Legislature:
Category:
Reset
Active:

In-Naxxar – Project Green — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema xogħol hemm għaddej preżentement minn Project Green fil-lokalità tan-Naxxar u fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? Tista’ tgħid ukoll meta nbeda u meta spiċċa kull wieħed minn dawn il-proġetti u kemm hu stmat li ġej jiswa kull wieħed minn dawn il-proġetti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għaż-żona tan-Naxxar, Project Green għandha ppjanat il-proġett tal-Park ta’ Baħar iċ-Ċagħaq li se jkun mifrux fuq medda ta’ 5,600 metru kwadru b’valur stmat ta’ madwar €1.6 miljun. Dan il-proġett se jkun qed jerġa’ jagħti l-ħajja lil żona bejn it-triq ta’ mal-kosta u żona residenzjali biex tattira lill-familji u viżitaturi oħrajn permezz ta’ spazju għall-picnics, żona bil-logħob għat-tfal u mogħdijiet għall-mixi fost attrazzjonijiet oħrajn.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Skemi għal Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema skemi nħarġu mill-Ministeru tiegħu, u li għalihom setgħu japplikaw il-kunsilli lokali matul is-snin 2023 u 2024? Jista’ jgħid ukoll liema kienu l-kunsilli lokali li applikaw għal kull waħda minn dawn l-iskemi, separatament għal kull skema?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Mediċina — Rasagiline 1mg tabs - Out of Stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Rasagiline 1mg tabs, li tinsab fuq il-formolarju tal-Gvern għall-Parkinson’s Disease, kenitx out of stock għal xi perjodu matul ix-xahar ta’ Novembru 2024? Jista’ jagħti tagħrif f’liema perjodu din il-mediċina kienet out of stock matul l-istess xahar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23656.

In-Naxxar — Ġenituri Single

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23146, 23422 u 24049 u jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu n-Naxxar? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu n-Naxxar iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

MOU — Organizzazzjoni Volontarja Step Up for Parkinsons

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24048 u jgħid jekk sarx il-Memorandum of Understanding mal-Organizzazzjoni Volontarja Step Up For Parkinson's hekk kif ġie imħabbar mill-istess Ministru waqt il-maratona televiżiva ġbir ta' fondi fis-26 ta' Ottubru 2024? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan id-dokument? Jekk le, meta hu mistenni li jsir dan il-MoU?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Allowances għal Diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23415 u 23969 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirċievu xi tip ta' allowance minħabba d-diżabilità u liema allowance jirċievu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità ta’ dawk li jibbenefikaw? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni bdew jieħdu din l-allowance wara korriment fuq il-post tax-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li fejn tidħol diżabilità d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali iħallas l-allowance għal diżabilità għal dawk it-tfal taħt is-16-il sena u allura tissejjaħ Allowance Tfal b’Diżabilità. Għal persuni ’l fuq minn 16-il sena titħallas assistenza għal diżabilità li huma l-Assistenza għal Diżabilità, l- Assistenza għal Diżabilità Severa u l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa. Irid jingħad li jekk persuna tkun korriet fuq il-post tax-xogħol tista’ tikkwalifika għal Għotja ta’ Diżabilità jew inkella Pensjoni ta’ Diżabilità, skont il-persentaġġ li l-persuna jkollha tad-diżabilità konsegwenza tal-korriment fuq ix-xogħol. Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant tkun aktar speċifika fil-mistoqsija tagħha, biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa u korretta.

