Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – Raba’ saqwi — Bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ bdiewa li huma rreġistrati li għandhom raba’ saqwi l-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll kemm żdied ir-raba’ rreġistrat bħala saqwi wara li beda jintuża n-new water?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

L-Imġarr — Raba’ saqwi - Bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ bdiewa li huma rreġistrati li għandhom raba’ saqwi fl-Imġarr? Jista’ jgħid ukoll kemm żdied ir-raba’ rreġistrat bħala saqwi wara li beda jintuża n-new water?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

In-Naxxar — Raba’ saqwi - Bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ bdiewa li huma rreġistrati li għandhom raba’ saqwi n-Naxxar? Jista’ jgħid ukoll kemm żdied ir-raba’ rreġistrat bħala saqwi wara li beda jintuża n-new water?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Konverżjoni - Tabelli

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24631 u jgħid jekk Transport Malta approvatx li fi Triq il-Konverżjoni, San Pawl il-Baħar, isiru sinjali ta’ passaġġ bir-riġel fuq il-bankina, kif ukoll tabella li turi li jista’ jsir parkeġġ fuq il-bankina fl-istess triq, u dan minkejja li hemm il-garaxxijiet? Jekk iva, meta ġew approvati dawn is-sinjali u tabelli? Min implimentahom? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument ta’ dawn l-approvazzjonijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li fit-28 ta’ Frar 2024, Transport Malta irċeviet ilment li x-xogħol li sar, ma sarx kif kellu jsir u b’konsegwenza nħolqot sitwazzjoni problematika għas-sidien tal-garaxxijiet. L-ilment kompla jgħid li dan ġara peress li l-istess sidien kienu qed ikunu suġġetti għal kontravenzjoni quddiem il-garaxxijiet tagħhom stess. Transport Malta investigat dan l-ilment u kkonfermat din l-anomalija, li irriżultat wara li l-paviment ta’ quddiem il-garaxxijiet u parti mit-triq saru biċċa waħda bil-konkos. Għaldaqstant Transport Malta ħadet ħsieb li tirranġa s-sitwazzjoni sabiex ma jkunx hemm diskriminazzjoni mas-sidien tal-garaxxijiet.

Software Clicker

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24777 u jgħid jekk is-software Clicker għadux jintuża għat-tagħlim ġewwa pajjiżna? Jekk iva, fejn jintuża? Jekk le, għala twaqqaf?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Iż-żona ta’ Triq Santa Marija u Triq San Xmun - Dawl xieraq

Question

Tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex iż-żona ta' Triq Santa Marija u ta' Triq San Xmun, kantuniera ma' Triq Santa Marija, f’San Pawl il-Baħar, tkun imdawla kif suppost hekk kif iż-żona tinsab fid-dlam?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-lampi tad-dawl fiż-żona tat-toroq indikati jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali, waqt li l-Enemalta tforni s-servizz tal-elettriku. Ma saret ebda talba mill-Kunsill Lokali lill-Enemalta biex jiżdiedu l-lampi fl-istess żona. Bħalma Enemalta tara li l-lampi tat-toroq li jaqgħu fir-responsabbiltà tagħha jagħtu dawl adegwat, hekk ukoll hija parti mir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali li jaraw li d-dawl li jiġi installat mill-kuntratturi tagħhom ikun adegwat għaż-żona.

San Pawl il-Baħar — Triq it-Turisti - Sistema tad-drenaġġ - Spezzjoni bis-cctv

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta saret l-aħħar spezzjoni bis-CCTV, fuq is-sistema tad-drenaġġ fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar? Tista’ wkoll tagħti indikazzjoni tal-istat li nstabet fih din is-sistema u x’passi mistennija jittieħdu biex din is-sistema tiġi mtejba?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-aħħar spezzjoni bis-CCTV fl-imsemmija triq saret fit-30 t’Ottubru fejn irriżulta li hemm bżonn xi tibdiliet fis-sistema tad-drenaġġ. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tkun qed twettaq dawn ix-xogħlijiet fejn meħtieġ.

L-Imġarr (Malta) – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – inħawi li għadhom jisservew bil-fosos

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex indikazzjoni ta’ liema nħawi għadhom qed jisservew bil-fosos, fl-inħawi tal-Imġarr (Malta)? Jekk iva, tista' tgħid liema huma dawn l-inħawi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fl-inħawi Tas-Santi, il-Palma, Triq Għajn Tuffieħa (bejn l-Imġarr u Għajn Tuffieħa), iż-Żebbiegħ (fossa komuni) u t-triq li tagħti għall-Ġnejna qed jisservew permezz ta’ fosos li jitbattlu b’mod regolari mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Fosos – Tbattil tad-drenaġġ permezz ta’ bowsers

