Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni homeless — Grant agreements

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi grant agreement/s għandu l-Gvern Ċentrali sabiex jiġu offruti servizzi lill-persuni li ma jkollhomx dar? Jista' jgħid ukoll fiex jikkonsistu u ma' min huma dawn il-grant agreement/s?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal għandu ftehim mal-Fondazzjoni Dar il-Hena, fejn permezz ta’ dan il-ftehim, il-Ministeru qiegħed jgħin lil din il-Fondazzjoni, fit-tmexxija ta’ żewġ xelters t’emerġenza għall-irġiel u għan-nisa li jinsabu bla dar b’mod rispettiv.

Rapporti dwar attakki fuq persuni fil-pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar każijiet fejn persuna/i ġew attakkati fil-pubbliku f'postijiet pubbliċi u li fihom intervjeniet il-Pulizija matul is-sena 2024? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull lokalità ġewwa Malta u Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru totali ta’ rapporti, fejn ir-rapport kien jinkludi attakk fuq persuna, it-tagħrif ma jagħmilx distinzjoni jekk dan kienx fil-pubbliku jew le.

Rapporti dwar attakki fuq persuni fil-pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar każijiet fejn persuna/i ġew attakkati fil-pubbliku f'postijiet pubbliċi u li fihom intervjeniet il-Pulizija matul is-sena 2025 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull lokalità ġewwa Malta u Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hu skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra li jinkludi n-numru ta’ rapporti totali, fejn ir-rapport lill-pulizija kien jinkludi attakk fuq persuna, it-tagħrif ma jagħmilx distinzjoni jekk dan kienx fil-pubbliku jew le.

Rapporti dwar ġlied f’postijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar każijiet ta’ ġlied f'postijiet pubbliċi li fihom intervjeniet il-Pulizija matul is-sena 2024? Jista' jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull lokalità ġewwa Malta u Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant jinżamm fil-forma li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, hekk kif rapporti tal-ġlied jistgħu jikkonsistu f’diversi forom u l-pulizija tintervjeni kull meta tirċievi rapport.

In-Naxxar — Stabbilimenti turistiċi - Applikazzjonijiet pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24166 dwar applikazzjonijiet pendenti għal stabbilimenti turistiċi fin-Naxxar, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jipprovdi l-indirizz ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) imsemmija fl-istess tweġiba?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt, turi l-indirizzi ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità fil-lokalità tan-Naxxar. Category of Premises Extension / New Address 4 Star Hotel New Labour Avenue, Naxxar Guesthouse Standard New No. 05, Triq l-Oratorju, Naxxar

Mediċina — Rasagiline 1mg tabs - Out of Stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xhur u ġranet fis-sena 2024 il-mediċina Rasagiline 1mg tabs kienet out of stock mill-POYC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-mediċina Rasagiline 1mg ma kienitx tlaħħaq mad-domanda f’xi jiem f’Mejju, f’xi jiem f’Ġunju u f’xi jiem f’Awissu 2024. Dan għax min ifornixxi l-mediċina ma kienx qiegħed iġib il-mediċina fil-ħin. It-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tikkonferma li CPSU dejjem fornixxa lill-POYC b’din il-mediċina, fejn ħafna drabi ġew fornuta aktar mid-domanda u b’hekk setgħu jinqdew il-pazjenti kollha matul is-sena kollha.

Allowance għall-Tfal b’Diżabilità – Persuni li qed jibbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Allowance għall-Tfal b’Diżabilità (għal dawk it-tfal taħt is-16-il sena b’diżabilità)? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità ta’ dawk li jibbenefikaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Assistenza għal Diżabilità – Persuni li qed jibbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Assistenza għal Diżabilità (għal persuni li għandhom ’il fuq minn 16-il sena)? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità ta’ dawk li jibbenefikaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Assistenza għal Diżabilità Severa – Persuni li qed jibbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Assistenza għal Diżabilità Severa (għal persuni li għandhom ’il fuq minn 16-il sena)? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità ta’ dawk li jibbenefikaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa – Persuni li qed jibbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa (għal persuni li għandhom ’il fuq minn 16-il sena)? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità ta’ dawk li jibbenefikaw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MOU — Organizzazzjoni volontarja Step Up for Parkinsons

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24048 u 24192 u jgħid jekk sarx il-Memorandum of Understanding mal-Organizzazzjoni Volontarja Step Up For Parkinson's hekk kif ġie imħabbar mill-istess Ministru waqt il-maratona televiżiva ġbir ta' fondi fis-26 ta' Ottubru 2024? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan id-dokument? Jekk le, meta hu mistenni li jsir dan il-MoU?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l-MOU mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

