonsisti x-xogħol li sar/qed isir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 21625.

Servizz ta’ assistent personali — Riforma

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23165 dwar il-lista ta' stennija għas-servizz ta' assistent personali, tista' l-Ministru tgħid meta hemm ħsieb li l-implimentazzjoni tar-riforma dwar l-assistenti personali tiġi konkluża? Tista' tgħid ukoll liema fażijiet ġew implimentati?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar diġà, il-passi progressivi tal-implimentazzjoni tar-riforma tal-iskema tal-budgets personali (li tinkludi fiha r-riforma tal-assistenza personali) huma mistennija li jwasslu sas-sena 2030*. Din l-implimentazzjoni hi maqsuma f’fażijiet. Wara li saru diskussjonijiet ma’ diversi gruppi u stakeholders oħra, saret konsultazzjoni pubblika, u tħejja pjan ta’ azzjoni li jikkunsidra wkoll ir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-konsultazzjoni pubblika. Tħejjew ukoll deskrizzjoni ġenerika tal-impjieg u Karta tad-Drittijiet u r-Responsabilitajiet tal-Utenti ta’ Assistenza Personali. Dawn id-dokumenti bdew jintużaw u jingħataw lill-benefiċjarji tas-servizz bħala linji gwida bbażati fuq il-prinċipji li tħaddan ir-riforma, kif ukoll għaddejja t-tħejjija tal-abbozz tal-leġiżlazzjoni dwar l-assistenza personali sabiex din tkun tista’ tiġi meqjusa bħala dritt tal-persuni b’diżabilità bil-liġi, fost ħidma oħra relatata. Għaddejjin ukoll diversi laqgħat bejn l-istakeholders relevanti, inkluż mal-professjonisti li jaħdmu f’Aġenzija Sapport, fejn matul is-sena 2025 ser ikun hemm sessjonijiet kemm ma' professjonisti kif ukoll ma' dawk li jagħmlu użu mill-iskema relevanti, sabiex ikompli l-progress fl-implimentazzjoni tar-riforma u bi tħejjija għall-passi li jmiss, fosthom reviżjoni u ristrutturar fil-bord li jassessja l-każijiet. *L-informazzjoni hija ppubblikata fuq il-website tal-Aġenzija Sapport Personal Assistance Reform - Aġenzija Sapport

Bozoz pubbliċi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23202 fejn ingħad li “il-bozoz fit-toroq tagħna li kienu tal-Enemalta saru tal-Gvern Ċentrali fejn Enemalta hija biss operatur”, tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm bozoz f’kull lokalità li huma tal-Gvern Ċentrali (bl-Enemalta tkun l-operatur), maqsuma lokalità b’lokalità? Peress li s-sitwazzjoni qed twassal biex numru ta’ rapporti li jsiru, idumu x-xhur biex jittieħdu passi konkreti dwarhom u l-bozoz jerġgħu jinxtegħlu, tista’ l-Ministru tara li jkun hemm metodu iktar effiċjenti sabiex it-tiswijiet isiru fi żmien qasir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li madwar Malta kollha hemm 41,885 lampa reġistrata mal-Enemalta. Minn dan l-ammont huma 12,119-il bozza li Enemalta hija l-operatur tagħhom skont il-‘Public Service Obligation’ (PSO). Madankollu, hemm numru ta’ bozoz li ġew installati u li qatt ma ġew reġistrati mal-Enemalta, li l-maġġoranza tagħhom saru minn Kunsilli Lokali diversi. Sfortunatament, din is-sitwazzjoni qed tikkawża dewmien biex dawn il-bozoz jiġu rranġati minħabba l-fatt li xi Kunsilli Lokali qed jirreġistrawhom meta dawn ikollhom xi ħsara flok meta jiġu installati. Biex dawn il-bozzoz jiġu reġistrati, l-Kunsill Lokali rispettiv irid jissottometti applikazzjoni mal-ARMS u wara tiġi proċessata. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont ta’ bozoz, lokalità b’lokalità, li l-Enemalta hija l-operatur tagħhom.

