Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Impjant tat-trattament tad-drenaġġ - Geological studies

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux testijiet fuq l-art, inkluż geological studies, fiż-żona fejn hu ppjanat li ssir l-espansjoni proposta għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ ġewwa l-Qammiegħ, fil-Mellieħa? Jekk iva, tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta' dan l-istudju?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li qed inpoġġi kopja tad-dokument mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra, ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan huwa mehmuż bħala Appendiċi 3 fis-sejħa għall-offerti li nħarġet u li tinstab fil-website tal-etenders tal-Gvern.

Droga kkonfiskata — Żball fil-kwantità

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25978, jista' l-Ministru jgħid kif il-piż tal-kannabis li nsterqet fil-lejl bejn it-23 u l-24 ta' Frar, 2025, inbidel minn ġurnata għal oħra? Jista' jispjega kif, bil-custody trail li l-Ministru qal li qed tinżamm, sar żball daqshekk kbir fil-kwantità ta’ kemm suppost kien hemm?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 26482.

Inċineratur li bih tinqered id-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ilu ma jaħdem l-inċineratur li bih tinqered id-droga? Jista’ jgħid ukoll jekk dan l-inċineratur hux qed jaħdem issa? Jekk iva, meta ssewwa u jekk le, meta hu maħsub li dan jissewwa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, ma hemmx inċineratur għax dak mhux parti mill-irwol tal-Ministeru. Nirreferi lill-Onor. Membru għad-dokument tal-inkjesta Valenzia mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta 18 ta' Marzu 2025.

Total knee replacement — Stennija għall-operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha tistenna l-iktar persuna biex tagħmel l-operazzjoni tat-total knee replacement? Jista’ jgħid ukoll meta hu ppjanat li din il-persuna ssirilha l-operazzjoni meħtieġa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26083.

Bus shelters ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn hu mistenni li jitwaħħlu bus shelters ġodda madwar Malta u Għawdex, matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li tali bus shelters jiġu mqiegħda f’posthom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għan-nom tal-Kunsilli Lokali rispettivi li diġà identifikat l-ewwel ħamsin post fejn ser ikunu installati bus shelters ġodda. Infurmat ukoll li bbażati fuq statistika ta’ kemm jintużaw, l-Assoċjazzjoni qed taħdem flimkien mal-Kunsilli Lokali rispettivi biex jissottomettu l-applikazzjonijiet meħtieġa. Infurmat ukoll li hu mistenni li jiġu installati l-bus shelters fil-postijiet kollha li jirċievu permess sal-aħħar ta’din is-sena. L-istess proċess se jkompli għall-ħamsin sit li jmiss fejn ukoll trid tiġi sottomessa l-applikazzjoni għalihom matul din is-sena.

Qawra, San Pawl il-Baħar — Kindergarten u Primarja - Studenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25976 dwar studenti fl-iskola primarja u kindergarten tal-Qawra, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-tfal huma Maltin, kemm huma minn pajjiżi Ewropej u kemm huma minn pajjiżi terzi? Jista' jgħid ukoll minn liema pajjiż ġej kull student?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Maltin Mill-Ewropa Mhux mill-Ewropa 311 252 470

San Pawl il-Baħar — Studenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25975 dwar studenti fl-iskola primarja u kindergarten ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid minn liema pajjiżi Ewropej u pajjiżi terzi ġej kull student?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-fini ta’ privatezza u sigurtà tali informazzjoni mhux ser tiġi ppubblikata.

In-Naxxar — Studenti - Nazzjonalità

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25826 dwar studenti fl-iskola primarja u kindergarten tan-Naxxar, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid minn liema pajjiżi Ewropej u pajjiżi terzi ġej kull student?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-fini ta’ privatezza u sigurtà tali informazzjoni mhux ser tiġi ppubblikata.

L-Imġarr, Malta — Studenti - Nazzjonalità

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25825 dwar studenti fl-iskola primarja u kindergarten tal-Imġarr, Malta, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid minn liema pajjiżi Ewropej u pajjiżi terzi ġej kull student?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-fini ta’ privatezza u sigurtà tali informazzjoni mhux ser tiġi ppubblikata.

Il-Mellieħa — Studenti - Nazzjonalità

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25824 dwar studenti fl-iskola primarja u kindergarten tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid minn liema pajjiżi Ewropej u pajjiżi terzi ġej kull student?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-fini ta’ privatezza u sigurtà tali informazzjoni mhux ser tiġi ppubblikata.

Bord tal-Assessjar — Applikazzjonijiet għal Assistenti Personali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25798 dwar applikazzjonijiet għal Assistent Personali ma’ persuna b'diżabilità, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li minkejja li l-Bord ħa deċiżjoni dwarhom, id-deċiżjoni tal-Bord għadha ma ġietx ikkomunikata lilu jew lilha?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi ninsab infurmata li sad-data tat-tweġiba ta’ din l-interpellanza, il-persuni li dwarhom ittieħdet deċiżjoni mill-bord, kollha ġew notifikati bit-tali deċiżjoni.