In-Naxxar — Ġenituri Single

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23146, 23422, 24049 u 24191 u jgħid x’inhu n-numru ta’ ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu n-Naxxar? Jista' jgħid ukoll x'inhu n-numru ta' ġenituri single, maqsumin bejn nisa u rġiel, li joqogħdu n-Naxxar iżda ma jirċevux children’s allowance minkejja li t-tfal qegħdin fl-età li fiha huma intitolati għal children's allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ ġenituri single huma skont t-tabella t’ hawn taħt: PQ 24642 Total Children's Allowance Naxxar Irgiel Nisa Total Single 7 200 207 Total Children's Allowance Flat Rate Naxxar Irgiel Nisa Total Single 5 1261 265 Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux informazzjoni fuq jekk hemmx ġenituri single li ma jirċevux children’s allowance għal tfal taħt l-età ta’ 16-il sena. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 4888 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 304 ta' nhar it-Tlieta, 28 ta' Jannar 2025)* *(Korrezzjoni: Ara Dokument PL 4914 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 306 ta' nhar it-Tnejn, 3 ta' Frar 2025)

Għajnuna finanzjarja lil persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’għajnuna finanzjarja tingħata lil persuni b’diżabilità biex jixtru oġġetti li jgħinu fl-aċċessibbiltà? X’inhuma l-kriterji li jintużaw għall-eleġibbiltà għal dawn il-fondi? Kemm hu l-massimu ta’ fondi li tista’ tingħata kull persuna?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li persuni b’diżabilità jistgħu japplikaw għall-għajnuna finanzjarja biex jixtru apparat assistiv li jgħin fl-aċċessibilità permezz tal-Empowerment Scheme offruta minn Aġenzija Sapport. L-għan ta’ din l-iskema huwa li tipprovdi għajnuna finanzjarja permezz ta’ sussidji biex jinxtara tagħmir li jgħin lill-persuni b’diżabilità biex jgħixu ħajja aktar indipendenti fid-dar u fil-komunità tagħhom. Il-kriterji ta’ eliġibilità, li huma disponibbli wkoll fis-sit ta’ Aġenzija Sapport u fuq il-formola ta’ applikazzjoni għall-benefiċċju tal-pubbliku, huma kif ġej: L-applikanti jridu jkunu residenti Malta. L-applikanti jridu jkunu jgħixu fil-komunità u mhux residenti fi sptarijiet jew fi djar tal-kura tal-Gvern. L-applikanti jridu jkunu detenturi tal-Karta Ewropea tad-Diżabilità u jippreżentaw kopja mal-applikazzjoni. L-applikazzjoni għandha timtela b’konsultazzjoni mal-professjonisti liċenzjati u/jew reġistrati f’Malta li jsegwu lill-applikanti. Apparat standard ipprovdut mill-Gvern jew minn entitajiet governattivi, kemm jekk mingħajr ħlas, issussidjat, b’self, fuq bażi ta’ terminu qasir, jew b’mod permanenti, mhuwiex kopert minn din l-iskema. Dan jinkludi wkoll applikazzjonijiet għal hearing aids minn detenturi tal-karta r-roża. L-apparat assistiv ma jridx ikun ilu mixtri aktar minn sena qabel id-data tal-applikazzjoni. L-Awdjologu jew il-professjonist ta’ Allied Health li jkun qed jimla’ l-parti rispettiva fil-formola tal-applikant, kif applikabbli, irid jipprovdi n-Numru ta’ Reġistrazzjoni mal-Kunsill għall-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina tiegħu. Wieħed ma jistax jitlob assistenza finanzjarja għall-istess tip ta’ tagħmir jew tagħmir simili qabel il-perjodu ta’ żmien applikabbli sakemm ma tingħatax ġustifikazzjoni solida: perjodu ta’ ħames snin mill-aħħar applikazzjoni tal-applikant fuq hearing aids u perjodu ta’ sentejn mill-aħħar applikazzjoni tal-applikant fuq tagħmir ieħor. Applikazzjonijiet sottomessi lil Aġenzija Sapport wara li l-persuna b’diżabilità (jiġifieri l-applikant) tkun laħqet mietet, ma jiġux milqugħa. Is-sussidju li jingħata jiġi determinat minn Bord li jinkludi professjonisti u persuni b’diżabilità, li jevalwa l-applikazzjonijiet b’mod individwali. Applikazzjonijiet għal sussidju fuq tagħmir assistiv irid ikollhom valur totali ta’ mhux inqas minn €400.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Stabbilimenti turistiċi li waqfu joperaw