Residential Parking Schemes

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22976, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet mill-kunsilli lokali għal residential parking schemes, minn meta l-istess skemi twaqqfu milli jiġu implimentati mill-Gvern Ċentrali lura fl-2013? Jista’ jgħid ukoll minn liema kunsilli lokali saru dawn it-talbiet, liema minnhom ġew aċċettati u liema kienu t-toroq li fihom ġew aċċettati r-residential parking scheme/s u kif qiegħda topera kull waħda minn dawn l-iskemi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2013 sa llum saru 12 il-talba li minnhom l-ebda wahda ma giet approvata taħt l-iskema ta Residential Parking Scheme. It-toroq u l-lokalitajiet approvati għadhom l-istess, jiġifieri dawk elenkati fil-Liġi Sussidjarja 363.80 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din hija l-lista tal-Kunsilli Lokali li kienu wrew interess: § Ħ’Attard § Birkirkara § Bormla § Ħal Balzan § Il-Mosta § Tas-Sliema § L-Iklin § San Pawl il-Baħar § Il-Gudja § Ħal-Għaxaq § Ħaz Żebbuġ § Ħal Luqa

San Pawl il- Baħar — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23141 u 23354 u jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità ta’ San Pawl il- Baħar? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA f'San Pawl il-Baħar, li għad iridu jibdew joperaw?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ stabbilimenti turistiċi ġewwa San Pawl il-Baħar, inkluż in-numru ta’ kmamar u sodod, li bħalissa huma liċenzjati mill-MTA huwa s-segwenti: KategorijaAmmontBedrooms / Self catering unitsSodod Hotels39583112296 Guest Houses10141316 Fir-rigward tal-mistoqsijiet l-oħra, l-MTA m’għandhiex dik l-informazzjoni.

Il-Mellieħa — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23142 u 23355 u jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità tal-Mellieħa? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA fil-Mellieħa, li għad iridu jibdew joperaw?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ stabbilimenti turistiċi ġewwa l-Mellieħa, inkluż in-numru ta’ kmamar u sodod, li bħalissa huma liċenzjati mill-MTA huwa s-segwenti: KategorijaAmmontBedrooms / Self catering unitsSodod Hotels1124615013 Guest Houses22040 Hostels11627 Tourist Village1168738 Fir-rigward tal-mistoqsijiet l-oħra, l-MTA m’għandhiex dik l-informazzjoni.

In-Naxxar — Lukandi/stabbilimenti turistiċi Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23143 u 23356 u jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità tan-Naxxar? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA fin-Naxxar, li għad iridu jibdew joperaw?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ stabbilimenti turistiċi ġewwa n-Naxxar, inkluż in-numru ta’ kmamar u sodod, li bħalissa huma liċenzjati mill-MTA huwa s-segwenti: KategorijaAmmontBedrooms / Self catering unitsSodod Guest Houses678160 Fir-rigward tal-mistoqsijiet l-oħra, l-MTA m’għandhiex dik l-informazzjoni.

Korrimenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm korrew persuni fuq il-post tax-xogħol fl-2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u għal kull sena jgħid f'liema settur kienu jaħdmu dawn il-persuni? Jista’ jgħid ukoll jekk Jobsplus iżżommx statistika ta' dawk li jkunu korrew fuq il-post tax-xogħol? Tinżamm informazzjoni dwar kemm minn dawn il-persuni jirritornaw għax-xogħol?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

In-Naxxar — Ġenituri Single

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23146 u jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu n-Naxxar? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu n-Naxxar iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Proġetti Ii ser jinbdew

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23205 u jagħti tagħrif dwar liema proġetti infrastrutturali mistennija jinbdew matul is-sena 2025, li għalihom hi responsabbli l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)? Fejn jinsabu dawn il-proġetti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti infrastrutturali li jinvolvu l-MTA u li mistennija jibdew fl-2025 huma: · Il-Proġett ta’ tisbiħ tal-Pjazza ta’ Buġibba. Dan il-proġett qed isir b’ kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta li hija l-aġenzija li hi responsabbli mil-implementazjoni ta’ dan il-proġett. · Sistema ġdida ta’ dawl fuq barra tal-Bażilika ta’ Sant Elena, f’Birkirkara. Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kurja li hija responsabbli mil-implementazjoni ta’ dan il-proġett. · Restawr ta’ Sacro Monte, fir-Rabat. Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni mal-Kurja, li hija responsabbli mil-implementazjoni ta’ dan il-proġett. · Restawr ta’ Nympheum ġewwa l-Argotti l-Furjana. Dan il-progett qed isir flimkien mal-Universita’ ta’ Malta.