Park tas-Salina

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li t-turf fil-Park tas-Salina jinbidel hekk kif partijiet minnu tqattgħu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Ambjent Malta tagħmel manutenzjoni ġenerali fuq il-Park Nazzjonali tas-Salina matul is-sena kollha skont il-ħtieġa. Ambjent Malta bdiet bit-tfassil tal-abbozz ta’ sejħa għall-offerti biex jiġu mtejbin ċerti elementi tal-Park li jinkludu ż-żona ċentrali u t-turf. Dan ix-xogħol se jikkonsisti fit-tneħħija tat-turf il-qadim u rinovar ta’ din iż-żona.

Impjiegi ta’ persuni b’diżabilità — Skemi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi skemi joffri l-Gvern għal min jimpjega persuni b’diżabilità? Jista' jgħid ukoll għal liema snin ta' impjieg jiġu offruti dawn l-iskemi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li Jobsplus toffri diversi inizjattivi għal min jimpjega persuni b’diżabilità. Fosthom: 1. L-Iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E), kofinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Gvern Malti, li tipprovdi sussidju ta’ €302 fil-ġimgħa għal tlett snin, għal kull persuna b'diżabilità ġdida f’impjieg full-time. Fil-każ ta’ impjieg part-time jingħata sussidju pro-rata li huwa ekwivalenti għall-€151 fil-ġimgħa. Ir-rata tas-sussidju tiżdied kull sena sabiex tinkorpora ż-żieda tal-għoli tal-ħajja. 2. Min jimpjega persuni b’diżabilità u mhux qed jibbenifika mill-A2E jista’ japplika biex jirċievi inċentiv fiskali ta’ 25% tas-salarju bażiku annwali għal kull persuna b’ diżabilità diġà impjegata sa massimu ta’ €4,500, immedjatament wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja. 3. Kumpaniji privati li jimpjegaw persuni b’diżabilità jistgħu japplikaw biex jiġu eżentati mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-impjegati rreġistrati b’diżabilità. Filwaqt li s-sussidju għall-Iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E) huwa offrut għall-tlett snin, iż-żewġ inizjattivi l-oħra huma offruti għal żmien indefinit. Barra mill-inċentivi msemmija hawn fuq, il-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) tipprovdi servizz ta’ ‘job carving’ lil min iħaddem permezz ta’ assistenza għal xogħol addattat għall-persuni b’diżabilità. Barra minn hekk tipprovdi wkoll is-sapport ta’ ‘job coach’ skont il-ħtieġa biex il-persuna b’diżabilità titgħallem x-xogħol u tintegra fl-ambjent tax-xogħol.

L-Imġarr – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali Imġarr, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Il-Mellieħa – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali Mellieħa, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

San Pawl il-Baħar – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

In-Naxxar – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali Naxxar, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Persuni li għandhom il-blue badge

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna kellha l-blue badge fl-aħħar ta' Diċembru 2024 u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ.)?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar ta’ Diċembru 2024, kien hemm 12,587 persuna li kellha l-Blue Badge, kif ġej: Ġeneru Total Rġiel Nisa X Detenturi ta’ Blue Badge fl-aħħar tal- 2024 12,587 6,891 5,694 2

Persuni li għandhom l-EU Disability Card

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna kellha l-EU Disability Card fl-aħħar ta' Diċembru 2024 u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ.)?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-aħħar ta’ Diċembru 2024, kien hemm 26,094 persuna li kellha l-EU Disability Card, kif ġej: Ġeneru Total Rġiel Nisa X Detenturi ta’ EU Disability Card fl-aħħar tal-2024 26,094 13,294 12,787 13

Reserved Parking Personalizzat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proċedura sabiex applikazzjoni għal reserved parking personalizzat tiġi kkunsidrata b'mod mgħaġġel, per eżempju minħabba każijiet urġenti? Jekk iva, x’inhi l-proċedura li tintuża? Jista’ jgħid ukoll kif wieħed jista' japplika biex dan isir?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta applikazzjoni kompluta bid-dokumenti kollha meħtieġa tidħol għand Transport Malta, dawn min-naħa tagħhom jinfurmaw immedjatament lill-Aġenzija Sapport sabiex jipproċedu bir-rapport mediku. Jiġi infurmat ukoll il-Kunsilli Lokali għal kwalunkwe kummenti li jista’ jkollu. Kif Transport Malta tkun infurmata bl-eżitu tar-rapport mediku, issir site inspection. Jekk ma jkunx hemm problemi partikolari, Transport Malta tipproċedi bl-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tal-parkeġġ riservat. Huwa importanti li meta tintbagħat l-applikazzjoni jkun hemm indikazzjoni ċara ir-raġuni għaliex it-talba qed tintalab b’urġenza. L-applikazzjoni tista’ titniżżel minn dan l-indirizz elettroniku: https://www.transport.gov.mt/Policy-and-application-for-Personalised-Reserved-Parking-Bays-for-Blue-Badge-Holders.pdf-f10426 (Policy and Application for personalised reserved parking bays ).