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24163 dwar stabbilimenti turistiċi, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid liema kienu dawk l-istabbilimenti li għażlu li jieqfu joperaw u allura ssospendew jew ikkanċellaw il-liċenzja tagħhom mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) matul l-aħħar ħames snin, sena b’sena? F’liema lokalità kienu jinsabu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar l-istabillimenti li kkanċellaw jew issospendew il-liċenzja tagħhom matul l-aħħar ħames snin tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Kanċellati Sena Lukandi Guest houses Hostels 2020 0 0 0 2021 1 (Mellieħa) 0 0 2022 2 (St. Julians, Sliema) 0 0 2023 1 (St. Pauls Bay) 1 (Marsaskala) 2 (Sliema, Tarxien) 2024 0 0 2 (St. Julians, Mellieħa) Sospiżi Sena Lukandi Guest houses Hostels 2020 5 (2 St. Pauls Bay, St. Julians, Sliema, Għajnsielem) 2 (St. Pauls Bay, Sliema) 0 2021 2 (Mellieħa, St. Pauls Bay) 0 0 2022 4 (2 St. Pauls Bay, Valletta, Lija) 0 1 (Lija) 2023 2 (Mellieħa, St. Pauls Bay) 1 (Gzira) 1 (St. Julians) 2024 2 (Mellieħa, Sliema) 1 (Vittoriosa) 1 (Msida) Dan ma jfissirx li uħud minn dawk li ssopendew il-liċenzja ma reġgħux attivaw tali liċenzja u dan għaliex ikunu waqfu joperaw b’mod temporanju sabiex per eżempju isir xi ‘refurbishment’.

San Pawl il-Baħar — Stabbilimenti turistiċi - Applikazzjonijiet pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24164 dwar applikazzjonijiet pendenti għal stabbilimenti turistiċi f’San Pawl il-Baħar, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jipprovdi l-indirizz ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) imsemmija fl-istess tweġiba?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt, turi l-indirizzi f’ San Pawl il-Baħar ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità. Category of Premises Extension / New Address Hostel Extension Triq il-Qawra c/w Triq il- Fugass, Qawra 3 Star Hotel New Triq il-Lampuki c/w Triq il-Kahli, St Paul’s Bay 4 Star Hotel Extension Church Square & Church Street, St Paul’s Bay Guesthouse Standard New 111, Triq Parades, St Paul’s Bay Guesthouse Standard New Triq Isouard, St Paul’s Bay

Il-Mellieħa — Stabbilimenti turistiċi - Applikazzjonijiet pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24165 dwar applikazzjonijiet pendenti għal stabbilimenti turistiċi fil-Mellieħa, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jipprovdi l-indirizz ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) imsemmija fl-istess tweġiba?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella ta’ hawn taħt, turi l-indirizzi ta’ kull waħda mill-applikazzjonijiet pendenti mal-Awtorità fil-lokalita’ tal-Mellieħa. Category of Premises Extension / New Address Guesthouse Standard New 34, Triq Sammy Bartolo, Mellieha Guesthouse Standard New Triq Halq ic-Cawla, Triq l-Izbark fil-Fortizza, Mellieha

Sena 2021 — Taqsimiet tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' rapporti li daħlu fit-taqsimiet kollha tal-pulizija (inkluż għases) matul is-sena 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2021 fis-sistema elettronika tal-pulizija ġew irreġistrati sitta u disgħin elf, sitt mija u wieħed u sebgħin (96,671) rapport fit-taqsimiet kollha tal-pulizija, inkluż fl-għases.

Sena 2020 — Għases tal-Pulizija - Rapporti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23819, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar rapporti li saru f'taqsimiet oħra tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2020? Kemm-il rapport sar f'kull taqsima oħra li mhux imsemmija fit-tweġiba tal-istess mistoqsija parlamentari, liema mistoqsija kienet tirreferi għall-għases?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti li ġew irreġistrati fis-sistema elettronika tal-pulizija minn taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li ma tinkludix l-għases. Taqsima Numru ta’ rapporti proċessati Anti-money Laundering 58 Control Room 46 K 9 (dog sect) 250 Economic Crime Unit 230 Cyber Crime Unit 3 Environment Prot Unit 669 GBDV 445 Major Crimes 18 Traffic 229 Mounted 133 MT 12 SME (detail) 2 RIU 15 Int. Relations 22 Professional Standards 3

Sena 2020 — Taqsimiet tal-Pulizija - Rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' rapporti li daħlu fit-taqsimiet kollha tal-pulizija (inkluż għases) matul is-sena 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2020, fis-sistema electronika tal-pulizija, ġew irreġistrati sebgħa u sebgħin elf, mija u tlettax (77,113)-il rapport, fit-taqsimiet kollha tal-pulizija, inkluż fl-għases.