B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25796, dwar il-kumpens għall-vittmi tal-mediċina Thalidomide, tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex hemm differenza daqstant kbira bejn dak li ġie allokat fil-baġit u dak li tqassam jew ser ikun qed jitqassam lil dawn il-vittmi?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-amministrazzjoni tajba tal-fondi pubbliċi titlob li jiġu allokati l-fondi kif meħtieġ u dak li jkun forecasted jista’ jiġi aġġustat skont ir-realtajiet hekk kif jiżviluppaw l-affarijiet – dan bi qbil mal-Ministeru għall-Finanzi. Għaldaqstant tajjeb li wieħed jifhem li ġaladarba l-ammont kif provdut fir-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 25796 huwa total ta’ 3 snin, (b’disbursement ta’ 33% kull sena), ma jagħmel l-ebda sens finanzjarju li l-ammont totali ta’ tliet snin jitpoġġa f’line item ta’ sena waħda biss. Għalhekk infakkar lill-Onor. Interpellanta li bħalma jsir kull sena, il-baġit allokat għal din l-iskema fl-estimi tal-baġit 2025 jirrifletti t-total ta’ kumpensi maħsuba li jitħallsu fis-sena kkonċernata.
San Pawl il-Baħar — Dawl matul il-promenade - Tiswijiet
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji u jsiru t-tiswijiet meħtieġa biex id-dawl matul il-promenade ta’ San Pawl il-Baħar, mill-breakwater ta’ Buġibba sal-Qawra, ikun mixgħul kollu u ma jibqax ikun hemm qtugħ ta' dawl spiss kif qed jiġri bħalissa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ġejt infurmat li parti mid-dawl tal-promenade inqata’ biex ikun jista’ jinbeda l-proġett tal-Pjazza ta’ Buġibba li qed isir minn Infrastructure Malta flimkien ma’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu. Infrastructure Malta ħadet ħsieb il-provista temporanja f’dak li jifforma parti mis-sit tal-proġett. Il-bqija tad-dawl u s-sistema tiegħu għadha intatta u f’idejn is-sid oriġinali tas-sistema.
San Pawl il-Baħar — Dawl matul il-promenade - Tiswijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jieħu l-passi neċessarji u jsiru t-tiswijiet meħtieġa biex id-dawl matul il-promenade ta’ San Pawl il-Baħar, mill-breakwater ta’ Buġibba sal-Qawra, ikun mixgħul kollu u ma jibqax ikun hemm qtugħ ta' dawl spiss kif qed jiġri bħalissa?
Buġibba — Xogħlijiet fil-Pjazza - Kumpens għan-negozji
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk l-operaturi li għandhom in-negozju tagħhom fil-Pjazza ta’ Buġibba u fit-toroq tal-madwar talbux kumpens minħabba telf ta’ negozju fil-perjodu li matulu qed isir ix-xogħol fl-inħawi? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn it-talbiet ġewx ikkunsidrati/intlaqgħux u jekk iva, xi ħlas mistenni jingħata f’kumpens?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi filwaqt li l-implimentazzjoni tal-fażi kurrenti tal-proġett tal-Pjazza ta’ Buġibba hija f’idejn Infrastructure Malta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma’ rċiviet l-ebda talba ta’ kumpens minn l-operaturi msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn hu mistenni li jitwaħħlu bus shelters ġodda madwar Malta u Għawdex matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li tali bus shelters jitqiegħdu f’posthom?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jinżammx inventarju ta' records tal-ammont ta' droga minn meta din tiġi kkonfiskata sa meta tiġi meqruda b'chain of custody ikkonfermata b'xhieda esperti? Jekk iva, x'tip ta' records jinżammu u x'tip ta' dettal ikun fihom dawn ir-records?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li kull droga li tiġi maqbuda minn awtorità kompetenti, tiġi elevata minn esperti maħtura waqt l-Inkjesta Maġisterjali u wara li l-proċess kollu ta’ elevar jiġi rrekordjat, din tgħaddi l-kustodja tar-Reġistratur tal-Qrati ta’ Malta. Infurmat li il-kwantità ta’ droga u anke l-proċess ta’ transazzjoni lejn r-Reġistratur tal-Qrati jiġi kollu rrekordjat u dan kollu jkun parti mill-inkjesta Maġisterjali. Infurmat li fil-każi fejn d-drogi jew sustanzi suspettati droga, jiġu elevati waqt arresti jew operazzjonijiet tal-Pulizija, u jkunu ser jitressqu persuni l-qorti fuq tali każi, din is-sustanza tiġi elevata u preservata mill-uffiċjal inkarigat mill-każ, li jkun maħtur espert mill-Qorti, sakemm din tiġi kkonsenjata lill-espert li eventwalment ikun maħtur mill-Qorti, biex janalizza u jagħmel eżamijiet forensiċi oħra, sakemm jiġu preżentati fil-Qorti fl-Atti ta’ l-inkjesta jew waqt xi seduta meta jkun qed jitressaq xi imputat, dwar il-każ in-kwistjoni. Dawn il-proċessi huma kollha dokumentati permezz ta’ irċevuti jew aħjar ‘submission forms’ u r-rapporti li l-istess esperti jippreżentaw fil-Qorti jew lill-Maġistrat Inkwerenti. Dan barra li jkun hemm ‘file’ fuq il-każ li fih ikun hemm irreġistrat kull dettal.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 25789 u tgħid kemm hemm NGOs reġistrati f'kull lokalità madwar Malta u Għawdex? Tista’ tgħid ukoll f’liema kategorija ta' NGOs huma rreġistrati dawn l-istess NGOs maqsuma għal kull lokalità?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu mill-entità/entitatijiet responsabbli, fosthom mid-diviżjoni tas-saħħa, biex l-invażjoni ta’ firien u ġrieden li hemm bħalissa fiż-żona tal-Wardija, limiti ta' San Pawl il-Baħar, tiġi kkontrollata? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu sa issa għal dan il-għan?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva lment wieħed biss matul din is-sena rigward infestazzjoni ta’ ġrieden fiż-żona tal-Wardija. Permezz ta’ ħaddiema mit-Taqsima tal-Pest Control Unit kien sar trattament għal kontra l-ġrieden fit-12 ta’ Frar 2025.