It-Tramuntana ta’ Malta — Sistema tan-New Water

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema partijiet tas-sistema tan-New Water li ser ikunu qegħdin jiġu pprovduti mis-sistema tat-Tramuntana ta’ Malta, għadhom mhux qed jiġu pprovduti? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li s-sistema tkun fully operational fit-Tramuntana ta’ Malta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-provvista tan-New Water diġà tilħaq l-inħawi kollha tar-reġjun fit-Tramuntana ta’ Malta li jinkludi l-Mellieħa, l-akkwata ta’ Popeye Village, il-Miżieb, il-Manikata, San Pawl il-Baħar u l-Imġarr. Is-sistema qed titħaddem permezz ta’ żewġ tipi ta’ dispensers - dawk imsejħa intelliġenti, flimkien ma’ dawk li joperaw b’teknoloġija inqas avvanzata. Huwa ppjanat li sa Settembru li ġej, is-servizz kollu jkun imħaddem permezz tal-intelligent dispensers.

Servizz ta' assistent personali — Bord prinċipali - Membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23657 dwar is-servizz ta’ assistent personali, tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-bord prinċipali tas-servizz ta’ assistent personali?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif diġà ġie mwieġeb f’mistoqsija parlamentari 13802, il-Bord tal-ICL, li jara l-applikazzjonijiet għas-servizz ta’ assistenza personali, hu magħmul minn 8 membri, kif ġej: Isem Rwol Matthew Chetcuti Chairperson George Borg Membru Carmen Burmingham Membru Catherine Falzon Membru Charlene Fabri Membru Elinore Falzon Membru Elvira Psaila Membru Natasha Janika Laudi Segretarja Dan il-bord hu kif qed jopera fil-preżent u ma jirriflettix it-tibdil pjanat bħala parti mir-riforma tas-servizz tal-assistent personali.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Lista ta’ stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) żżommx records ta’ liema lukandi (hotels), guesthouses, hostels, tourist villages, stabbilimenti turistiċi, eċċ. ma jibqgħux joperaw, sabiex ikollha lista aġġornata ta’ liema minn dawn fil-fatt għadhom joperaw?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu żżomm in-numru ta’ stabbilimenti li għandhom liċenzja attiva. Dawk l-istabbilimenti li jagħżlu li jieqfu milli joperaw għandhom il-fakultà li jissospendu jew saħansitra jikkanċellaw il-liċenzja tagħhom. Dawn ma jibqgħux jidhru bħala liċenzjati attivament.

San Pawl il-Baħar — Stabbilimenti turistiċi - Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għandhiex applikazzjonijiet pendenti għal lukandi (hotels), guesthouses, hostels, tourist villages, stabbilimenti turistiċi, eċċ. fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jekk iva, liema huma dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt, turi dawk l-applikazzjonijiet li qegħdin pendenti għand l-Awtorità fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar. Category of Premises Locality No. of new rooms proposed No. of new beds proposed 1 Hostel Qawra 14 22 2 3 Star Hotel St Paul’s Bay 85 170 3 4 Star Hotel St Paul’s Bay 47 99 4 Guesthouse Standard St Paul’s Bay 10 20 5 Guesthouse Standard St Paul’s Bay 10 20

Il-Mellieħa — Stabbilimenti turistiċi - Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għandhiex applikazzjonijiet pendenti għal lukandi (hotels), guesthouses, hostels, tourist villages, stabbilimenti turistiċi, eċċ. fil-lokalità tal-Mellieħa? Jekk iva, liema huma dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lilll-Onor. Interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt, turi dawk l-applikazzjonijiet li qegħdin pendenti għand l-Awtorità fil-lokalità tal-Mellieħa. Category of Premises Locality No. of new rooms proposed No. of new beds proposed 1 Guesthouse Standard Mellieħa 3 6 2 Guesthouse Standard Mellieħa 8 16

In-Naxxar — Stabbilimenti turistiċi - Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għandhiex applikazzjonijiet pendenti għal lukandi (hotels), guesthouses, hostels, tourist villages, stabbilimenti turistiċi, eċċ. fil-lokalità tan-Naxxar? Jekk iva, liema huma dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt, turi dawk l-applikazzjonijiet li qegħdin pendenti għand l-Awtorità fil-lokalità tan-Naxxar. Category of Premises Locality No. of new rooms proposed No. of new beds proposed 1 4 Star Hotel Naxxar 61 122 2 Guesthouse Standard Naxxar 13 26

Kunsilli Lokali — skemi għal security cameras

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iskemi għal security cameras maħruġa mill-Ministeru tiegħu matul is-snin 2023 u 2024, u li setgħu japplikaw għalihom il-kunsilli lokali? Jista’ jgħid ukoll liema kunsilli lokali applikaw għal kull waħda minn dawn l-iskemi, maqsuma skema skema?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 20182.