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm inħawi li fihom it-tbattil tad-drenaġġ għadu jsir permezz ta’ bowsers? Fejn jinstabu dawn il-fosos, lokalità b’lokalità?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar – Tbattil ta’ bowsers fl-inħawi tas-Sentina tal-Pwales

Question

Tista’ l-Ministru tgħid b’liema frekwenza qed jitbattal il-bowser tad-drenaġġ, fl-inħawi tas-Sentina tal-Pwales, San Pawl il-Baħar? Kemm ibattlu bowsers hemm, u minn fejn jinġabar l-istess drenaġġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-frekwenza hija ta’ darba f’ġimgħa, fejn jitbattal bowser ta’ kapaċità żgħira miż-żona tal-Imbordin għall-pumping station ġewwa l-Pwales.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex konkluż ir-rapport tar-re-audit li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar edukazzjoni inklużiva, liema rapport kien ippjanat li jkun ippubblikat f'Diċembru 2024? Jekk konkluż, jista' l-Ministru jqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rapport għadu qed jiġi evalwat.

Buġibba — Dgħajjes tat-turisti li joperaw mill-moll

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W118, jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-operaturi tad-dgħajjes tat-turisti jkunu jistgħu jerġgħu jibdew joperaw minn mal-moll ta’ Buġibba? Jista' jgħid ukoll jekk il-moll tas-Sirens, u l-moll ta’ ħdejn il-Menqa, hux ser jibqgħu jintużaw minn dawn l-istess dgħajjes meta jerġgħu jibdew jużaw il-moll ta' Buġibba?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet fuq il-breakwater ta’ Buġibba mistennija jitlestew sa Ġunju 2025. Ladarba dan jitlesta, l-operaturi tal-vapuri kummerċjali u dgħajjes tat-turisti jkunu jistgħu jerġgħu jibdew joperaw mill-post oriġinali tagħhom mal-breakwater. Il-moll tas-Sirens u dak ta’ ħdejn il-Menqa kienu soluzzjonijiet alternattivi provviżorji matul il-perjodu tax-xogħlijiet, u għalhekk malli l-operaturi jkunu jistgħu jerġgħu jużaw il-moll ta’ Buġibba, dawn il-mollijiet ma jibqgħux jintużaw għal dan l-iskop.

San Pawl il-Baħar — Triq Marchesa Bugeja c/w Triq Parades - Xogħlijiet tal-Enemalta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jiġi ffinalizzat ix-xogħol tal-Enemalta fi Triq Marchesa Bugeja, kantuniera ma' Triq Parades, f’San Pawl il-Baħar? Tista' wkoll tassigura li l-periklu li tħalla fuq il-bankina għal diversi ġimgħat jitneħħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Enemalta kkummissjonat substation ġdida biex tkompli ssaħħaħ id-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona indikata. Infurmata li x-xogħol kollu relatat ma’ dan il-proġett tlesta ftit tal-ġranet ilu u li, bħal f’kull xogħlijiet oħra li jsiru, l-Enemalta rat li jittieħdu u jiġu mħarsa l-miżuri kollha ta’ saħħa u sigurtà.

Rapporti dwar ġlied f’postijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar każijiet ta’ ġlied f'postijiet pubbliċi li fihom intervjeniet il-Pulizija matul is-sena 2025 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull lokalità ġewwa Malta u Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti ta' ġlied jistgħu jikkonsistu f'diversi forom, u kull meta jkun hemm rapport, dan jitniżżel taħt il-kategorija rilevanti fis-sistema elettronika tal-Pulizija. Nirrimarka li ġaladarba jidħol rapport, il-Pulizija tintervjeni f’kull każ. Il-lista ta’ reati li huma relatati ma każijiet ta’ ġlied li ġew reġistrati taħt il-kategoriji speċifiċi fis-sistema tal-pulizija, bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-21 ta’ Jannar 2025, qed jiġu preżentati fit-tabelli t’hawn taħt. Bodily Harm in 2025 (till 21st January) Category Sub Category Locality 2025 BODILY HARM GBH BY PHYSICAL FORCE BIRKIRKARA 1 MSIDA 1 PAOLA 1 SAN GILJAN 1 SAN PAWL IL-BAHAR 1 VALLETTA 1 ZEBBUG 1 GBH WITH ARMS IMPROPER SAN GILJAN 1 SAN PAWL IL-BAHAR 1 GBH WITH ARMS PROPER HAMRUN 1 MARSASKALA 1 SBH BY PHYSICAL FORCE ATTARD 1 BIRKIRKARA 2 FGURA 1 GHAJNSIELEM - GHAWDEX 1 HAMRUN 2 LUQA 1 MARSASKALA 2 MARSAXLOKK 1 MELLIEHA 1 MSIDA 1 PAOLA 2 PEMBROKE 1 PIETA' 1 QORMI 1 RABAT - GHAWDEX 2 SAFI 1 SAN GILJAN 5 SAN PAWL IL-BAHAR 3 SIGGIEWI 2 TARXIEN 1 XAGHRA - GHAWDEX 1 XEWKIJA - GHAWDEX 1 ZURRIEQ 1 SBH WITH ARMS IMPROPER HAMRUN 1 Disturbing Public Peace - Argument in 2025 (till 21st January) Category Sub Category Locality 2025 DIST PUBLIC PEACE AND ORDER ARGUMENT SAN GILJAN 2 SAN PAWL IL-BAHAR 1 VALLETTA 2

