Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-inċentivi li qegħdin jingħataw lil min jimpjega persuni b'diżabilità? Jista’ jgħid ukoll meta daħlu fis-seħħ dawn l-inċentivi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1742.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-inċentivi li qegħdin jingħataw lil min jimpjega persuni b'diżabilità? Tista’ tgħid ukoll meta daħlu fis-seħħ dawn l-inċentivi?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ħaddiema tas-Servizzi Korrettivi – Ħlas għal sigħat ta’ xogħol żejda
Question
B’referenza għall-istqarrija għall-istampa PR260798 maħruġa mill-Ministeru fis-6 ta’ Mejju 2026 u b’referenza għall-ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-ħaddiema li ħadmu fl-istess postijiet sa mill-1994 anke qabel twaqqfet l-istess Aġenzija, jista’ l-Ministru jgħid kemm ħaddiema applikaw biex jingħataw ħlas għal sigħat ta’ xogħol żejda li suppost ħadmu u ma tħallsux għalihom? Jista’ jgħid ukoll kemm sigħat kienu mitluba li jitħallsu, kemm minn dawn il-ħaddiema diġà tħallsu u kemm għadhom qed jistennew li jitħallsu? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li jintemm l-eżerċizzju kollu u kemm hi mistennija li tkun in-nefqa marbuta ma’ dan l-eżerċizzju?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li daħlu 384 applikazzjoni li qed ikunu vvetjati.
F’dan l-istadju din hija l-unika informazzjoni li tista’ tingħata.
San Pawl il-Baħar – Triq San Pawl – Riħa ta’ drenaġġ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hix qed tittieħed azzjoni fuq ir-riħa tinten ta’ drenaġġ fi Triq San Pawl, f’San Pawl il-Baħar (bejn Triq Ramon Perellos u Triq Jean de la Valette)? Jekk iva, x’azzjoni qed tittieħed?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma rċeviet l-ebda rapport dwar irwejjaħ fiż-żona indikata tul dawn l-aħħar erba’ xhur. Minkejja dan, il-Korporazzjoni aċċessat Triq San Pawl u bdiet tissiġilla għadd ta’ tappieri li setgħu kkontribwew għall-ħruġ ta’ rwejjaħ fl-inħawi.
San Pawl il-Baħar – Triq San Pawl – Riħa ta’ drenaġġ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hix qed tittieħed azzjoni fuq ir-riħa tinten ta’ drenaġġ fi Triq San Pawl, f’San Pawl il-Baħar (bejn Triq Ramon Perellos u Triq Jean de la Valette)? Jekk iva, x’azzjoni qed tittieħed?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parkeġġi personalizzati humiex jinħarġu skont in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-karozza jew skont il-permess tal-blue badge? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-proċedura biex it-tabella tal-parkeġġ tinbidel min-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozza għal numru tal-blue badge?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li parkeġġi personalizzati jistgħu jinħarġu skont il-bżonn tal-persuna, jiġifieri jew billi jkun indikat in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura jew inkella n-numru tal-Blue Badge tal-persuna konċernata, abbażi ta’ dak stipulat fl-Avviż Legali 113 tal-2024.
Jista’ l-Ministru jgħid kull meta jiġu ċċekkjati l-karozzi tal-linja biex jiġi assigurat li s-sound system tkun qiegħda tiffunzjona? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġi assigurat li din is-sound system tkun mixgħula biex b’hekk, persuni neqsin mill-viżta, ikunu jistgħu jużaw it-trasport pubbliku mingħajr xkiel?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali ta’ Transport Malta jwettqu medja ta’ 50 spezzjoni kuljum fuq il-karozzi tal-linja. Fost l-aspetti li jiġu vverifikati waqt dawn l-ispezzjonijiet hemm il-funzjonament xieraq tas-sistema tal-awdjoannunzji (Audio Announcement System).
F’każijiet fejn din is-sistema ma tkunx qed tiffunzjona kif suppost, tinġibed l-attenzjoni tal-operatur sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa u s-sistema terġa’ titqiegħed f’kundizzjoni tajba għall-benefiċċju tal-passiġġieri.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2957 fl-intier tagħha u jgħid x’kien l-ogħla speed li ntlaħaq matul din is-sena minn kull waħda mill-ispeed cameras imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-Mistoqsija Parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-klassijiet fl-Iskola Primarja tal-Qawra jiżdiedu, hekk kif l-ammont ta' studenti qiegħed jiżdied kull sena? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet biex isir aktar bini, għall-istess raġuni? Jekk le (għaż-żewġ mistoqsijiet), jista’ jgħid x'azzjoni ser tkun qiegħda tittieħed sabiex l-istudenti li joqogħdu l-Qawra u fl-inħawi, ikunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull azzjoni tittieħed skond il-ħteiga u neċessita ta' kull skola.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2957 fl-intier tagħha u jgħid meta l-aħħar li ġew kalibrati kull waħda mill-ispeed cameras imsemmija fl-istess tweġiba?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex Selmun Palace Hotel ma tibqax abbandunata u x’tip ta’ sigurtà hemm ipprovduta preżentement f’din l-istess lukanda?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern biex isir ir-restawr tal-Palazz ta’ Selmun? Jista’ jgħid ukoll x’sar s’issa biex jiġi assigurat li t-tenders neċessarji jiġu ppubblikati/aġġudikati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-preparamenti sabiex tkun ippubblikata s-sejha pubblika jinstabu fi stadju avvanzat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1795 u 3146 u jgħid x’inhu l-ammont ta’ fondi miġbura mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-applikazzjonijiet li ġew approvati fil-passat? Jista’ jgħid ukoll kemm huma l-fondi għal kull lokalità f’Malta u f’Għawdex u kemm kienu f’Diċembru 2024 u f’Diċembru 2025? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex jinbidlu l-kriterji li fuqhom il-kunsilli lokali jistgħu jaċċessaw dawn il-fondi biex bihom ikunu jistgħu jwettqu bosta xogħlijiet li sal-lum mhux permess li jwettqu skont il-kriterji ta’ użu ta’ dawn il-fondi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.