Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Imġarr, Malta? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Imġarr, Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Primarja tal-iskola msemmija preżentament hemm 298 student.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25573 dwar studenti fl-Iskola tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-istudenti huma Maltin, kemm huma minn pajjiżi Ewropej u kemm huma minn pajjiżi terzi? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiż ġej kull student?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Maltin
Mill-Ewropa
Mhux mill-Ewropa
349
97
121
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25574 dwar studenti fl-Iskola tal-Imġarr, Malta, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-istudenti huma Maltin, kemm huma minn pajjiżi Ewropej u kemm huma minn pajjiżi terzi? Jista' jgħid ukoll minn liema pajjiż ġej kull student?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Maltin
Mill-Ewropa
Mhux mill-Ewropa
362
13
46
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Kindergarten tal-iskola msemmija preżentament hemm 208 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Qawra? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Qawra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Kindergarten tal-iskola msemmija preżentament hemm 339 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tan-Naxxar? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tan-Naxxar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Kindergarten tal-iskola msemmija preżentament hemm 172 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Mellieħa? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Kindergarten tal-iskola msemmija preżentament hemm 170 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Imġarr, Malta? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Imġarr, Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Kindergarten tal-iskola msemmija preżentament hemm 123 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Primarja tal-iskola msemmija preżentament hemm 452 student.
LESA — Fondi miġbura - Kunsilli lokali - Skemi maħruġa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iskemi li ħarġu mill-Ministeru, biex kunsilli lokali jkunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi miġbura mil-LESA, bejn Jannar 2023 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll liema kunsilli lokali applikaw għal kull waħda minn dawn l-iskemi u liema kunsilli lokali bbenefikaw minn kull skema, u f’kull każ, kemm kienu l-fondi li bbenefikaw minnhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20182.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16380, dwar il-kumpens għall-vittmi tal-mediċina Thalidomide, fejn intqal li l-ammonti relattivi ta' kumpens kienu qegħdin jinħadmu, tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm ser ikun qiegħed jingħata kumpens kull individwu (mingħajr ismijiet) li ġie kkonfermat li hu eleġibbli għal dan il-kumpens?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kumpens għal kull individwu (mingħajr ismijiet) eliġibbli wara li sar l-assessjar meħtieġ kif spjegat fir-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16380. Tali kumpensi qed jitħallsu fuq medda ta’ tlett snin.
Attachments:PQ 25796 - Lista ghal fuq il-Mejda tal-Kamra.pdf
Tista' l-Ministru tgħid jekk bdietx titħaddem ir-riforma dwar l-Assistenti Personali, u jekk le, x’inhi r-raġuni għaliex din għadha ma bdietx titħaddem? Tista’ tgħid ukoll meta hu ppjanat li din tibda’ titħaddem?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li deskrizzjoni tal-proċess tar-riforma tal-Assistant Personali u fiex waslet hi spjegata fil-mistoqsija parlamentari 23658.
Bord tal-Assessjar — Applikazzjonijiet għal Assistenti Personali
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx każijiet fejn minkejja li l-persuna b'diżabilità sabet Assistent Personali, il-Bord li jagħmel l-assessjar ta' dawn l-applikazzjonijiet għadu ma ħax deċiżjoni fuqha, u dan minkejja li diġà ġew ikkalkulati s-sigħat li fihom dik il-persuna għandha bżonn l-Assistent Personali? Jekk iva, kemm huma dawn il-każijiet?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fid-data tat-tweġiba ma kien hemm l-ebda każ fuq lista’ ta’ stennija biex il-Bord jieħu deċiżjoni dwaru. Madankollu l-proċess biex tiġi komunikata d-deċiżjoni tal-Bord permezz ta’ Decision Letter wara l-aħħar laqgħa tal-Bord, għadu għaddej.
Jista' l-Ministru jgħid liema lokalitajiet għandhom is-servizz tal-community police u kemm hu n-numru ta' pulizija taħt is-servizz tal-community police f’kull lokalità? Jista’ jgħid ukoll għal kull lokalità liema huma l-ħinijiet li fihom il-pulizija jagħtu servizz?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-kunċett tal-Community Police iddaħħal minn dan il-Gvern, li jingħaqad mas-servizz tad-Distrett u d-diversi għasses tal-Pulizija, li permezz tiegħu l-Korp tal-Pulizija saħħaħ bil-bosta l-engagement mal-pubbliku u dan il-kunċett intlaqa’ tajjeb mill-komunitajiet tagħna u konxju mill-impatt pożittiv li dan ħalla fuq is-soċjetà Maltija hekk kif rifless anke mill-istħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Minn team tal-community policing li beda b’erba’ Pulizija fl-2019 fil-Mellieħa, għal 129 uffiċjal li llum iterrqu t-toroq Maltin u Għawdxin. Kunċett li bih il-Pulizija tagħna qed ikunu proattivi u jmorru huma għand in-nies u l-imsieħba strateġiċi. Ninsab infurmat li l-Community Police ikopri l-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex u n-numru ta’ uffiċjali f’kull lokalità huwa kif indikat fit-tabelli. Il-ħinijiet ta’ servizz huma bejn is-7:30 u d-21:30 bejn Ottubru u Marzu u bejn is-7:30 u l-23:30 bejn April u Settembru.