San Pawl il-Baħar – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Proġetti ta’ bdil fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema proġetti ta’ bdil fis-sistema tad-drenaġġ ser ikunu qed jitwettqu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2025, f’San Pawl il-Baħar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Kif diġà spjegajt diversi drabi anke fi tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari li saruli mill-Onor. Interpellanta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bil-proġett tal-mina tad-drenaġġ li qed isir b’investimet ta’ €7 miljun biex ittejjeb l-immaniġġjar tad-drenaġġ f’San Pawl il-Baħar, kif ukoll fiż-żoni residenzjali qrib Kennedy Grove u żoni oħra f’din il-lokalità. Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għandha wkoll proġetti ppjanati għal bdil fis-sistema tad-drenaġġ f’diversi toroq f’San Pawl il-Baħar.

Il-Mellieħa – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Proġetti ta’ bdil fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema proġetti ta’ bdil fis-sistema tad-drenaġġ ser ikunu qed jitwettqu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2025, fil-Mellieħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha pjan għal twettiq ta’ proġett fl-infrastruttura tad-drenaġġ fi Triq il-Marfa, l-Mellieħa.

L-Imġarr (Malta) – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Proġetti ta’ bdil fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema proġetti ta’ bdil fis-sistema tad-drenaġġ ser ikunu qed jitwettqu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2025, fl-Imġarr (Malta)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għalissa m’għandhiex ippjanat xogħol simili fl-immedjat għal-lokalità tal-Imġarr.

San Pawl il-Baħar – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – inħawi li għadhom jisservew bil-fosos

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex indikazzjoni ta’ liema nħawi għadhom qed jisservew bil-fosos, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Jekk iva, tista' tgħid liema huma dawn l-inħawi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fl-inħawi f’Tal-Imbordin, il-Wardija, Triq Għajn Tuffieħa (bejn ix-Xemxija u Għajn Tuffieħa) qed jisservew permezz ta’ fosos li jitbattlu b’mod regolari mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Il-Mellieħa – Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – inħawi li għadhom jisservew bil-fosos

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex indikazzjoni ta’ liema nħawi għadhom qed jisservew bil-fosos, fl-inħawi tal-Mellieħa? Jekk iva, tista' tgħid liema huma dawn l-inħawi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fl-inħawi fi Triq J.Kepler u Triq Denċi, Selmun qed jisservew permezz ta’ fosos li jitbattlu b’mod regolari mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Għaqdiet non governattivi — Servizzi offruti lill-persuni homeless

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għaqdiet non governattivi li għandhom ftehim mal-Gvern Ċentrali sabiex joffru servizzi lill-persuni li ma jkollhomx djar? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-ħlas li jsir mill-Gvern Ċentrali lill-għaqdiet non governattivi sabiex dawn l-istess għaqdiet joffru servizzi lill-persuni li ma jkollhomx djar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-għaqdiet non governattivi li joffru servizzi għal dawk il-persuni li m’għandhomx dar li għandu ftehim magħhom il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal huma dawn li ġejjin: Isem tal-Għaqda Allokazzjoni finanzjarja mill-Gvern fl-2024 (€) Fondazzjoni Suret il-Bniedem – Dar Patri Leopoldo 220,095 Fondazzjoni Suret il-Bniedem – Dar Tereża Spinelli 213,525 Fondazzjoni Kenn u Tama – Dar Emmaus 175,200 YMCA – Dar Niki Cassar,Y Communal Home u, Y Studio Flat 590,570 Totali 1,199,390 Il-Ministeru għandu wkoll ftehim mas-Sależjani ta’ Don Bosco (Dar Osanna Pia u Dar Mamma Margherita) li joffru ‘Out-of-Home’ care lil klijenti rġiel ta’ bejn l-eta’ ta’ 18 u 25 sena, bl-ammont ta’ fondi għas-sena 2024 kien dak ta’ €362,810. Ftehim ieħor huwa dak ma’ Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl li joffru programm b’servizz residenzjali għal dawk li jkunu għadhom kif harġu mill-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin u li m’għandhomx fejn joqogħdu, bl-ammont ta’ fondi għas-sena 2024 kien dak ta’ €17,338.