Infurmat ukoll li hemm skedat ukoll programm intensiv ta’ trattament għal kontra l-ġrieden fiż-żona tal-Wardija bejn it-3 ta’ Marzu u is-7 ta’ Marzu 2025.
Sidien ta’ karozzi tal-kiri — Regoli għal on-street parking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux regoli partikolari li jridu jiġu osservati minn sidien ta’ karozzi tal-kiri għal dak li jikkonċerna on-street parking? Jekk iva, kif qegħdin jiġu mħarrsa dawn l-istess regoli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolamenti dwar il-parkeġġ fit-toroq minn sidien ta’ karozzi tal-kiri huma regolati mill-Liġi Sussidjarja 499.68. L-Awtorità tikkonferma li dawn ir-regolamenti qed jiġu infurzati kif meħtieġ.
Mediċina Thalidomide — Kumpens għall-vittmi - Persuni li applikaw
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25796, dwar il-kumpens għall-vittmi tal-mediċina Thalidomide, tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-persuni li applikaw għal dan il-kumpens?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b’kollox applikaw 46 persuna għal dan il-kumpens.
Mediċina Thalidomide — Kumpens għall-vittmi - Persuni mhux eleġibbli
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 25796, dwar il-kumpens għall-vittmi tal-mediċina Thalidomide, tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna applikat iżda ma kinitx eleġibbli għal dan il-kumpens? Għal kull każ, tista’ tgħid x'kienet ir-raġuni għalfejn ġie deċiż li individwu ma kienx eleġibbli għall-kumpens?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b’kollox kien hemm sbatax (17)-il applikant li ma kinux eliġibbli għall-kumpens, kif spjegat hawn isfel:
Skont l-eżerċizzju ta’ screening (pre-assessment) tar-rekords mediċi li sar mill-bord indipendenti mmexxi minn esperti mediċi kif spjegat fir-risposta għall-PQ 16380, tlettax (13)-il applikant ma kwalifikawx għall-eżami mediku għaliex il-kundizzjoni medika u/jew diżabilità ma kinitx marbuta mat-teħid tal-mediċina Thalidomide waqt it-tqala.
Erba’ (4) applikanti ma kkwalifikawx għall-kumpens wara li sarilhom l-eżami mediku u li minnu ħareġ li ma kienx hemm evidenza li l-kundizzjoni / diżabilità tal-indivdwu kienet b’xi mod marbuta mat-teħid tal-mediċina Thalidomide.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25575 dwar studenti fl-Iskola tan-Naxxar, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-istudenti huma Maltin, kemm huma minn pajjiżi Ewropej u kemm huma minn pajjiżi terzi? Jista' jgħid ukoll minn liema pajjiż ġej kull student?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lll-Onor. Interperllant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Nazzjonalità
Total ta’ studenti li jinkludi Kindergarten u Primarja
Maltin
384
Ewropej
55
Barra mill-Ewropa
76
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25654 dwar is-sapport ta' psikjatri jew psikologi għal dawk li jidħlu fl-isptarijiet, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tfal bejn l-età ta' 0 u tnax-il sena ġewwa Għawdex li kellhom bżonn dan is-servizz?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ma kienx hemm tfal bejn l-età ta' 0 u tnax-il sena li kellhom bżonn jagħmlu użu minn dan is-servizz fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fis-sena 2024.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25448 u 25665 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25105 dwar rapport tar-re-audit li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar edukazzjoni inklużiva, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġi ppubblikat dan ir-rapport?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25576 dwar studenti fl-iskola primarja u kindergarten ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-tfal huma Maltin, kemm huma minn pajjiżi Ewropej u kemm huma minn pajjiżi terzi? Jista' jgħid ukoll minn liema pajjiż ġej kull student?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lll-Onor. Interperllant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Nazzjonalità
Total ta’ studenti li jinkludi Kindergarten u Primarja
Maltin
224
Ewropej
129
Barra mill-Ewropa
307
Qawra, San Pawl il-Baħar — Kindergarten u Primarja - Studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu bħalissa n-numru ta’ tfal li qegħdin jattendu fl-iskola tal-Gvern fil-livell primarju jew kindergarten, fil-Qawra, San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ tfal li bdew jattendu f’dawn l-iskejjel, fl-aħħar intake ta’ din is-sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total ta’ studenti li fil-livell primarju u kindergarten tal-iskejjel imsemmija qed jattendu total ta’ 1,033 student.
Gżejjer ta’ San Pawl — Restawr tal-istatwa ta’ San Pawl u strutturi oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex l-istatwa ta' San Pawl u l-istrutturi li hemm madwarha, fuq il-Gżejjer ta' San Pawl, li qegħdin fil-konfini tal-Mellieħa, jiġu rrestawrati fil-futur qarib?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Qawra? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Qawra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Primarja tal-iskola msemmija preżentament hemm 694 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tan-Naxxar? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tan-Naxxar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Primarja tal-iskola msemmija preżentament hemm 343 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Mellieħa? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Primarja tal-iskola msemmija preżentament hemm 397 student.