Lokalitajiet li għandhom is-servizz tal-Community Police
Numru ta’ Uffiċjali
Valletta /Floriana
5
Ħamrun/Marsa/St Venera/Pieta’
9
Paola/Fgura
6
Tarxien/Luqa/St Lucija
5
Bormla/Birgu/ Isla/Kalkara
6
Żabbar/Xagħjra
5
Marsascala
5
Zejtun/Gudja/Għaxaq
5
Marsaxlokk/Birżebbuga
5
Żurrieq/Qrendi/Mqabba/Safi/Kirkop
8
Qormi
3
Żebbug/Siġġiewi
5
Lokalitajiet li għandhom is-servizz tal-Community Police
Numru ta’ Uffiċjali
Sliema
3
Msida/Gżira/Ta’Xbiex
4
Attard/Balzan/Lija/Iklim
4
Birkirkara
3
Naxxar/Għargħur
3
Rabat/Mdina/Mtarfa/Dingli
5
San Pawl il-Baħar
9
Mellieħa
4
Mosta/Mġarr
5
St.Julians
5
Swieqi/Pemroke
3
San Ġwann
2
Għawdex
12
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Numru ta’ persuni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta’ persuni, irġiel u nisa separatament li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista' jagħti l-istess tagħrif għall-faċilitajiet oħra simili, separatament għal kull faċilità? Kemm minn dawn il-persuni qed iservu sentenza diġà maqtugħa, inkluż fl-appell? Kemm minn dawn il-persuni qed iservu sentenza, imma għandhom appell pendenti? Kemm minn dawn il-persuni, għalkemm qegħdin fil-faċilità, għadhom qed jistennew l-ewwel sentenza?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni preżentament fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, in-numru ta’ persuni, irġiel u nisa, u t-tagħrif dwar faċilitajiet oħra simili, separatament għal kull faċilità huwa kif indikat fit-tabella hawn taħt:
Irġiel
Nisa
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
665
59
Mount Carmel Hospital
8
Hospitals
3
Social reintegration programmes and Drug Rehabilitation Programmes
26
1
Centre of Residential Restorative Services (CoRRs)
15
2
Ninsab infurmat ukoll li preżentament hemm 447 persuna li qed jiskontaw sentenza filwaqt li preżentament hemm 277 persuna taħt arrest preventiv fil-ħabs.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25568 u jgħid x’kollaborazzjoni jkun hemm bejn il-Ministeru responsabbli mis-settur marittimu u l-Ministeru responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali, meta jkunu ser jiġu stabbiliti areas li fihom jistgħu jinżlu fil-baħar l-annimali, inkluż il-klieb?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għat-Trasport f’Malta tistabbilixxi Swimmer’s Zones bil-għan li f’dawn iż-żoni ma jkunx permess dħul ta’ dgħajjes. L-irwol tal-Ministeru għat-Trasport f’dan ir-rigward huwa marbut mat-trasport fuq il-baħar, inkluż opri marittimi u dawk użati għal skopijiet rikreattivi.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm NGOs reġistrati f'kull lokalità madwar Malta u Għawdex? Tista’ tgħid ukoll f’liema kategorija ta' NGOs huma rreġistrati dawn l-istess NGOs maqsuma għal kull lokalità?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru kellux skemi maħsuba biex NGOs differenti jkunu jistgħu jibbenefikaw minn xi tip ta' għajnuna, (bħal għajnuna finanzjarja), bejn Jannar 2023 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawn l-iskemi, liema NGOs ibbenefikaw minn kull waħda minn dawn l-iskemi, u x'kien il-benefiċċju li ngħataw f'kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Ministeru kellu skemi maħsuba biex NGOs differenti jkunu jistgħu jibbenefikaw minn xi tip ta' għajnuna, bħal għajnuna finanzjarja.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni kif mgħoddija lili.
NGOs — Kunsilli lokali - Installazzjoni ta’ CCTV cameras - Skemi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iskemi maħruġa mill-Ministeru tiegħu, jew minn xi entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu, biex il-kunsilli lokali jinstallaw CCTV cameras fil-lokalitajiet tagħhom, matul l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll liema kienu l-kunsilli li applikaw, u liema kunsilli bbenefikaw minn dawn l-iskemi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20182.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm membri tal-Korp tal-Pulizija rriżenjaw mill-korp minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm persuni f’kull grad li rriżenjaw u kemm żdiedu persuni f'kull grad tal-istess Korp, fl-istess perjodu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li in-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li spiċċaw mill-korp għal raġunijiet diversi bejn Jannar 2023 u l-21 ta’ Frar 2025 kienu kif jidher fl-ewwel tabella hawn taħt. Il-persuni li żdiedu fl-istess perjodu jidher fit-tieni tabella.
Uffiċjali tal-Korp li spiċċawC of PDCACSuptInspSMPSPCRPCTotal
202301531121454696
202401154213422088
2025*00040179223
Total026121553410528207
Żieda ta’ membri fil-Korp
Insp
PC
RPC
Insp.
SM
PS
PC
Total
(Re-Instated)
(Re-Instated)
(Re-Instated)
(Re-Instated)
2023
3
67
26
1
2
1
100
2024
87
18
1
2
3
111
2025*
50
50
Total
3
204
44
1
1
4
4
261