Kunsilli Lokali — Skemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema mill-iskemi maħruġa mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2023 kienu maħsuba għall-Kunsilli Lokali? Jista’ jgħid ukoll liema kunsilli lokali applikaw għal kull waħda minn dawn l-iskemi, maqsuma skema skema?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella l-informazzjoni mitluba, kif mgħoddija lili mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.

Kunsilli Lokali — Skemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema mill-iskemi maħruġa mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 kienu maħsuba għall-Kunsilli Lokali? Jista’ jgħid ukoll liema kunsilli lokali applikaw għal kull waħda minn dawn l-iskemi, maqsuma skema skema?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella l-informazzjoni mitluba, kif mgħoddija lili mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.

Kunsilli Reġjonali — Skemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema mill-iskemi maħruġa mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2023 kienu maħsuba għall-Kunsilli Reġjonali? Jista’ jgħid ukoll liema kunsilli reġjonali applikaw għal kull waħda minn dawn l-iskemi, maqsuma skema skema?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella l-informazzjoni mitluba, kif mgħoddija lili mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.

Kunsilli Reġjonali — Skemi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema mill-iskemi maħruġa mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 kienu maħsuba għall-Kunsilli Reġjonali? Jista' jgħid ukoll liema kienu l-kunsilli reġjonali li applikaw għal kull waħda minn dawn l-iskemi, maqsuma skema skema?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella l-informazzjoni mitluba, kif mgħoddija lili mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.

Servizz ta' assistent personali — Sotto-bord - Membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23657 dwar is-servizz ta’ assistent personali, tista’ l-Ministru tgħid min huma l-membri li jiffurmaw is-sotto-bord li jara l-applikazzjonijiet għal tiġdid tas-servizz tal-assistent personali?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sotto-bord li jara l-applikazzjonijiet għal tiġdid tas-servizz tal-assistent personali huma 3, kif ġej: Alison Attard Chairperson Glenda Curmi Membru Natasha Janika Laudi Membru u Segretarja Dan is-sotto-bord ġie maħtur sabiex jara u jmexxi applikazzjonijiet għal tiġdid tas-servizz bla żieda jew tnaqqis fis-servizz. Din il-miżura ttieħdet sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ applikazzjonijiet li kien ikollhom jgħaddu għand il-bord prinċipali, bl-għan li tiġi indirizzata l-lista ta’ stennija u bħala parti mir-riforma fis-servizz tal-assistenza personali.

Għases tal-Pulizija – Xogħlijiet għall-2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema għases hemm ħsieb li jsir xi xogħol fuqhom matul is-sena 2025, u minħabba f'hekk l-għassa ser tinsab magħluqa? F'kull każ meta hu mistenni li x-xogħol jitlesta u l-għassa terġa’ tinfetaħ? F'kull każ fiex ser ikun qed jikkonsisti x-xogħol li ser ikun qed isir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B'differenza minn Gvern preċedenti dan il-Gvern jalloka l-aqwa budget għall-Korp tal-Pulizija li permezz tiegħu anke jsiru diversi xogħlijiet fuq binjiet tal-Korp minbarra li kontinwament itejjeb il-kundizzjonijiet u drittijiet tal-ħaddiema kollha tal-Korpi Dixxiplinati. Ninsab infurmat li waqt li xogħlijiet u manutenzjoni ta’ għases u propjetà oħra tal-korp ikomplu skond il-ħtieġa kontinwament, attwalment dawn l-għasses huma dawk indikati fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22384.