Residential Parking Schemes
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24162 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23683 dwar ir-residential parking schemes, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex it-talba ma ġietx approvata għal kull lokalità?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-iskema ilha sospiża mill-2013 wara deċiżjoni li ttieħdet minħabba t-tħassib mifrux dwar il-mod kif kienet ġiet implimentata.
Il-Ministeru huwa konxju li din l-iskema tista’ ma tkunx l-iktar soluzzjoni adegwata, u għaldaqstant, bħalissa mhux jiġu kkunsidrati talbiet għal din l-iskema.
Ladarba jiġu identifikati soluzzjonijiet aktar effettivi u sostenibbli biex jitjiebu s-sistemi tal-parkeġġ b’mod ġenerali, il-Ministeru jkun f’pożizzjoni li jikkollabora mal-Kunsilli Lokali sabiex jipproponi inizjattivi ġodda li jindirizzaw b’mod ħolistiku l-ħtiġijiet tal-komunità.